Pjattaforma ta' Monitoraġġ tal-KtR
Il-Pjattaforma ta' Monitoraġġ tal-KtR timmonitorja l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fl-istrateġija fit-tul tal-UE għal tkabbir sostenibbli.
Missjoni
Timmonitorja l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew u fl-istrateġija fit-tul tal-UE għat-tkabbir sostenibbli.
Attivitajiet ewlenin
- Timmonitorja l-opportunitajiet u l-isfidi biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jinvolvu ruħhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew
- Tikkonsulta l-membri tagħha, jew elettronikament jew permezz tal-organizzazzjoni ta' avvenimenti, fejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jsemmgħu l-opinjonijiet u t-tħassib tagħhom
- Tipprovdi kontributi għall-ħidma politika u leġislattiva tal-KtR dwar kif għandha tingħata dimensjoni territorjali aktar ċara lis-Semestru Ewropew u l-istrateġija fit-tul tal-UE għal tkabbir sostenibbli
Aqra aktar
Il-Pjattaforma tad-diversi partijiet interessati ta' livell għoli dwar l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli
Il-pjattaforma tad-diversi partijiet interessati ta' livell għoli dwar l-SDGs tlaqqa' flimkien il-partijiet interessati mir-reġjuni, il-bliet, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kif ukoll is-settur privat u korporattiv f'laqgħat regolari sabiex jappoġġjaw u jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE. Din hija kkoordinata mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea u għandha 30 membru, inkluż il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
Missjoni
Il-pjattaforma tad-diversi partijiet interessati ta' livell għoli dwar l-SDGs tlaqqa' flimkien il-partijiet interessati mir-reġjuni, il-bliet, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, is-settur privat u korporattiv f'laqgħat regolari sabiex jappoġġjaw u jagħtu pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE. Din hija kkoordinata mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Ewropea u għandha 30 membru, inkluż il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.
Attivitajiet ewlenin
-
tappoġġja u tagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea u lill-partijiet interessati kollha involuti dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell tal-UE
- tappoġġja u tagħti pariri lill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-avvenimenti tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli
- tgħin fil-preparazzjoni tal-proċess ta' selezzjoni ta' premju annwali tas-sostenibbiltà
-
tipprovdi forum għall-iskambju ta' esperjenza u l-aħjar prattika dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs bejn is-setturi kollha u fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u dak tal-UE
Aqra aktar
Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà
In-Netwerk għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà (SMN) inħoloq biex jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea u l-livell tal-Unjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-politika fir-rigward ta' diversi dokumenti u proposti leġislattivi li, ladarba jiġu adottati, se jkollhom impatt dirett fuq dawn l-awtoritajiet u l-politiki li jkunu responsabbli għalihom.
Il-membri tiegħu jinkludu Parlamenti u Gvernijiet ta' reġjuni b'setgħat leġislattivi, awtoritajiet lokali u reġjonali mingħajr setgħat leġislattivi u assoċjazzjonijiet lokali tal-gvern fl-Unjoni Ewropea. Huwa miftuħ ukoll għad-delegazzjonijiet nazzjonali tal-KtR u l-kmamar tal-parlamenti nazzjonali.
Missjoni
- Jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu attivi fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità
- Jappoġġja lir-reġjuni b'setgħat leġislattivi permezz ta' REGPEX – subnetwerk tal-SMN miftuħ għall-parlamenti u l-gvernijiet tar-reġjuni b'setgħat leġislattivi
Attivitajiet ewlenin
- Jappoġġja lill-parlamenti u lill-gvernijiet minn reġjuni b'setgħat leġislattivi permezz tal-pjattaforma REGPEX matul il-perjodu tas-Sistema ta' Twissija Bikrija
- Is-sensibilizzazzjoni tal-applikazzjoni prattika tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u l-iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattika
- Iżomm lir-relaturi u lill-membri tal-KtR infurmati dwar il-kontributi relatati mas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità minn netwerk rappreżentattiv ta' awtoritajiet lokali u reġjonali
- Jidentifika miżuri għal tfassil aħjar tal-liġijiet, inaqqas il-burokrazija żejda u jżid l-aċċettazzjoni tal-politiki tal-UE miċ-ċittadini tal-UE
- Jiffaċilita djalogu interistituzzjonali dwar is-sussidjarjetà permezz ta' Konferenza biennali dwar is-Sussidjarjetà
Aqra aktar
Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali
Ir-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali jiffaċilita l-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali jew interreġjonali bil-ħolqien ta' entità ġuridika waħda.
Missjoni
Jippermetti lill-awtoritajiet reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti jikkooperaw b'mod aktar effettiv, pereżempju, billi jippermettilhom japplikaw għal fondi Ewropej u jimmaniġġjawhom direttament u jistrutturaw aħjar il-kooperazzjoni tagħhom
Attivitajiet ewlenin
- Il-KtR huwa r-reġistru uffiċjali tal-UE tar-REKT
- Il-Pjattaforma tar-REKT tintegra r-rappreżentanti politiċi u tekniċi tar-REKT eżistenti kollha, ir-REKT li għadhom qed jiġu żviluppati u l-esperti
- Il-Pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju ta' esperjenzi fil-prattika, tippromovi r-REKT bħala għodda għall-koeżjoni territorjali u tagħti viżibbiltà lill-proġetti tar-REKT, filwaqt li tappoġġja l-ħidmiet konsultattivi tal-KtR fi kwistjonijiet transkonfinali
Aqra aktar
Patt tas-Sindki
Il-Patt tas-Sindki Ewropew għall-Klima u l-Enerġija jlaqqa' flimkien l-awtoritajiet lokali u reġjonali li impenjaw ruħhom volontarjament biex jimplimentaw l-objettivi tal-klima u tal-enerġija tal-UE fit-territorji tagħhom. Dan il-moviment uniku minn isfel għal fuq jissawwar mill-bliet li għandhom viżjoni komuni ta' territorji dekarbonizzati u reżiljenti fejn iċ-ċittadini jkollhom aċċess għal enerġija sigura, sostenibbli u affordabbli.
Missjoni
Jipprovdi appoġġ minn isfel għal fuq għall-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-UE dwar il-Klima u l-Enerġija, adottat mill-kapijiet ta' stat u gvern fl-2008
Attivitajiet ewlenin
- L-Ambaxxaturi tal-Patt tas-Sindki tal-KtR – politiċi eletti fil-livell lokali u reġjonali li l-bliet u r-reġjun tagħhom huma diġà firmatarji tal-Patt – jirrappreżentaw lill-KtR f'avvenimenti nazzjonali u internazzjonali u jħeġġu lill-bliet, u lir-reġjuni sabiex jingħaqdu mal-inizjattiva
- L-iskambju ta' għarfien u l-aħjar prattiki, partikolarment dwar il-finanzjament tal-miżuri ta' mitigazzjoni u adattament tat-tibdil fil-klima
Aqra aktar
Netwerk ta’ Ċentri Reġjonali għal politika tal-UE dwar ir-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni (RegHub) — Proġett pilota
In-netwerk għandu jipprovdi feedback dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-livell lokali u reġjonali. Huwa kkoordinat mill-KtR. Il-fażi pilota tibda b'20 reġjuni. Ir-reġjuni jwaqqfu ċentri reġjonali biex jipprovdu l-esperjenzi prattiċi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE.
Missjoni
In-netwerk għandu jipprovdi feedback dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-livell lokali u reġjonali. Huwa kkoordinat mill-KtR. Il-fażi pilota tibda b'20 reġjuni. Ir-reġjuni jwaqqfu ċentri reġjonali biex jipprovdu l-esperjenzi prattiċi tagħhom fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE.
Attivitajiet ewlenin
- Jipprovdi feedback fil-ħin, sistematiku u koerenti dwar l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-UE fil-livell lokali u reġjonali
- Jiżgura involviment aħjar tal-atturi lokali u reġjonali fi stadju bikri fil-proċess tal-leġislazzjoni tal-UE billi jipprovdi punt ta' kuntatt dirett fil-livell reġjonali
- Jipprovdi ċentru ta' informazzjoni fir-reġjun dwar l-isforzi tal-UE li għaddejjin fil-qasam ta' regolamentazzjoni aħjar (informazzjoni dwar il-konsultazzjonijiet pubbliċi, pjani ta' implimentazzjoni, siti web, eċċ.)
- Isaħħaħ il-fokus fuq it-titjib tal-leġislazzjoni eżistenti tal-UE u l-applikazzjoni tagħha fil-livell lokali u reġjonali billi jippromovi s-sħubija u l-governanza f'diversi livelli
- Jipprovdi mekkaniżmu permanenti għall-promozzjoni tas-semplifikazzjoni u t-tagħlim interreġjonali fl-applikazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-leġislazzjoni tal-UE
Aqra aktar
Bliet u Reġjuni għall-Integrazzjoni
L-inizjattiva Bliet u Reġjuni għall-Integrazzjoni tipprovdi pjattaforma politika għas-sindki u l-mexxejja reġjonali Ewropej biex juru eżempji pożittivi ta' integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati, jikkondividu informazzjoni rilevanti u jippromovu d-diversità bħala valur miżjud għall-bini ta' bliet inklużivi u għall-iżgurar tal-koeżjoni soċjali.
Missjoni
- Appoġġ għall-integrazzjoni tal-migranti u r-refuġjati
- Tingħata vuċi aktar b'saħħitha lil muniċipalitajiet żgħar, bliet u reġjuni ta' daqs medju u titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn lokalitajiet, bliet u reġjuni żgħar
- Tikkontribwixxi biex tippreżenta narrattiva aktar b'saħħitha tas-solidarjetà u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni f'dan il-qasam
Attivitajiet ewlenin
- Organizzazzjoni ta' roundtables politiċi u konferenzi ta' livell għoli
- Żvilupp u promozzjoni ta' proposti għall-politiki ta' integrazzjoni tal-UE
- Ġbir ta' esperjenza u prattiki tajba (mappa interattiva)
- Il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' prattiki tajba
- Għoti u tixrid ta' informazzjoni dwar l-integrazzjoni (opportunitajiet ta' finanzjament, avvenimenti, prattika tajba, eċċ.)
Aqra aktar