Ir-riżultati se jintwerew fuq paġna oħra.
Il-Kummissjoni CIVEX tal-KtR hija prinċipalment responsabbli għall-pożizzjoni istituzzjonali dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE.
Imwaqqfa mill-KtR fl-2011, il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) hija l-forum politiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant. Din hija l-unika pjattaforma tal-UE li toffri opportunità sabiex jiġi diskuss il-kontribut tal-bliet u r-reġjuni fl-iżvilupp tas-Sħubija tal-Lvant.
L-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) hija assemblea ta' rappreżentanti lokali u reġjonali mill-Unjoni Ewropea u l-imsieħba Mediterranji tagħha.