Opinjonijiet  

Il-Kummissjoni Ewropea tikkonsulta lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fl-iktar fażi bikrija tal-proċess leġislattiv Ewropew dwar oqsma ta' politika li jaffettwaw direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-KtR jista' wkoll, b'mod proattiv, jadotta pożizzjoni dwar kwistjoni partikolari permezz ta' opinjoni fuq inizjattiva proprja.

Vjaġġ demokratiku fi tliet stadji: diskussjoni, abbozzar u votazzjoni

  • Il-president tal-KtR jalloka dossier lill-kummissjoni interna rilevanti 
  • Membru tal-KtR jinħatar bħala relatur. Ir-relatur ifassal abbozz ta' opinjoni u jippreżentaha biex tiġi diskussa, emendata u adottata mill-membri tal-kummissjoni rilevanti.
  • L-abbozz ta' opinjoni jiġi ppreżentat u diskuss fis-sessjoni plenarja li jmiss
  • Malli tiġi adottata fil-plenarja mill-membri tal-KtR, l-Opinjoni tintbagħat lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE

Fittex l-opinjonijiet

Taqsimiet

L-impatt tal-ħidma tal-KtR fuq il-leġislazzjoni tal-UE

Il-ħidma politika tal-KtR għandha l-għan li żżid l-influwenza tar-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fl-Ewropa.

L-impatt ta' ħafna opinjonijiet jista' jitkejjel biss fis-snin wara li jiġu adottati, meta jkun sar avvanz suffiċjenti fil-proċess leġislattiv.

Matul dan iż-żmien isiru rapporti ta' impatt abbażi ta' dawn ir-riżorsi:

  • Rapporti mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-segwitu tagħha tal-Opinjonijiet tal-KtR
  • Dokumenti tal-KtR tal-valutazzjoni tal-impatt li jagħtu sinteżi tal-impatt politiku tal-Opinjonijiet fuq id-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
  • Monitoraġġ mill-uffiċċju tal-istampa tal-KtR tal-impatt tal-Opinjonijiet tal-KtR fuq il-mezzi tax-xandir
  • Medja annwali ta' 150 avveniment relatati mal-Opinjonijiet organizzati mill-KtR li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-impatt tal-Opinjonijiet u r-Riżoluzzjonijiet tal-KtR fil-proċess leġislattiv tal-UE.​

Dokumenti

CoR Impact Report

CoR Impact Report – Executive summary

CoR Impact Report - Communication product

EC's follow-up to CoR opinions

Infographics

Ikkondividi :
 
Back to top