Il-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fl-iktar fażi bikrija tal-proċess leġislattiv Ewropew dwar oqsma ta' politika li jaffettwaw direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-KtR jista' wkoll, b'mod proattiv, jadotta pożizzjoni dwar kwistjoni partikolari permezz ta' opinjoni fuq inizjattiva proprja.
Vjaġġ demokratiku fi tliet stadji: diskussjoni, abbozzar u votazzjoni
- Il-president tal-KtR jalloka dossier lill-kummissjoni interna rilevanti
- Membru tal-KtR jinħatar bħala relatur. Ir-relatur ifassal abbozz ta' opinjoni u jippreżentaha biex tiġi diskussa, emendata u adottata mill-membri tal-kummissjoni rilevanti.
- L-abbozz ta' opinjoni jiġi ppreżentat u diskuss fis-sessjoni plenarja li jmiss
- Malli tiġi adottata fil-plenarja mill-membri tal-KtR, l-Opinjoni tintbagħat lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE