Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni jadottaw politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet  

Fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, il-mexxejja lokali u reġjonali jappellaw għal miżuri leġiżlattivi u riżorsi adegwati għall-prevenzjoni u l-ġlieda marbuta mal-vjolenza kontra n-nisa

L-Erbgħa 25 ta’ Novembru hija l- Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa . F’din l-okkażjoni, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) tenna l-appell tiegħu biex jiġu adottati miżuri leġiżlattivi fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. Skont il-bażi tad-data tan-Nazzjonijiet Uniti, sa Settembru 2020 48 pajjiż kienu integraw il-prevenzjoni u r-rispons għall-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fil-pjani ta’ rispons tagħhom għall-COVID-19, u 121 pajjiż kienu adottaw miżuri biex isaħħu s-servizzi għan-nisa superstiti tal-vjolenza matul il-kriżi globali.

Fl-istqarrija introduttorja tagħha lill-membri tal-Kummissjoni SEDEC tal-KtR, il-President tal-Kummissjoni SEDEC Anne Karjalainen (FI/PSE) qalet: “Illum huwa l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, wieħed mill-aktar ksur mifrux, persistenti u devastanti tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja. F’dan il-jum speċjali ħafna, nistedinkom ilkoll, fir-rwol tagħkom bħala politiċi lokali u reġjonali, biex tibqgħu viġilanti ħafna, u żżommu f’moħħkom li l-vjolenza kontra n-nisa għadha fil-biċċa l-kbira tagħha mhux irrappurtata minħabba l-impunità, is-silenzju, l-istigma u l-mistħija li ġġib magħha. L-uniku mod kif nimxu ’l quddiem huwa li nadottaw politika ta’ tolleranza żero fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet.”

Waħda minn kull 3 nisa u bniet jesperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali tul ħajjithom; ta’ kuljum,137 mara inqatlu minn membru tal-familja tagħhom, waħda minn kull 10 nisa fl-Unjoni Ewropea jirrapportaw li esperjenzaw fastidju ċibernetiku sa mill-età ta’ 15-il sena u 71% tal-vittmi kollha tat-traffikar tal-bnedmin fid-dinja huma nisa u bniet.

Minn mindu faqqgħet il-COVID-19, id-data u r-rapporti emerġenti minn dawk li jinsabu fl-ewwel linja wrew li ħrax kull tip ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet. Anne Karjalainen saħqet li: “25 sena wara l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni ta’ Beijing, qed naraw li d-drittijiet tan-nisa għadhom qed jiġu attakkati kullimkien fid-dinja, iżda wkoll fl-Unjoni Ewropea, mid-drittijiet sesswali u riproduttivi sal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kif ukoll id-dritt li jipprotestaw għall-emanċipazzjoni ekonomika u politika. Bħala Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, nikkundannaw bil-qawwa dan il-ksur tad-drittijiet tan-nisa u se naħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex niżguraw li dawn id-drittijiet jiġu protetti u msaħħa kullimkien fl-UE.”

Filwaqt li l-COVID-19 u l-miżuri ta’ lockdown iwaqqfu l-firxa tal-coronavirus, fil-istess waqt jintensifikaw il-vjolenza kontra n-nisa, speċjalment il-vjolenza domestika – f’xi pajjiżi,it-telefonati lill-helplines żdiedu b’ħames darbiet. Il-Barometru Reġjonali u Lokali tal-KtR 2020 – ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru – jenfasizza żieda fl-għadd ta’ każijiet irrappurtati ta’ vjolenza domestika matul il-lockdown, għalkemm għad m’hemm l-ebda sett ta’ data komparabbli fl-UE kollha disponibbli. Xi pajjiżi, bħal-Litwanja, osservaw 20 % aktar vjolenza domestika matul perjodu ta’ lockdown ta’ tliet ġimgħat. Fi Spanja, in-numru ta’ emerġenza għall-vjolenza domestika rċieva 18 % aktar telefonati fl-ewwel ġimagħtejn tal-lockdown. L-awtoritajiet reġjonali fi Spanja kkondividew gwida ta’ azzjoni għan-nisa li jsofru vjolenza marbuta mal-ġeneru waqt li jibqgħu d-dar . Il-Belt ta’ Amsterdam, f’koordinazzjoni mal-gvern nazzjonali, ħolqot sistema li fiha l-vittmi tal-vjolenza domestika setgħu jilħqu l-ispiżerija tagħhom bl-użu tal-kelma kodiċi “mask 19”.

Concha Andreu (ES/PSE), President tar-Reġjun ta’ La Rioja u relatur tal-KtR dwar L-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri , qalet: “Din is-sena, il-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa qed ifakkar sitwazzjoni li marret għall-agħar, peress li qed niffaċċjaw każi aggravati ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru minħabba l-lockdowns li rriżultaw mill-kriżi tal-COVID-19. Hemm bżonn urġenti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jingħataw riżorsi adegwati biex jassistu b’mod effettiv lill-vittmi permezz ta’ servizzi ta’ appoġġ adatti. Barra minn hekk, huma għandhom ikunu involuti b’mod strutturat fin-network tal-UE għall-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li se jitnieda bħala parti mill-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri.”

“L- Opinjoni tal-KtR dwar l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tistieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri leġiżlattivi mmirati lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda marbuta mal-vjolenza kontra n-nisa li huma konsistenti u komplementari għal-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Istati Membri, u li jindirizzaw il-forom kollha ta’ vjolenza, inklużi l-vjolenza online u l-vjolenza relatata ma’ kwistjonijiet ta’ unur. Huwa jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkorpora l-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet fost l-hekk imsejħa ‘Ewroreati’ stabbiliti fl-Artikolu 83 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,” żiedet tgħid Andreu.

Sfond:

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għażlet il-25 ta’ Novembru bħala l- Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa (Riżoluzzjoni 54/134). L-idea ta’ dan il-jum hija li ssir sensibilizzazzjoni dwar il-fatt li n-nisa madwar id-dinja huma soġġetti għal stupru, vjolenza domestika u forom oħra ta’ vjolenza. Fl-2014, it-tema uffiċjali mfassla mill-kampanja UNiTE (UNiTE to End Violence against Women) tas-Segretarju Ġenerali tan-NU kienet “Orange Your Neighbourhood”. Fl-2018, it-tema uffiċjali kienet “Orange the World: #HearMeToo” u għall-2019 kienet “Orange the World: Generation Equality Stands Against Rape” . It-tema ta’ din is-sena għall-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa hija “Orange the World: Fund, Respond, Prevent, Collect!” . Bħal fis-snin preċedenti, fil-Jum Internazzjonali ta’ din is-sena se jitnieda s- 16-il jum ta’ attiviżmu , li jintemm fl-10 ta’ Diċembru 2020, li huwa l-Jum Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Persuni ta’ kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 473536887

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Wioletta Wojewodzka

Tel. +32 473843986

wioletta.wojewodzka@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-MEETING-21-JUNE-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-TOLERANCE-POLICY-FOR-VIOLENCE-AGAINST-WOMEN-AND-GIRLS.ASPX

SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
22.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-TOLERANCE-POLICY-FOR-VIOLENCE-AGAINST-WOMEN-AND-GIRLS.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-TOLERANCE-POLICY-FOR-VIOLENCE-AGAINST-WOMEN-AND-GIRLS.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-TOLERANCE-POLICY-FOR-VIOLENCE-AGAINST-WOMEN-AND-GIRLS.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-TOLERANCE-POLICY-FOR-VIOLENCE-AGAINST-WOMEN-AND-GIRLS.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023