
Fit-3 ta’ Marzu 2021, il-KtR nieda ġenerazzjoni ġdida ta’ Ċentri Reġjonali. Dawn ser jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE fuq il-post u jiżguraw li l-vuċi ta’ mijiet ta’ partijiet interessati reġjonali u lokali tiġi kkunsidrata fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-politiki.
Iċ-ċentri l-ġodda jinkludu 46 membru, 10 osservaturi u korp assoċjat wieħed. RegHub huwa wkoll sottogrupp stabbilit tal-pjattaforma Fit for Future tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-lista l-ġdida taċ-ċentri hija ppubblikata
hawnhekk.
Min huma ċ-Ċentri?
Il-Mappa Interattiva tagħna (li bħalissa qed tiġi żviluppata) tippermettilek li mad-daqqa t’għajn tara ċ-ċentri kollha li jagħmlu parti mir-RegHub 2.0.
_____________