Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali 

Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) jippermetti li entitajiet pubbliċi differenti tal-Istati Membri jingħaqdu taħt entità ġdida b’personalità ġuridika. Ir-Regolament dwar ir-REKT ġie stabbilit fl-2006 u pprovda l-possibbiltà li jinħolqu l-ewwel strutturi ta’ kooperazzjoni Ewropea b’personalità ġuridika, definiti mid-dritt tal-UE.

Taqsimiet

Regolament dwar ir-REKT

Ir-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1302/2013. Il-verżjoni konsolidata tar-Regolament hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.

Reġistrazzjoni ta’ REKT

L-ewwel pass għar-reġistrazzjoni ta’ REKT iseħħ fil-livell nazzjonali jew reġjonali mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali rilevanti.

Ikkonsulta din il-lista biex tkun taf lil min trid tikkuntattja fi ħdan il-ministeri rilevanti f’kull Stat Membru jew reġjun (il-ministeri reġjonali huma responsabbli għar-reġistrazzjoni tar-REKT fil-Ġermanja, l-Awstrija u l-Belġju biss).

Biex ngħinuk tipprepara u tirreġistra REKT, ħejjejna gwida dwar ir-reġistrazzjoni ta’ REKT fl-Istati Membri kollha tal-UE (bl-Ingliż biss).

Bħala għajnuna biex tagħmel l-ewwel pass tista’ tuża l-mudelli li ġejjin għad-dokumenti kostituttivi:

It-tieni pass, wara r-reġistrazzjoni fil-livell nazzjonali jew reġjonali, huwa r-reġistrazzjoni fil-livell tal-UE. Ir-Regolament dwar ir-REKT jirrikjedi li dawk ir-REKT li jkunu għadhom kif ġew stabbiliti jiġu rreġistrati fir-Reġistru tar-REKT tal-UE tal-KtR. Ir-REKT li qed jimmodifikaw il-kompożizzjoni tagħhom għandhom jiddikjaraw ukoll din il-bidla lill-KtR. Imbagħad, il-KtR jippubblika dawn ir-reġistrazzjonijiet u l-modifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan il-proċess ma jdumx aktar minn ġimagħtejn.

Kif tirreġistra REKT ġdid mal-KtR?

  • Imla, iffirma u skennja l-formola tar-reġistrazzjoni ta’ hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
  • Rappreżentant legali tar-REKT imbagħad għandu jibgħat il-formola lil egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
  • il-konvenzjonijiet u l-istatuti bil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
  • approvazzjoni formali tal-istabbiliment tar-REKT mill-Istat Membru fejn huwa bbażat;
  • verżjoni Word tal-formola tar-reġistrazzjoni. Din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE. Tista’ ssib il-formola biex tirreġistra REKT ġdid fit-taqsima tad-dokumenti ta’ din il-paġna.

Kif timmodifika REKT eżistenti?

  • Imla, iffirma u skennja l-formola ta’ modifikazzjoni ta’ hawn taħt (disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE).
  • Rappreżentant legali tar-REKT imbagħad għandu jibgħat il-formola lil egtc@cor.europa.eu flimkien mad-dokumenti li ġejjin:
  • il-konvenzjonijiet u l-istatuti bil-lingwi kollha li ġew adottati fihom;
  • approvazzjoni formali tal-modifika tar-REKT mill-Istat Membru fejn huwa bbażat;
  • verżjoni Word tal-formola ta’ modifikazzjoni. Din se tħaffilna xogħolna peress li nkunu rridu nittraduċuha fil-lingwi kollha tal-UE. Tista’ ssib il-formola biex timmodifika REKT eżistenti fit-taqsima tad-dokumenti ta’ din il-paġna.

X’jiġri wara li nirċievu t-talba tiegħek għal reġistrazzjoni jew għal modifika?

Il-KtR ser jirrevedi d-dokumenti li jirċievi u jinfurmak jekk hemmx xi dokumenti neqsin. Ladarba l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, il-KtR se jirreġistra r-REKT tiegħek mal-ĠU tal-UE u jinfurmak bid-data tal-pubblikazzjoni. Il-proċess sħiħ għandu jieħu minn ġimgħa sa ġimagħtejn.

Lista uffiċjali ta’ REKT irreġistrati

Il-KtR jippubblika l-lista uffiċjali ta’ REKT irreġistrati li hija disponibbli hawnhekk: Lista Multilingwi tar-REKT irreġistrati

Dokumenti

Studji

  • Guidebook on registering EGTCs

    Data tal-pubblikazzjoni: 31/05/2021Tema: Territorial cohesionAwtur: Sabine Zillmer, Sebastian Hans, Christian Lüer (Spatial Foresight) and Paola Le Moglie (t33) in collaboration with Silke Haarich, Erik Gløersen (Spatial Foresight) and Michele Alessandrini (t33) with additional editing from Tim Wills (t33)
  • EGTC monitoring report 2018-2019

    Data tal-pubblikazzjoni: 24/03/2020Tema: Cross-border and territorial cooperationAwtur: Sabine Zillmer, Sebastian Hans, Christian Lüer, Maria Toptsidou (Spatial Foresight) in collaboration with Chien-Hui Hsiung, Ulrike Stroissnig, Arndt Münch (ÖIR), Paola Le Moglie (t33) and Dubravka Kruljac (Mcrit).
     
  • EGTC Good Practice Booklet

    Data tal-pubblikazzjoni: 30/07/2018Tema: Cross-border and territorial cooperationAwtur: Sabine Zillmer, Sebastian Hans, Christian Lüer, Amparo Montán (Spatial Foresight), Chien-Hui Hsiung (ÖIR), Paola Le Moglie and Vittoria Gnetti (t33), with additional editing from Tim Wills (t33).
  • EGTC monitoring report 2017

    Data tal-pubblikazzjoni: 21/03/2018Tema: Cross-border and territorial cooperationAwtur: Sabine Zillmer, Sebastian Hans, Christian Lüer, Amparo Montán (Spatial Foresight) in collaboration with Chien-Hui Hsiung (ÖIR), Paola Le Moglie and Karina Carius de Barros (t33) with additional editing from Tim Wills (t33).
     
  • EGTC monitoring report 2016 and impacts of Schengen area crisis on the work of EGTCs

    Data tal-pubblikazzjoni: 06/04/2017Tema: Cross-border and territorial cooperationAwtur: Sabine Zillmer, Sebastian Hans, Christian Lüer, Amparo Montán, Maria Toptsidou (Spatial Foresight) in collaboration with Bernd Schuh, Chien-Hui Hsiung (ÖIR), Pietro Celotti and Paola Le Moglie (t33).

Multimedia

Cross-border cooperation: a key role in European integration

 

Ara aktar

  • Cross-border cooperation: a key role in European integration
    Cross-border cooperation: a key role in European integration

Kuntatt

It-tim tar-REKT
+32 22822142 
European Committee of the Regions, Rue Belliard        /Belliardstraat         101, 1040 Bruxelles/Brussel, Belgium
Ikkondividi :
 
Back to top