Sessjonijiet plenarji  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) iħejji sa 6 sessjonijiet plenarji kull sena. Is-sessjonijiet plenarji jiġbru flimkien membri tal-KtR (jew sostituti) li ġejjin minn reġjuni u bliet mis-27​ pajjiż tal-UE.

Normalment dawn jiġu preseduti mill-President tal-KtR, fejn l-għan ewlieni tas-sessjonijiet plenarji huwa:

  • Il-votazzjoni ta' opinjonijiet, rapporti u riżoluzzjonijiet
  • L-adozzjoni tal-programm politiku tal-KtR fil-bidu ta' kull mandat;
  • L-elezzjoni tal-President, tal-Ewwel Viċi president u tal-membri l-oħra tal-Bureau;
  • It-twaqqif ta' kummissjonijiet ta' politika fi ħdan l-istituzzjoni
  • L-approvazzjoni tal-abbozzi ta' estimi tal-infiq u d-dħul
  • Ir-reviżjoni u l-qbil dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-KtR

Il-kummissjoni rilevanti tal-KtR taħtar wieħed mill-membri tagħha – magħrufa bħala relatur – biex jabbozza opinjoni dwar il-proposta leġislattiva li mbagħad tiġi vvutat matul waħda mis-sessjonijiet plenarji tal-KtR. Jekk din tirċievi l-maġġoranza tal-voti tiġi adottata u tintbagħat lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE.

Il-KtR jista' wkoll, b'mod proattiv, jadotta pożizzjoni dwar kwistjoni partikolari permezz ta' opinjoni fuq inizjattiva proprja.

L-aħħar sessjoni plenarjaast

Is-sessjoni plenarja li jmiss