Il-kompetenzi tal- Kummissjoni għall-Politika ta' Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE (COTER) ikopru:
il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,
il-fondi strutturali u l-ġestjoni tat-territorju,
il-politika urbana u l-akkomodazzjoni,
it-trasport u n-netwerks trans-Ewropej tat-trasport,
il-makroreġjuni, il-kooperazzjoni territorjali u l-istatistika u l-indikaturi reġjonali,
il-baġit annwali tal-UE, il-qafas finanzjarju pluriennali, u l-finanzi lokali u reġjonali.
Is-Segretarjat COTER huwa responsabbli wkoll mir- reġistru uffiċjali tal-UE tar-REKT u mill-ġestjoni tal-Pjattaforma tar-REKT, li tiġbor flimkien ir-rappreżentanti politiċi u tekniċi tar-REKT kollha eżistenti u ta’ dawk ir-REKT li għadhom qed jiġu żviluppati.
Barra minn hekk, il-COTER huwa inkarigat mill- Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali. Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali jipprovdu lir-relaturi tal-KtR b’analiżi tal-impatt territorjali potenzjali ta’ proposti leġislattivi tal-UE.
Attivitajiet konġunti tal-KtR-OECD – f’oqsma bħalma huma l-kwalità tal-investiment pubbliku, id-deċentralizzazzjoni jew l-iżvilupp reġjonali, urban u rurali – huma wkoll ġestiti mill-COTER. Il-kooperazzjoni għandha l-għan ewlieni li ssaħħaħ id-djalogu politiku bejn l-OECD u l-gvernijiet lokali u reġjonali tal-UE u fl-aħħar mill-aħħar li ttejjeb il-politiki pubbliċi li jrawmu l-benesseri ekonomiku u soċjali.