eTranslation: x’inhi?
It-traduzzjoni awtomatika hija għodda online utli li tgħinek tifhem test f’kull ħin u kullimkien. Madankollu, kun af li għalkemm din it-teknoloġija għamlet passi kbar matul is-snin, il-kwalità u l-preċiżjoni tagħha jistgħu jvarjaw skont it-tip ta’ test u l-par tal-lingwi.
L-applikazzjoni eTranslation, li ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea, hija waħda mill-aktar applikazzjonijiet tat-traduzzjoni awtomatika preċiżi u effiċjenti fis-suq.
- Traduzzjoni minn u għal aktar minn 24 lingwa
- B’mod sigur u kompletament mingħajr ħlas
- Għodda għat-traduzzjoni online faċli biex tintuża
Min jista’ juża l-eTranslation?
L-eTranslation bħalissa hija disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-UE, l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, id-dinja akkademika, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, u l-proġetti tal-Programm Ewropa Diġitali fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi affiljati ma’ dan il-Programm. Il-kandidati tal-EPSO jistgħu jużaw ukoll l-eTranslation matul il-proċess ta’ reklutaġġ.