Il-Kummissjoni għaċ-Ċittadinanza, il-Governanza u l-Affarijiet Istituzzjonali u Esterni (CIVEX) hija responsabbli għall-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar kwistjonijiet kostituzzjonali u istituzzjonali, inkluż il-futur tal-Ewropa, id-demokrazija lokali u d-devoluzzjoni, is-sussidjarjetà attiva u t-tfassil aħjar tal-liġijiet; l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, inklużi kwistjonijiet bħall-migrazzjoni u l-integrazzjoni, id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u ċ-ċittadinanza attiva; enfasi fuq it-tkabbir u l-pajjiżi tal-viċinat u fuq il-kooperazzjoni għall-iżvilupp minn perspettiva lokali u reġjonali.