Ir-Reġjun Adrijatiku u Jonju

F’din il-paġna

Il-Grupp Interreġjonali tar-Reġjun Adrijatiku u Jonju ġie stabbilit fl-2023. 

Missjoni

Il-missjoni ta’ dan il-grupp interreġjonali hija li: 

  • jappoġġja l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR) fir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u l-implimentazzjoni tiegħu; 
  • isaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ makroreġjuni oħra tal-UE dwar kwistjonijiet ta’ interess komuni (turiżmu, trasport, internazzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi); 
  • jippromovi s-sjieda taċ-ċittadini tal-makroreġjun Adrijatiku u Jonju; 
  • jippromovi l-iskambju ta’ inizjattivi fil-livell lokali u reġjonali fil-makroreġjun Jonju; 
  • joħloq sinerġiji fost l-Istati Membri tal-UE tal-makroreġjun (l-Italja, il-Greċja, il-Kroazja u s-Slovenja), il-pajjiżi tal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro u s-Serbja – li huma kandidati għal sħubija fl-UE) u r-Repubblika ta’ San Marino; 
  • isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet Ewropej u jimplimenta b’mod effettiv il-politiki u l-valuri tal-UE fir-reġjun.