Dikjarazzjoni tal-missjoni
L-azzjoni politika tagħna hija bbażata fuq il-konvinzjoni li l-kooperazzjoni bejn il-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u dak lokali hija essenzjali biex tinbena unjoni dejjem eqreb u li tipprovdi appoġġ reċiproku fost il-popli tal-Ewropa u twieġeb għall-isfidi tal-globalizzazzjoni.
Il-promozzjoni tad-djalogu u l-kooperazzjoni transkonfinali
Il-KtR jorganizza konsultazzjonijiet bil-għan li jikseb informazzjoni mingħand l-awtoritajiet lokali u reġjonali, esperti u partijiet interessati oħra sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għall-opinjonijiet proposti mill-membri tal-KtR bil-ħsieb li jiġu adottati fil-livell tal-UE.
Il-gruppi interreġjonali huma gruppi ta' interess speċjali ta' membri li jiltaqgħu biex jiddiskutu kwistjonijiet fil-livell lokali/reġjonali jew xi kultant bejn pajjiżi differenti.
Il-KtR jikkoordina wkoll ċerti netwerks biex jippermetti lir-reġjuni u l-bliet jaqsmu l-aħjar prattiki, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll lil hinn minnu. Is-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM), pereżempju, jixhdu għall-isforzi tal-KtR fil-qasam tal-politika tal-viċinat tal-UE.
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni transkonfinali jinkludi:
Monitoraġġ, valutazzjoni u attivitajiet ta' riċerka
L-aħħar iżda mhux l-anqas, il-KtR
- jiżgura li kull livell ta' gvern ikun involut u li l-leġislazzjoni tal-UE tkun implimentata kif imiss fil-livell lokali u reġjonali
- jivvaluta l-impatt potenzjali tal-proposti leġislattivi tal-UE fuq il-post
- jinkoraġġixxi d-deċentralizzazzjoni u s-sħubija msaħħa għal tfassil effettiv ta' politika fl-UE
- jikkomplementa l-ippjanar strateġiku tiegħu billi jipprova jantiċipa l-isfidi u l-opportunitajiet futuri li, min-naħa tagħhom, jistgħu jgħinu fit-teħid tad-deċiżjonijiet li jkun għaddej