Il-Bureau huwa grupp ta’ membri tal-KtR li jista’ jitqies bħala l-mutur politiku tal-KtR: dan ifassal il-programm politiku tiegħu u jara li ssir l-implimentazzjoni tiegħu.
Il-Bureau jiltaqa’ qabel kull sessjoni plenarja biex jikkoordina il-ħidma tal-Assemblea Plenarja u l-kummissjonijiet. Dan jiltaqa’ wkoll darbtejn fis-sena f’laqgħat straordinarji fil-pajjiż tal-UE li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.