Konferenza tal-Presidenti 

Il-Konferenza tal-Presidenti tikkonsisti mill-president, l - ewwel viċi president u l-presidenti tal-gruppi politiċi kollha. Il-Konferenza tal-Presidenti tħejji l-ħidma u tiffaċilita t-tfittxija ta’ kunsens politiku dwar id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-korpi kostituttivi l-oħrajn (l-Assemblea Plenarja, il-Bureau u l-kummissjonijiet).

Il-Konferenza tal-Presidenti tiltaqa’ qabel kull laqgħa tal-Bureau, normalment fl-istess ġurnata. Jiġu organizzati wkoll laqgħat straordinarji fi Brussell jew barra mill-pajjiż, b’mod partikolari darbtejn fis-sena fil-pajjiż tal-UE li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.

Taqsimiet

X’inhi l-għamla tagħha?

Il-Konferenza tal-Presidenti hija magħmula minn: 

  • President 
  • l-Ewwel Viċi President 
  • il-Presidenti tal-gruppi politiċi. 

Il-presidenti tal-gruppi politiċi jistgħu jiġu rappreżentati minn membru ieħor tal-grupp tagħhom.

X’inhuma l-kompiti tal-Konferenza tal-Presidenti?

Il-Konferenza tal-Presidenti tiddibatti kwalunkwe mistoqsija li titressaq quddiemha mill-president bil-għan li tħejji u tiffaċilita t-tfittxija ta’ kunsens politiku dwar id-deċiżjonijiet li jkollhom jittieħdu mill-korpi kostitwenti l-oħra tal-Kumitat. Il-komunikazzjoni mill-president lill-Bureau għandha tinkludi rapport dwar id-diskussjonijiet li jkun saru fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Presidenti.

Kemm huwa twil il-mandat politiku tal-Konferenza tal-Presidenti?

L-istess bħall-mandat tal-president u tal-Bureau, il-mandat tal-Konferenza tal-Presidenti huwa ta’ sentejn u nofs.

Dokumenti

Ikkondividi:
 
Back to top