Il-mandat tal-Kummissjoni għall-Politika Ekonomika jkopri l-oqsma li ġejjin:
- Akkwist Pubbliku
- Finanzjament u Investiment lokali/reġjonali
- Governanza Ekonomika u Semestru Ewropew
- Governanza tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs)
- Investiment Pubbliku
- Kummerċ u Tariffi Internazzjonali (inklużi kwistjonijiet relatati mad-WTO)
- Politika dwar il-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-istat
- Politika dwar l-SMEs u l-intraprenditorija
- Politika Ekonomika u Monetarja
- Politika Industrijali u Industrija 4.0
- Politika tat-Tassazzjoni
- Servizzi Pubbliċi
- Suq Intern u Suq Uniku Diġitali
Is-segretarjat tal-ECON huwa responsabbli wkoll għall-iskema ta’ premjijiet tar-Reġjuni Intraprenditorjali Ewropej (EER), li tippremja r-reġjuni tal-UE bl-aktar viżjoni kredibbli, li tħares ’il quddiem u promettenti u strateġija ta’ politika intraprenditorjali innovattiva.
Is-segretarjat tal-ECON huwa responsabbli min-Netwerk ta’ Ċentri Reġjonali għar-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Politika tal-UE (RegHub). In-Netwerk RegHub huwa pjattaforma li tinvolvi lill-atturi lokali u reġjonali f’konsultazzjonijiet sabiex jinġabru l-esperjenzi tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE.
Is-segretarjat tal-ECON jamministra l-Pjattaforma dwar il-Broadband, li hija inizjattiva konġunta bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Kummissjoni Ewropea u li għandha l-għan tgħin sabiex il-broadband b’veloċità għolja tilħaq ir-reġjuni Ewropej kollha.
Il-Kummissjoni ECON taqdi wkoll rwol ta’ tmexxija u koordinazzjoni fir-relazzjonijiet bejn il-KtR u l-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li jkopri firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet u oqsma ta’ politika.
Fl-aħħar nett, permezz ta’
stħarriġiet, studji u analiżijiet, is-segretarjat tal-ECON jgħin lill-membri tagħha jimmonitorjaw ix-xejriet attwali fil-bliet u r-reġjuni Ewropej, u jidentifikaw prattiki ta’ politika tajba.