Sħubija tal-Lvant (CORLEAP)  

Imwaqqfa mill-KtR fl-2011, il-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) hija l-forum politiku tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.

Din hija l-unika pjattaforma tal-UE li toffri opportunità sabiex jiġi diskuss il-kontribut tal-bliet u r-reġjuni fl-iżvilupp tas-Sħubija tal-Lvant

Liema pajjiżi huma involuti?

L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna.


 

X'inhu l-għan tal-CORLEAP?

Il-CORLEAP għandha l-għan li:

  • tikkoordina r-rappreżentazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant
  • tikkomplementa u tappoġġja l-isforz mill-istituzzjonijiet tal-UE u partijiet interessati oħrajn li qed jipparteċipaw fit-twettiq tal-Politika Ewropea tal-Viċinat

tifrex il-kunċetti li ser iqarrbu l-pajjiżi msieħba lejn l-UE u trawwem ir-riforma interna u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali

Kif taħdem?

Il-CORLEAP tiffunzjona bħala "pjattaforma tal-kooperazzjoni territorjali". L-assoċjazzjonijiet lokali u reġjonali mill-istati msieħba huma l-punti ta' kuntatt għall-CORLEAP fil-pajjiżi tagħhom, filwaqt li l-KtR huwa l-punt ta' kuntatt naturali għall-istituzzjonijiet tal-UE. Dan jippermetti lill-CORLEAP li tiġbor u tikkondividi l-informazzjoni rilevanti għad-dimensjoni lokali u reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant.

Kif inhi magħmula?

Il-CORLEAP tikkonsisti minn 36 politiku reġjonali u lokali: 18-il membru tal-KtR u 18-il rappreżentant mis-sitt pajjiżi msieħba tal-Lvant.

Kull pajjiż imsieħeb tal-Lvant għandu tliet siġġijiet. Is-siġġijiet tal-UE huma distribwiti skont il-kompożizzjoni politika tal-KtR, imqassmin bejn il-ħames gruppi politiċi tiegħu: il-Partit Popolari Ewropew (PPE), il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PSE), l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa (ALDE), l-Alleanza Ewropea (AE) u l-Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej (ECR).

Bejn il-laqgħat annwali tal-CORLEAP hemm Bureau li jaġixxi bħala korp ta' tmexxija. Il-Bureau huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-ħidma tal-CORLEAP, jimmonitorja l-attivitajiet, ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet tagħha. Huwa magħmul minn sitt membri mill-pajjiżi msieħba u sitt membri tal-KtR li jirrappreżentaw l-Unjoni Ewropea.

Adopted Opinions

Opinions currently in discussion

Share:
Informazzjoni relatata
Links
Promoting people-to-people contacts through cross-border cooperation programmes in Eastern Partnership countries
Capacity building of local and regional government in Eastern Partnership countries