Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE
Din l-ewwel edizzjoni, ippubblikata fit-12 ta’ Ottubru 2020, tiffoka fuq l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19. L-awtoritajiet reġjonali u lokali tal-UE kienu fuq quddiem nett fl-indirizzar tal-kriżi tas-saħħa u sabiex jiggarantixxu s-sikurezza tan-nies. Ir-rapport juri kif dawn huma wkoll kruċjali għall-irkupru ekonomiku. Aħna nenfasizzaw l-impatt fuq dawk l-aktar vulnerabbli fil-komunitajiet tagħna u nippreżentaw data ġdida tal-opinjoni pubblika dwar dawn il-kwistjonijiet, li ġew mistħarrġa inqas minn xahar qabel il-pubblikazzjoni.
RAPPORT