Prijoritajiet politiċi 2020–2025  

hands

L-awtoritajiet lokali u reġjonali, rappreżentati fl-UE mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, dejjem kienu s-sinsla tad-demokrazija Ewropea. Il-pandemija reċenti tal-COVID-19 uriet il-mexxejja lokali u reġjonali bħala l-forza mexxejja tal-komunitajiet lokali, huma u jieħdu azzjoni matul l-emerġenza u jmexxu l-irkupru tal-UE. Li nressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini permezz tal-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħha għalhekk se tkun il-missjoni primarja tal-Kumitat tagħna, missjoni li se tinkiseb permezz ta' tliet prijoritajiet ewlenin.

Taqsimiet

Prijoritajiet politiċi​​

Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan jinvolvi l-wiri u t-tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE.

Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa hija opportunità biex jittejbu l-mod kif taħdem l-UE, il-kondiviżjoni u t-tkabbir ta' prattiki ta' suċċess ta' parteċipazzjoni ċivili, li l-membri tagħna żviluppaw fil-kostitwenzi tagħhom, u r-riforma tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE. Se nkomplu niżguraw ukoll li l-leġislazzjoni l-ġdida tal-UE tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta' implimentazzjoni għar-reġjuni tagħna.

Id-deċiżjonijiet Ewropej kollha għandom jittieħdu fid-dawl tal-impenn tagħna li nindirizzaw it-trasformazzjonijiet soċjetali kbar li qed jiffaċċjaw il-villaġġi, il-bliet u r-reġjuni tagħna. Dawn jinkludu pandemiji globali, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-isfidi demografiċi u l-flussi migratorji. Li nkunu aktar b'saħħitna flimkien wara dawn it-tranżizzjonijiet se jiddetermina l-kapaċità tagħna li nitolbu s-sjieda tal-futur tagħna u nibnu r-reżiljenza fil-komunitajiet lokali.

Ser nippromovu l-koeżjoni bħala valur fundamentali fil-politiki u l-programmi kollha tal-UE.

It-trawwim tal-koeżjoni fl-Ewropa jeħtieġ baġit tal-UE li jkun ambizzjuż, fit-tul u li joffri biżżejjed finanzjament strutturali u ta' koeżjoni u investiment agrikolu għar-reġjuni u l-bliet kollha.

Iżda l-koeżjoni hija aktar minn sempliċiment flus: hija valur li tmexxi t-tkabbir sostenibbli, toħloq opportunitajiet ta' impjieg fit-tul għal kulħadd u twettaq politiki bbażati fuq il-post li jissodisfaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini.

Prijorit​​à 1

Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini: id-demokrazija u l-ġejjieni tal-UE

Naħsbu mill-ġdid dwar kif id-demokrazija taħdem illum u kif għandha tiġi modernizzata fil-futur sabiex l-Unjoni Ewropea twieġeb b'mod aktar effiċjenti għall-ħtiġijiet tan-nies.

Il-prijorità ewlenija tagħna hija li nġibu l-Ewropa eqreb lejn il-poplu tagħha u li tissaħħaħ id-demokrazija Ewropea fil-livelli kollha tal-gvern. Għandha l-għan li ttejjeb il-mod kif taħdem l-UE, filwaqt li tiżgura li l-politiki u l-programmi tagħha jissodisfaw il-ħtiġijiet reali taċ-ċittadini.

Prijorità​​​ 2

Il-ġestjoni tat-trasformazzjonijiet soċjetali fundamentali: Nibnu komunitajiet reġjonali u lokali reżiljenti

Nirrispondu għat-trasformazzjonijiet ewlenin li r-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħna qed jiffaċċjaw illum , permezz ta' approċċ Ewropew koerenti, integrat u lokali.

Il-pandemiji globali, il-klima, it-tranżizzjonijiet demografiċi u diġitali, kif ukoll il-fluss tal-migrazzjoni, qed ikollhom impatt profond fuq kull reġjun, belt, belt żgħira u villaġġ Ewropew. Immexxija mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, ser nidentifikaw soluzzjonijiet biex niżguraw li l-UE tappoġġja biżżejjed lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iwieġbu għal emerġenzi futuri u jindirizzaw it-trasformazzjonijiet tas-soċjetà li qed iseħħu fil-komunitajiet tagħhom.

Prijori​​​tà 3

Il-koeżjoni, il-valur fundamentali tagħna : politiki tal-UE bbażati fuq il-post

L-UE għas-servizz taċ-ċittadini u l-postijiet fejn jgħixu

Il-koeżjoni mhijiex flus, hija l-valur fundamentali tagħna tal-UE.

It-tielet prijorità ser tkun li jiġi żgurat li l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali titrawwem u tiġi rispettata fil-politiki tal-UE kollha li jaffettwaw lin-nies u l-postijiet fejn huma jgħixu (politiki bbażati fuq il-post). Dan ser juri l-valur miżjud tal-koeżjoni mhux biss bħala politika, iżda bħala valur fundamentali li għandu jkun il-bażi tal-politiki kollha tal-UE.​

Dokumenti

  • Inressqu lill-Ewropa eqreb taċ-ċittadini - Il-prijoritajiet politiċi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għall-2020-2025

    Lingwi disponibbli (23)
    1. български(16.27 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Доближаване на Европа до хората — Политическите приоритети на Европейския комитет на регионите за периода 2020—2025 г.
    2. Čeština(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Přiblížit Evropu občanům – Politické priority Evropského výboru regionů na období 2020–2025
    3. dansk(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      At bringe EU tættere på befolkningen – Det Europæiske Regionsudvalgs politiske prioriteter for 2020-2025
    4. Deutsch(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Europas Bürgernähe stärken: die politischen Prioritäten des Europäischen Ausschusses der Regionen 2020–2025
    5. ελληνικά(16.29 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Η Ευρώπη πιο κοντά στους πολίτες - Οι πολιτικές προτεραιότητες της Ευρωπαϊκής Επιτροπής των Περιφερειών για την περίοδο 2020-2025
    6. español(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Acercar Europa a sus ciudadanos – Las prioridades políticas del Comité Europeo de las Regiones para 2020-2025
    7. eesti(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Tuua Euroopa inimestele lähemale – Euroopa Regioonide Komitee poliitilised prioriteedid 2020–2025
    8. suomi(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Unioni lähemmäs ihmisiä – Euroopan alueiden komitean poliittiset painopisteet vuosina 2020–2025
    9. français(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Rapprocher l’Europe de ses citoyens — Priorités politiques du Comité européen des régions pour 2020-2025
    10. Gaeilge(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      An Eoraip a thabhairt níos cóngaraí dá saoránaigh: tosaíochtaí polaitiúla Choiste Eorpach na Réigiún do 2020-2025
    11. hrvatski(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Europa bliža građanima – Politički prioriteti Europskog odbora regija za razdoblje 2020. – 2025.
    12. magyar(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Emberközelibb Európa – A Régiók Európai Bizottsága politikai prioritásai a 2020–2025-ös időszakra
    13. italiano(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Avvicinare l'Europa ai cittadini - Le priorità politiche del Comitato europeo delle regioni per il periodo 2020-2025
    14. lietuvių(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Žmonėms artimesnė Europa. Europos regionų komiteto 2020–2025 m. politiniai prioritetai
    15. latviešu(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Tuvināt Eiropu cilvēkiem: Eiropas Reģionu komitejas politiskās prioritātes 2020.–2025. gadam
    16. Nederlands(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Europa dichter bij de burger brengen – De beleidsprioriteiten van het Europees Comité van de Regio’s voor 2020-2025
    17. polski(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Europa bliżej obywateli – priorytety polityczne Europejskiego Komitetu Regionów na lata 2020–2025
    18. português(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Aproximar a Europa dos cidadãos – As prioridades políticas do Comité das Regiões Europeu para o quinquénio de 2020 a 2025
    19. română(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Apropierea Europei de cetățeni – Prioritățile politice ale Comitetului European al Regiunilor pentru perioada 2020-2025
    20. slovenčina(16.25 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Priblížiť Európu k občanom: politické priority Európskeho výboru regiónov na roky 2020 – 2025
    21. slovenščina(16.23 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Približati Evropo ljudem – politične prednostne naloge Evropskega odbora regij v obdobju 2020–2025
    22. svenska(16.24 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Föra EU närmare medborgarna – Europeiska regionkommitténs politiska prioriteringar 2020 2025
    23. English(9.06 MB-PDF)Niżżel id-dokument
      Bringing Europe closer to people
    Qed tfittex lingwa li mhijiex fil-lista?  Hawnhekk issib spjegazzjoni.
Ikkondividi :
 
Back to top