Il-gruppi interreġjonali, li bdew jiġu
stabbiliti minn Frar 2007, huma pjattaformi fejn jiġu skambjati
opinjonijiet u jinħolqu ideat ġodda bejn awtoritajiet lokali u reġjonali
fl-Istati Membri u lil hinn minnhom.
Il-Gruppi jeħtieġ ikunu magħmula minn:
- Minimu ta' 10 membri sħaħ tal-KtR
- Inkluż mhux inqas minn erba' delegazzjonijiet
nazzjonali, jew
- Grupp ta' reġjuni li jirrappreżentaw
kooperazzjoni transkonfinali
Il-gruppi interreġjonali eżistenti huma:
Ir-Reġjuni tal-Baħar Baltiku
- Li nħoloq fi Frar tal-2008
- Missjonijiet:
- Li, sal-2030, ir-reġjuni tal-Baħar Baltiku jsiru l-makroreġjun mexxej fl-innovazzjoni u ffokat fuq in-nies;
- Li l-makroreġjun tal-Baħar Baltiku ikun ir-reġjun fl-avangwardja l-iżjed sostenibbli fl-Ewropa;
- Li l-Baħar Baltiku jkun l-ewwel baħar ħieles minn kull plastik fid-dinja.
- President: Sari Rautio (FI/EPP)
Dan il-grupp interreġjonali huwa konness ma' Strateġija Makronazzjonali. Dawn jipprovdu qafas approvat mill-Kunsill Ewropea biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali f'żona ġeografika speċifika (anke: makroreġjuni)
Kuntatt:Segretarjat tal-Intergrupp
Ulla Karvo
Association of Finnish Local and Regional Authorities
Square de Meeûs 1
1000 Brussels, Belgium
Tel. +32 474 540 851
ulla.karvo@kuntaliitto.fi
Anu Wikman-Immonen
Association of Finnish Local and Regional Authorities
Toinen Linja 14
00530 Helsinki
Suomi/Finland
Tel.: +358 50 5252 874
anu.wikman-immonen@kuntaliitto.fi
Brexit
- Missjonijiet:
Li jikkontribwixxi għad-dibattitu tal-Kumitat sabiex tinkiseb stampa komprensiva tal-impatt tal-Brexit għall-awtoritajiet lokali u reġjonali;
Li jaqsam ideat dwar soluzzjonijiet li għandhom jinstabu biex jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar milquta;
Li jiġu identifikati proġetti kondiviżi li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiżviluppaw wara l-Brexit;
Li negozjaturi legali tal-UE jiġu pprovduti b’kontribut territorjali u jaġixxu bħala faċilitatur għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jesprimu l-fehmiet tagħhom lill-istituzzjonijiet tal-UE.
- President: Mr François DECOSTER (Renew Europe, France)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Hauts-de-France Region
Mission to the EU
Mr. Romain NIVELLE
Tel.: +32(0)22343080
romain.nivelle@hautsdefrance.fr
Il-Karpazji
- Li nħoloq fi Frar tal-2016
- Missjonijiet:
- Li jippromovi l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Strateġija makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji;
- Li jippromovi l-bini u l-iżvilupp ta’ sħubijiet bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, biex tiġi żgurata integrazzjoni aktar profonda tal-komunitajiet tal-Karpazji u biex jiġu identifikati għanijiet u ħidmiet komuni;
- Li jimmobilizza lill-gvernijiet tal-istati Karpazja biex jieħdu l-inizjattiva biex joħolqu Strateġija Makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji billi jagħmlu applikazzjoni formali lill-Kunsill Ewropew;
- Li jorganizza dibattiti, azzjonijiet u proġetti ma’ rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali miż-żewġ pajjiżi mhux tal-UE li jikkondividu l-firxa tal-Karpazji (is-Serbja u l-Ukrajna), bil-għan li jiġu inklużi fi “strateġija makroreġjonali għaż-żona tal-Karpazji” futura, peress li l-kooperazzjoni tagħhom hija marbuta mill-qrib mal-għanijiet tal-iżvilupp u s-sigurtà tal-Unjoni Ewropea;
- Li jappoġġja d-djalogu mal-partijiet interessati tal-Istrateġija tad-Danubju sabiex tiġi żviluppata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-Istrateġija tad-Danubju u l-Istrateġija Makroreġjonali għar-Reġjun tal-Karpazji;
- Li jiżgura mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn il-membri tal-KtR tar-reġjun tal-Karpazji sabiex jiġi ggarantit approċċ konġunt fi ħdan il-korpi kompetenti tal-KtR għal kwistjonijiet ta’ interess komuni marbuta mal-politiki tal-UE;
- Li jieħu azzjonijiet immirati lejn l-iżgurar tal-adeżjoni tal-UE għall-Konvenzjoni tal-Karpazji bħala Parti.
- Li jintensifika l-lobbying relatat mar-reġjun tal-Karpazji fil-livell tal-UE sabiex iħeġġeġ l-impenn politiku u jagħmel l-istrateġija makroreġjonali bħala prijorità.
- President: Wladyslaw Ortyl (PL/ECR)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Justyna Rog
Representation of the Podkarpackie Region to Brussels
Avenue de Tervuren 48
1040 Bruxelles
Tel.: +32479041359
bruksela@podkarpackie.pl
Kooperazzjoni Transkonfinali
- Maħluq f'Lulju 2015
- Missjonijiet:
- Li jaqsam fehmiet u esperjenzi: Il-grupp ser iservi ta’ pjattaforma għall-iskambju ta’ fehmiet, esperjenzi u prattiki tajbin għall-promozzjoni ta’ kooperazzjoni transkonfinali bejn il-membri tal-KtR li jirrappreżentaw reġjuni tal-fruntiera (evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali, definizzjoni tal-isfidi ewlenin, eċċ.);
- Li jinfluwenza: Fid-dawl tal-ġabra ta’ għarfien imsemmija hawn fuq il-grupp ser janalizza l-Opinjonijiet tal-KtR u jidentifika dawk b’rilevanza transkonfinali u jiżgura li jiġu inklużi soluzzjonijiet transkonfinali. Għal dan il-għan, se jaħdem mill-qrib mar-relaturi u jifformula wkoll emendi potenzjali skont il-ħtiġijiet reali tar-reġjuni tal-fruntiera. Se jikkontribwixxi wkoll għad-diskussjoni dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni biex jiżgura li l-kooperazzjoni transkonfinali tkun għadha parti integrali u importanti minnha;
- Li jieħu l-inizjattiva: Il-grupp se jidentifika temi transkonfinali li għandhom jiġu indirizzati fil-livell tal-UE. Se jagħmel suġġerimenti għal avvenimenti tal-pjattaforma REKT, AEBR, Open Days u eventwalment il-konferenzi jew is-seminars tiegħu stess;
- Li jrawwem id-djalogu: Il-grupp se jservi bħala pjattaforma ta’ komunikazzjoni li se tiffaċilita d-djalogu mal-Kummissjoni (speċjalment id-DĠ REGIO), il-gruppi ta’ ħidma fil-Parlament Ewropew, assoċjazzjonijiet Ewropej u partijiet interessati oħra (eż. AEBR u MOT).
- President: Pavel Branda, (CZ/ECR)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Marek Polach
Delegation of Prague to the EU
Avenue Palmerston 16
1000 Bruxelles
Tel: +32 2 230 15 84
Marek.Polach@praha.eu
Il-Futur tal-Industrija tal-Karozzi
- Li nħoloq fl-2009
- Missjonijiet:
- Li jkun hemm skambju ta’ esperjenzi fost it-territorji dwar kwistjonijiet differenti li jikkonċernaw is-settur tal-karozzi u l-futur tal-mobilità (eż. sewqan awtomatizzat, fjuwils tat-trasport sostenibbli, ħiliet, politika industrijali, infrastruttura, żvilupp ta’ reġjuni b’industrija awtomotiva jew industrija ta’ provvista);
- Li jagħmel kuntatt u jaqsam fehmiet u l-aħjar prattika mal-Istituzzjonijiet Ewropej u partijiet interessati oħrajn;
- Li jitrawmu kuntatti bejn raggruppamenti awtomotivi u ta’ mobilità, reġjuni u bliet.
- President: Christopher Drexler (AT/EPP)
- Viċi-President: Ximo Puig I Ferrer (ES/ES)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Claudia Suppan
Steiermark office in Brussels
Avenue de Tervueren 82
1040 Etterbeek
Tel: +32 (0)2 7320361
automotive@stmk.gv.at
www.europa.steiermark.at/automotive
Is-Saħħa u l-Benesseri
- Li nħoloq f'Novembru tal-2010
- Missjonijiet:
- Li jippromovi fehim ta’ kif is-setturi kollha jaffettwaw is-saħħa taċ-ċittadini u l-komunitajiet, u li, sussegwentement huwa meħtieġ approċċ ta’ governanza f’diversi livell biex jittejbu u jkunu appoġġjati s-saħħa u l-benessri madwar l-Ewropa;
- Li jaqsam ideat u għarfien dwar l-investimenti effettivi li għandhom isiru sabiex ikunu appoġġjati sistemi tas-saħħa reżiljenti u titjieb is-saħħa tas-soċjetà. Dan għandu jenfasizza r-rwol tal-gvernijiet lokali u reġjonali, u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, b’mod partikolari;
- Li jaqsam esperjenzi dwar l-isfidi attwali fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-riformi tas-sistema tas-saħħa fi klima ta’ riżorsi limitati u d-domanda dejjem tikber;
- Li jaġevola diskussjonijiet dwar inizjattivi ta’ politika lokali sabiex jinbnew komunitajiet koeżivi u sostenibbli li jippromovu u jippermettu drawwiet sani;
- Li jagħti attenzjoni mill-qrib lill-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi dawk b’diżabbiltà, u li jindirizza s-saħħa mentali daqs is-saħħa fiżika, billi tkun integrata perspettiva ta’ ekwità rigward is-saħħa fil-ħidma tal-grupp;
- Li jinforma lill-membri tal-KtR dwar l-aħħar riċerka u prattika innovattiva b’rabta mal-indirizzar tal-mard kroniku maġġuri u multimorbożitajiet f’popolazzjoni li qed tixjieħ.
- President: Birgitta Sacrédeus (SE/EPP)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Valentina Polylas
European Regional and Local Health Authorities
Rond-point Robert Schuman, 11
1040 Etterbeek
Bruxelles (Belgium)
secretariat@euregha.net
Reġjuni Insulari
- Li nħoloq f'April 2015, sospiż f'Mejju 2017 u riattivat f'Diċembru 2018
- Missjonijiet:
- Li jabbozza u japprova white paper dwar it-tielet paragrafu tal-Artikolu 174 tal-liġi kkonsolidata dwar il-gżejjer;
- Li jsaħħaħ id-dimensjoni territorjali billi jiġu jiżgura opportunitajiet indaqs ta’ żvilupp għall-gżejjer;
- Li jqiegħed kwistjonijiet ta’ insularità u ta’ diskontinwità territorjali fil-qalba tal-politika Ewropea tat-trasport;
- Li jipprovdi lill-Ewropa b’politika ta’ investiment li tinkludi miżuri u strumenti speċifiċi għall-gvernijiet tal-gżejjer;
- Li jemenda r-regoli eżistenti dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat sabiex jiġu armonizzati r-regoli dwar it-territorji insulari Ewropej;
- Li jipprovvdi miżuri li jikkumpensaw il-vulnerabbiltà speċifika tat-territorji insulari għall-effetti tat-tibdil fil-klima;
- Li jħeġġeġ it-tranżizzjoni tal-gżejjer għal mudell ta’ ekonomija ċirkolari;
- Li jtejjeb il-kompetittività tal-intraprenditorija tal-gżejjer;
- Li jsaħħaħ l-għodod Ewropej għall-analiżi territorjali billi joħloq kategorija ta’ statistika insulari;
- Li jwaqqaf korpi speċifiċi responsabbli għal kwistjonijiet ta’ gżejjer fi ħdan il-kuntest Ewropew.
- President: Gaetano Armao (IT/EPP)
Kuntatt:
Segretarjat tal-Intergrupp
Leonardo di Giovanna
Brussels office of the region of Sicily
Rue Belliard 12, 1040 Bruxelles
Tel: +32 26392574
leonardo.digiovanna@regione.sicilia.it