Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali  

Il-Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali għandhom l-għan li jipprovdu lir-relaturi tal-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) analiżi dwar l-impatt territorjali potenzjali tal-proposti leġislattivi tal-UE.

Wara l- Opinjoni tal-2013 dwar "Valutazzjoni tal-impatt territorjali" , il-Kumitat beħsiebu jippromovi l-Valutazzjonijiet tal-Impatt Territorjali bħala għodda għal tfassil aħjar tal-politiki tal-UE sabiex jitqiesu l-impatti territorjali potenzjali tal-proposti ta' politika u dawk leġislattivi. Dan l-għan isssaħħaħ aktar bl- Istrateġija Mġedda tal-2015 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali

L-attivitajiet tal-KtR b'rabta mal-Valutazzjoni tal-Impatt Territorjali huma ġestiti mis- segretarjat tal-COTER  bil-kooperazzjoni mill-qrib tas-segretarjati ta' kummissjonijiet oħrajn.



Dokumenti

Kuntatt

Share:
Back to top