Barometru Reġjonali u Lokali 

Fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, hemm aktar minn miljun politiku elett fil-livell sottonazzjonali. Dawn il-politiċi lokali jirrappreżentaw ġabra varjata ħafna ta’ kostitwenzi f’diversi livelli ta’ gvern, inklużi stati federali, reġjuni, provinċji, kontej, distretti jew muniċipalitajiet. L-istħarriġ tal-Ewrobarometru Flash jipprovdi pjattaforma importanti għall-politiċi lokali fl-UE biex jaqsmu l-opinjoni tagħhom dwar l-isfidi u l-prijoritajiet tal-Ewropa.

It-tweġibiet jiżvelaw il-kwistjonijiet li l-politiċi lokali jqisu bħala prijoritarji fil-livell tal-UE, il-livell ta’ għarfien tagħhom dwar l-inizjattivi fl-UE u l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE, l-opinjonijiet tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa, u r-reazzjonijiet tagħhom għall-emerġenza maħluqa mill-gwerra fl-Ukrajna. 

Taqsimiet

Sejbiet ewlenin 

  • 76 % tal-politiċi lokali qalu li l-awtorità reġjonali jew lokali tagħhom tilqa’ refuġjati mill-Ukrajna, u mill-inqas nofs dawk li wieġbu qalu li l-awtorità reġjonali jew lokali tagħhom tibgħat għajnuna materjali lill-Ukrajna.
  • Tnejn minn kull erba’ rispondenti qalu li l-aktar mod effettiv biex terġa’ tinbena l-Ukrajna huwa li r-reġjuni tal-UE jiġu involuti fil-pjan ta’ rikostruzzjoni.
  • 88 % tal-politiċi lokali intervistati qablu totalment jew pjuttost qablu li l-“koeżjoni” għandha tkun fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea; din iċ-ċifra varjat minn 68 % fil-Finlandja għal 100 % fil-Portugall.
  • Fir-rigward tal-mistoqsija dwar il-valur miżjud tal-politika ta’ koeżjoni, meta mqabbla ma’ flussi oħra ta’ finanzjament (nazzjonali jew reġjonali), aktar minn sitta minn kull għaxar rispondenti qalu li l-fondi ta’ koeżjoni ntużaw biex jappoġġjaw tipi speċifiċi ta’ proġetti (62 %). Kważi wieħed minn kull tliet politiċi lokali qal li l-Fond ta’ Koeżjoni ntuża biex il-politika tal-UE tiġi integrata fl-istrateġiji żviluppati fil-livell reġjonali (31 %), mentri madwar wieħed minn kull ħames rispondenti qal li jappoġġja s-sħubija fost l-atturi fil-livelli istituzzjonali kollha (20 %) u l-istabbiltà tal-finanzjament fit-tul (16 %).
  • Fir-rigward tal-għarfien ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE (taħt il-Politika ta’ Koeżjoni jew in-NextGenerationEU) riċevut mill-belt jew ir-reġjun tagħhom f’dawn l-aħħar sentejn, 35 % tal-politiċi lokali qalu li huma konxji ta’ kwalunkwe finanzjament tal-UE.
  • Wieħed minn kull għaxar rispondenti ddikjara li kien totalment (1 %) jew parzjalment (9 %) involut fl-abbozzar tal-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
  • 51 % tar-rispondenti qalu li l-objettivi ewlenin tal-finanzjament tal-UE għandhom ikunu l-appoġġ għat-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija.
  • 77 % tar-rispondenti qalu li l-impatt soċjali u ekonomiku tal-gwerra jirrikjedi l-adattament tal-politiki u l-finanzjament tal-UE.
  • 89 % tar-rispondenti jaqblu li r-reġjuni u l-bliet għandu jkollhom aktar influwenza fuq il-futur tal-Unjoni Ewropea.
  • Aktar minn sitta minn kull għaxar rispondenti (65%) qalu li r-reġjuni u l-bliet jistgħu jkunu involuti bl-aktar mod effettiv fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa billi jiġi żgurat dibattitu kontinwu dwar is-suġġett fil-livell reġjonali u lokali.

L-istħarriġ dwar il-politiċi lokali tal-UE u l-futur tal-Ewropa twettaq mill-IPSOS. Bejn il-25 ta’ Lulju u l-11 ta’ Settembru 2022, saru 2 698 intervistamal-politiċi lokali u reġjonali fl-UE. Dawn jikkomplementaw is-sejbiet tar-Rapport Annwali tal-UE għall-2022 dwar l-istat tar-reġjuni u l-bliet maħruġ mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Dokumenti

National Factsheets

  1. Austria

  2. Belgium

  3. Bulgaria

  4. Croatia

  5. Cyprus

  6. Czech Republic

  7. Denmark

  8. Estonia

  9. Finland

  10. France

  11. Germany

  12. Greece

  13. Hungary

  14. Ireland

  15. Italy

  16. Latvia

  17. Lithuania

  18. Luxembourg

  19. Malta

  20. Netherlands

  21. Poland

  22. Portugal

  23. Romania

  24. Slovakia

  25. Slovenia

  26. Spain

  27. Sweden

Ikkondividi :
 
Back to top