Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ukrajna 

Il-Grupp ta’ Ħidma jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna billi jlaqqa’ flimkien il-membri tal-KtR, l-istituzzjonijiet tal-UE, u r-rappreżentanti mill-bliet, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali Ukreni. Billi jippromovi d-djalogu u l-kooperazzjoni, il-Grupp ta’ Ħidma jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kummissjoni CIVEX u għall-ħidma konsultattiva tal-KtR.

Il-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Ukrajna twaqqaf fis-6 ta’ April 2020, abbażi tal-ħidma tat-Task Force tal-Ukrajna, li nħolqot fit-12 ta’ Frar 2015.

Taqsimiet

Rwol

Il-Grupp ta’ Ħidma jimmonitorja l-iżviluppi fl-Ukrajna b’attenzjoni partikolari għall-integrazzjoni Ewropea tal-pajjiż, ir-riforma tad-deċentralizzazzjoni, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-issodisfar tal-kundizzjonijiet għas-sħubija futura fl-UE u l-allinjament mal-acquis tal-UE. Il-Grupp jista’ wkoll jagħti pariri lill-awtoritajiet lokali u reġjonali Ukreni fl-isforz tagħhom biex jindirizzaw il-konsegwenzi tal-invażjoni Russa, kif ukoll biex jirkupraw u jirriformaw.

Kompożizzjoni

Is-Sinjura Aleksandra Dulkiewicz (PPE/PL, Sindku ta’ Gdańsk) tippresiedi l-Grupp ta’ Ħidma, li huwa magħmul minn 13-il membru tal-KtR, li jistgħu jiġu sostitwiti minn 13-il membru/sostitut ieħor.Ara min huma l-membri tal-Grupp ta’ Ħidma.

Laqgħat

Il-Grupp ta’ Ħidma jiltaqa’ darbtejn f’sena, darba fi Brussell fil-qafas tal-avveniment ta’ Jum it-Tkabbir u darba fl-Ukrajna.

L-aħħar aħbarijiet

Avvenimenti

Avvenimenti futuri

Avvenimenti li saru fil-passat

Multimedia

CoR Working Group on Ukraine Meeting (30/03/2022)

 

Ara aktar

  • CoR Working Group on Ukraine Meeting (30/03/2022)
    CoR Working Group on Ukraine Meeting (30/03/2022)
  • Lviv mayor calls for every Ukrainian region and city to have an EU partner - OR version
    Lviv mayor calls for every Ukrainian region and city to have an EU partner - OR version
  • Lviv mayor calls for every Ukrainian region and city to have an EU partner - EN version
    Lviv mayor calls for every Ukrainian region and city to have an EU partner - EN version

Kuntatt

Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattja lis-segretarjat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar l-Ukrajna fuq:
SupportUkraine@cor.europa.eu  Phone: +32 2282 2545
Ikkondividi :
 
Back to top