Pjattaforma Transfruntiera Ewropea 

© login – stock.adobe.com

Il-Pjattaforma Transfruntiera Ewropea tlaqqa’ fi ħdanha atturi li jaħdmu fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera, mill-bliet u r-reġjuni tal-fruntiera sar-REKT u l-Ewroreġjuni.Il-Pjattaforma hija l-post fejn il-partijiet ikkonċernati transfruntiera jiltaqgħu u jiddiskutu ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet uniċi tal-komunitajiet tal-fruntieri, u tippermettilhom jinvolvu ruħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tal-KtR.

Il-Pjattaforma hija favur approċċi u soluzzjonijiet ta’ politika ġodda għar-reġjuni transfruntiera, li jikkontribwixxu għat-tkabbir soċjali u ekonomiku tagħhom u, fl-istess ħin, jibnu futur Ewropew komuni.

Taqsimiet

L-għan tal-Pjattaforma

Il-kooperazzjoni transfruntiera hija waħda mill-orjentazzjonijiet ta’ politika ewlenin tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, u taqdi rwol sinifikanti fl-integrazzjoni Ewropea.

Minn mindu ġie stabbilit is-Suq Uniku fl-1992, inħolqu ħafna opportunitajiet ġodda għar-reġjuni tal-fruntiera, u dawn ir-reġjuni kibru b’mod ekonomiku parzjalment bis-saħħa tal-programm Interreg, li tnieda tliet snin qabel.

Madankollu, għad hemm ħafna ostakli għall-ħajja transfruntiera. Iċ-ċittadini u n-negozji fir-reġjuni tal-fruntiera għadhom jiltaqgħu ma’ diffikultajiet fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, kemm biex isibu impjieg, jaċċessaw il-kura tas-saħħa, jivvjaġġaw lejn ix-xogħol u lura ta’ kuljum, kif ukoll biex jegħlbu problemi amministrattivi.

Opinjonijiet

Opinjonijiet adottati

Opinjonijiet li qed jiġu diskussi bħalissa

Kuntatt

Is-Segretarjat tal-Kummissjoni COTER jissorvelja l-kooperazzjoni transfruntiera fi ħdan il-KtR. Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Slaven Klobučar
Ikkondividi :
 
Back to top