Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE lill-mexxejja lokali tal-Ukrajna u lill-President Zelensky: ‎ aħna nilqgħu lill-poplu tagħkom u se ngħinukom tibnu lil pajjiżkom mill-ġdid  

Is-sindki ta’ Mariupol, Kiev, Melitopol, Lviv u Kharkiv jiddeskrivu l-isfidi li qed jiffaċċjaw il-bliet tagħhom; il-mexxejja lokali tal-UE jitolbu “sanzjonijiet robusti” u l-ħelsien immedjat tal-uffiċjali eletti maħtufa.

Matul dibattitu mal-mexxejja reġjonali u lokali Ukreni fis-27 ta’ April, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) appella għal “sanzjonijiet robusti kontra r-Russja”, talab “il-ħelsien immedjat tas-sindki u l-impjegati taċ-ċivil Ukreni li nħatfu mill-forzi tal-okkupazzjoni Russi”, u offra l-għarfien espert tar-reġjuni u l-bliet tal-UE biex jgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ukrajna fl-isforzi tar-rikostruzzjoni. Aktar tard dakinhar, dan il-messaġġ ġie kondiviż mill-President tal-KtR Tzitzikostas mal-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, fil-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Ukrajna.

Apostolos Tzitzikostas (EL/PPE), President tal-KtR u Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, qal: “Nikkundannaw l-atroċitajiet Russi mwettqa kontra l-popolazzjoni ċivili innoċenti u kull mexxej lokali. Il-gvernijiet lokali u reġjonali tal-UE mhux se jieqfu jipprovdu għajnuna umanitarja u jilqgħu l-miljuni ta’ Ukreni li ħarbu mill-gwerra. Aħna ninsabu lesti biex ngħinu lill-Ukrajna tinbena mill-ġdid. L-istituzzjoni tagħna tinsab lesta biex tiġbor flimkien l-esperti tal-ippjanar spazjali, l-urbaniżmu u l-iżvilupp sostenibbli minn madwar ir-reġjuni u l-bliet Ewropej. Nappellaw lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex iżidu u jiffaċilitaw l-aċċess għall-fondi ħalli jgħinu fil-bini mill-ġdid tal-Ukrajna.”

Vitaly Klitschko, Sindku ta’ Kiev u – minn Marzu ’l hawn – membru onorarju tal-KtR, appella għall-irtirar immedjat tat-truppi Russi, iżda wissa lin-nies milli jirritornaw, minħabba l-attakki kontinwi tal-missili, “munizzjon mhux splodut” u l-qerda mifruxa ta’ wħud mill-aktar partijiet popolati tal-belt.

Madankollu, id-dibattiti li ħadu fuq tliet sigħat – inkluż mal-Kummissarji Ewropej Elisa Ferreira u Janez Lenarčič – iffokaw b’mod qawwi fuq l-esperjenzi tal-Ukreni. Matul is-sessjoni plenarja tal-KtR, Vadym Boychenko, Sindku ta’ Mariupol, Ivan Fedorov, Sindku ta’ Melitopol, Tetiana Yehorova-Lutsenko, President tal-Kunsill Distrettwali ta’ Kharkiv, u Andriy Sadovyi, Sindku ta’ Lviv, qasmu l-esperjenzi u t-talbiet tagħhom għall-appoġġ.

Matul id-dibattiti, il-membri tal-KtR mill-UE kollha tkellmu dwar kif ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet tagħhom qed jgħinu lir-refuġjati u x’inhuma l-isfidi li qed jiffaċċjaw. Skont in-NU, madwar 5,2 miljun ċittadin Ukren ħarbu mill-Ukrajna.

Ir-rakkonti mill-mexxejja lokali kienu kkomplementati minn diskussjoni dwar kif jista’ jittejjeb l-appoġġ mill-UE f’din l-emerġenza.

Elisa Ferreira, Kummissarju Ewropew għall-Koeżjoni u r-Riformi, qalet: “It-testimonjanza tas-sindki Ukreni kienet kommoventi ferm. Għandhom is-solidarjetà u r-rispett sħiħ tagħna għall-qlubija u d-determinazzjoni tagħhom. Din l-aggressjoni mhux provokata mir-Russja mhijiex biss attakk fuq l-Ukrajna; dan huwa attakk fuq il-valuri Ewropej tagħna tal-paċi u d-demokrazija, u d-dritt tal-popli ħielsa li jagħżlu triqithom. Sa mill-ewwel jum, il-politika ta’ koeżjoni kienet, u se tkompli tkun, fuq quddiem nett tal-appoġġ Ewropew lir-refuġjati, billi tassisti fl-integrazzjoni temporanja jew permanenti tagħhom.”

Janez Lenarčič, Kummissarju Ewropew għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet, qal: “Napprezza r-rispons rapidu tal-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE għall-kriżi fl-Ukrajna, b’mod partikolari l-mobilizzazzjoni immedjata tar-riżorsi u l-organizzazzjoni ta’ ċentri għall-ġbir ta’ għajnuna ta’ emerġenza. Ta’ kuljum is-sitwazzjoni umanitarja qed issir biss aktar diffiċli, u l-effetti konsegwenzjali tagħha fil-viċinat qed jissoktaw. Wasal iż-żmien li tintemm din l-aggressjoni militari Russa mingħajr ġustifikazzjoni kontra l-Ukrajna. Sa dak iż-żmien, il-Kummissjoni Ewropea se tkompli tipprovdi appoġġ ta’ emerġenza lill-Ukreni, lill-Moldova u lil kwalunkwe Stat Membru affettwat tal-UE. Qatt ma għandna ninsew – ir-rispons tal-Ewropa huwa aktar b’saħħtu meta lkoll kemm aħna naġixxu f’solidarjetà.”

Il-President Tzitzikostas appella għall-ħolqien ta’ ““Faċilità Lokali tal-UE għar-Refuġjati Ukreni”, mhux bħala fond ġdid, iżda bħala għodda operattiva biex titnaqqas il-burokrazija u jitħaffef l-aċċess tal-mexxejja lokali għall-fondi attwali”.

Il-membri ddiskutew riżoluzzjoni li tenfasizza r-rwol tar-riformi ta’ deċentralizzazzjoni preċedenti biex tiġi żgurata s-sopravivenza tal-Ukrajna, u appellaw għat-“tisħiħ tal-perspettiva Ewropea għall-Ukrajna” kif ukoll “l-istabbiliment ta’ pjan konkret ta’ rikostruzzjoni għall-bliet u r-reġjuni Ukreni”.

Il-KtR ilu jaħdem mal-bliet u r-reġjuni Ukreni sa mill-2010, u stabbilixxa task force dwar id-deċentralizzazzjoni fl-2015 u aktar tard grupp ta’ ħidma. Il-grupp ta’ ħidma, li huwa mmexxi minn Aleksandra Dulkiewicz, Sindku ta’ Gdańsk, iltaqa’ l-aħħar fit-30 ta’ Marzu. L-azzjonijiet tal-KtR mill-invażjoni tar-Russja fl-24 ta’ Frar ’il hawn jinkludu l-ħolqien ta’ Help Ukraine: pjattaforma ta’ informazzjoni u ta’ appoġġ, li tikkollega wkoll ir-reġjuni fi tranżitu u l-awtoritajiet lokali u reġjonali mgħobbijin iżżejjed ma’ dawk minn Stati Membri oħrajn tal-UE li jistgħu joffru l-għajnuna.

Id-dibattiti jistgħu jiġu segwiti mill-ġdid hawnhekk.

Persuna ta’ kuntatt:

Andrew Gardnerandrew.gardner@cor.europa.eu+32 473 843 981

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-TIMISOARA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-WELCOME-YOUR-PEOPLE-AND-WILL-HELP-REBUILD-YOUR-COUNTRY.ASPX

Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
19.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WAR-IN-UKRAINE-ADDS-TO-NEED-TO-BUILD-LOCAL-RESILIENCE-IN-THE-EASTERN-PARTNERSHIP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-WELCOME-YOUR-PEOPLE-AND-WILL-HELP-REBUILD-YOUR-COUNTRY.ASPX

War in Ukraine adds to need to build local resilience in the Eastern Partnership
War in Ukraine adds to need to build local resilience in the Eastern Partnership
07.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/8TH-MEETING-EUROPEAN-MIGRATION-FORUM.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-WELCOME-YOUR-PEOPLE-AND-WILL-HELP-REBUILD-YOUR-COUNTRY.ASPX

Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
20.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WESTERN-BALKANS-EU'S-CITIES-AND-REGIONS-WELCOME-PROGRESS-AND-FLAG-UP-PERSISTING-CHALLENGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-WELCOME-YOUR-PEOPLE-AND-WILL-HELP-REBUILD-YOUR-COUNTRY.ASPX

Western Balkans: EU's cities and regions welcome progress and flag up persisting challenges
Western Balkans: EU's cities and regions welcome progress and flag up persisting challenges
07.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-84-UKRAINE-CITIES-REGIONS-STEPPING-UP-SEARCH-FOR-INTERNATIONAL-PARTNERSHIPS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-WELCOME-YOUR-PEOPLE-AND-WILL-HELP-REBUILD-YOUR-COUNTRY.ASPX

Ukraine's cities and regions stepping up search for international partnerships
Ukraine's cities and regions stepping up search for international partnerships
07.07.2023