Il-Kummissjoni CIVEX tal-KtR hija prinċipalment responsabbli għall-pożizzjoni istituzzjonali dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE. Sabiex jiġu promossi d-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE u fil-pajjiżi tat-tkabbir, u biex jingħataw appoġġ fi triqthom lejn l-UE, inħolqu żewġ tipi ta' pjattaformi istituzzjonali:
- il-Kumitati Konsultattivi Konġunti (JCCs)
- il-Gruppi ta' Ħidma (GtĦ)
Kumitati Konsultattivi Konġunti (JCCs)
Dikjarazzjoni tal-missjoni
Kumitat Konsultattiv Konġunt jipprovdi forma ta' kooperazzjoni konsistenti u stabbli mal-awtoritajiet lokali u reġjonali ta' pajjiż li jixtieq jissieħeb fl-UE. Fost oħrajn l-attivitajiet tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt jikkontribwixxu lejn:
- it-tħejija tar-rappreżentanti lokali u reġjonali għas-sħubija fl-UE
- l-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE minn perspettiva lokali u reġjonali
- fluss reċiproku ta' informazzjoni diretta dwar l-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi u fl-UE
- il-monitoraġġ tan-negozjati, b'enfasi fuq oqsma ta' rilevanza partikulari għall-awtoritajiet lokali u reġjonali
Kif jiġi stabbilit JCC?
- Wara talba mill-gvern tal-pajjiż ikkonċernat
- Fuq il-bażi ta' “Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA)"
- Jew f'dikjarazzjoni uffiċjali tal-“Kunsill ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni" bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiż kandidat
Min jieħu sehem fil-JCCs?
- Nofs ir-rappreżentanti huma rappreżentanti lokali jew reġjonali mill-pajjiż ikkonċernat
- In-nofs l-ieħor huma Membri tal-Kumitat tar-Reġjuni
- Hemm żewġ kopresidenti li jirrappreżentaw il-kategoriji msemmija hawn fuq
Kif jaħdmu l-JCCs?
- Id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod konġunt
- Kull JCC jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess.
- Il-JCCs jiltaqgħu darbtejn f'sena, darba fi Brussell fil-qafas tal-avveniment Jum it-Tkabbir u darba fil-pajjiż imsieħeb
Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Montenegro
- Bażi legali: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-Montenegro, 21 ta’ Ġunju 2011
Kopresidenti
Membri
Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Maċedonja ta' Fuq
- Bażi legali: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni UE-l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 24 ta’ Lulju 2007
Kopresidenti
Membri
Kumitat Konsultattiv Konġunt mas-Serbja
- Bażi legali: Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-UE mas-Serbja, 2014
Kopresidenti
Membri
Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Islanda
- Il-Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Island ġie pospost ftit wara li nħoloq f’Mejju 2013, kif mitlub mill-Islanda.
Gruppi ta’ Ħidma (GtĦ)
Fost l-oħrajn, l-attivitajiet tal-Gruppi ta’ Ħidma jikkontribwixxu għal:
- it-trawwim tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiż jew pajjiżi li jkopri
- l-evalwazzjoni tal-impatt tal-politiki tal-UE minn perspettiva lokali u reġjonali
- fluss reċiproku ta’ informazzjoni diretta dwar l-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi u fl-UE
- l-iskambju tal-aħjar prattiki f’oqsma speċifiċi ta’ kooperazzjoni
Kif jiġi stabbilit GtĦ?
- Permezz ta’ deċiżjoni tal-Bureau tal-KtR skont ir-“Regoli ta’ Proċedura tal-KtR”
Min jieħu sehem fil-GtĦ?
- Il-membri tal-KtR
- Il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti lokali u reġjonali mill-pajjiżi imsieħba tvarja skont is-suġġett diskuss u l-post tal-laqgħa
Il-GtĦ jiltaqgħu darbtejn f’sena, darba fi Brussell fil-qafas tal-avveniment Jum it-Tkabbir u darba fil-pajjiż imsieħeb
Grupp ta' Ħidma dwar it-Turkija
Grupp ta' Ħidma dwar il-Balkani tal-Punent
- Stabbilit: 2006
- Attwalment ikopri: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina u Kosovo (taħt ir-Riżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti)
Kopresidenti
Membri