Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali tal-Ukrajna u tal-UE jingħaqdu flimkien biex joffru kampijiet tas-sajf għal eluf ta’ tfal  

Vitaliy Klitschko, President tal- Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni u Sindku ta’ Kiev, flimkien mal-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas, nieda inizjattiva wiesgħa mmirata lejn l-organizzazzjoni ta’ kampijiet tas-sajf għat-tfal Ukreni fil-bliet u l-irħula Ewropej.

Is-sindki u l-gvernaturi Ewropej qed jaħdmu mal-kollegi Ukreni tagħhom biex jorganizzaw it-trasferiment u s-soġġorn ta’ tfal mill-aktar komunitajiet lokali Ukreni milquta mill-gwerra. Il-proġett ġie ppreżentat fis-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), l-assemblea tal-UE tal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

L-inizjattiva hija intiża għat-tfal u ż-żgħażagħ tal-età tal-iskola primarja, sekondarja u postsekondarja (minn 6 snin sa 17-il sena) u lill-indokraturi li jakkumpanjawhom (adult wieħed għal kull 10 tifel u tifla), li se jkollhom l-opportunità li jibqgħu ma’ tfal oħra tal-età tagħhom u jirċievu appoġġ psikoloġiku mmirat biex jistabbilizzaw l-istat emozzjonali tagħhom u jinsew xi ftit l-esperjenzi trawmatizzanti.

“Aħna grati li l-ħbieb Ewropej tagħna qed jilqgħu lit-tfal Ukreni milquta mill-gwerra. L-esperjenza u l-emozzjonijiet li t-tfal se jgħixu fil-kampijiet tas-sajf tal-UE se jippermettulhom iħossu li l-Ukrajna hija parti mill-Ewropa. L-Ewropa qed tistenniena u aħna, l-Ukreni, ninsabu milqugħa fl-Ewropa.” qal is-Sur Klitschko.

“Dan il-proġett huwa prijorità konkreta u kruċjali għalina.Il-membri tal-KtR mill-Unjoni kollha diġà wrew ir-rieda tagħhom li jilqgħu lit-tfal u huma mobilizzati biex ixerrdu informazzjoni dwar din l-inizjattiva fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha tal-UE, f’kooperazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet territorjali ewlenin”, qal is-Sur Tzitzikostas.

“Quddiem il-kobor tat-traġedja li qed niffaċċjaw, irridu niffukaw mhux biss fuq dak li diġà qed nagħmlu iżda fuq dak li nistgħu nagħmlu aktar. F’dan ir-rigward, nappoġġja bis-sħiħ il-proposta ta’ programmi ta’ kampijiet tas-sajf għat-tfal li għandhom jiġu organizzati b’mod konġunt mal-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni. Bi pjaċir nikkonferma li Ruma ser tissieħeb fil-programm u ser tagħti sehemha”, iddikjara s-Sindku ta’ Ruma, Roberto Gualtieri, li ngħaqad fid-dibattitu plenarju tal-KtR.

L-għan ġenerali huwa li jinħoloq spazju fejn it-tfal u ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jħossuhom sikuri, u jsibu n-normalità permezz ta’ rutina bbilanċjata ta’ kuljum li tista’ tikkontribwixxi biex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fil-futur. L-attivitajiet fil-beraħ, l-isport u l-attivitajiet ta’ riabilitazzjoni jgħinu biex titjieb is-saħħa fiżika u mentali. Il-klassijiet edukattivi se jarrikkixxu l-għarfien ta’ kull tifel u tifla jew ta’ kull żagħżugħ u żagħżugħa u se jipprovdu l-esperjenza ta’ komunikazzjoni f’lingwa barranija. Fl-istess ħin, għandu jkun hemm disponibbli appoġġ psikoloġiku professjonali fil-lingwa materna tat-tfal.

It-tul tal-kampijiet se jkun ta’ 4-5 ġimgħat jew aktar, skont id-disponibbiltà tal-organizzaturi lokali. L-ispejjeż tas-soġġorn tat-tfal fil-kamp, inklużi l-vjaġġ u l-attivitajiet matul il-kamp, huma koperti mill-awtorità lokali/reġjonali ospitanti bl-involviment potenzjali tal-imsieħba privati lokali tal-ospitanti.

L-Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-awtoritajiet ospitanti Ewropej, se tieħu ħsieb il-proċeduri amministrattivi meħtieġa għall-vjaġġ, kif ukoll is-soġġorn fl-awtorità ospitanti.

L-Assoċjazzjoni bħalissa qed tiġbor il-ħtiġijiet ta’ kull muniċipalità u, bl-appoġġ tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, id-disponibbiltà tal-proposti li ġejjin mill-imsieħba Ewropej.

Il-Kumitat ħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jissemplifikaw l-aċċess għall-finanzjament tal-UE mir-reġjuni u l-bliet li qed ilaħħqu mal-kriżi tar-refuġjati u jappella biex jiġu mobilizzati programmi eżistenti tal-UE biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet ospitanti f’dan il-kuntest ta’ inizjattiva speċifika, b’enfasi partikolari fuq il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali interessati jistgħu jikkuntattjaw lill-Help Ukraine InfoSupport Hub tal-KtR hawnhekk: SupportUkraine@cor.europa.eu

Persuni ta’ kuntatt:

Andrew Gardner – Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

andrew.gardner@cor.europa.eu

+32 473 843 981

Tetyana Kutsenko – Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni

t.kutsenko@auc.org.ua,

+380671619085

Yuliia Bandura – Assoċjazzjoni tal-Bliet Ukreni

y.bandura@auc.org.ua

+380979260479

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-TIMISOARA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UKRAINE-SUMMER-CAMPS.ASPX

Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
19.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WAR-IN-UKRAINE-ADDS-TO-NEED-TO-BUILD-LOCAL-RESILIENCE-IN-THE-EASTERN-PARTNERSHIP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UKRAINE-SUMMER-CAMPS.ASPX

War in Ukraine adds to need to build local resilience in the Eastern Partnership
War in Ukraine adds to need to build local resilience in the Eastern Partnership
07.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/8TH-MEETING-EUROPEAN-MIGRATION-FORUM.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UKRAINE-SUMMER-CAMPS.ASPX

Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
20.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WESTERN-BALKANS-EU'S-CITIES-AND-REGIONS-WELCOME-PROGRESS-AND-FLAG-UP-PERSISTING-CHALLENGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UKRAINE-SUMMER-CAMPS.ASPX

Western Balkans: EU's cities and regions welcome progress and flag up persisting challenges
Western Balkans: EU's cities and regions welcome progress and flag up persisting challenges
07.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-84-UKRAINE-CITIES-REGIONS-STEPPING-UP-SEARCH-FOR-INTERNATIONAL-PARTNERSHIPS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UKRAINE-SUMMER-CAMPS.ASPX

Ukraine's cities and regions stepping up search for international partnerships
Ukraine's cities and regions stepping up search for international partnerships
07.07.2023