Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet tal-UE jridu rabtiet aktar b’saħħithom mal-amministrazzjonijiet deċentralizzati u l-gvernijiet lokali tar-Renju Unit  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jappella biex ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jitqies aħjar fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.

Maroš Šefčovič, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, laqa’ l-ambizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni u l-membri tiegħu li jikkooperaw mar-Renju Unit fil-livell lokali u reġjonali, dejjem fil-limiti stabbiliti mit-tip ta’ Brexit magħżul mill-Gvern tar-Renju Unit.

Il-Kummissarju Šefčovič, li qed jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni (FKK) bejn l-UE u r-Renju Unit, li daħal fis-seħħ fl-2021, kien qed jitkellem waqt is-sessjoni plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) nhar is-27 ta’ April. Il-membri tiegħu sussegwentement adottaw Opinjoni li tappella lill-UE biex “tindirizza n-nuqqas ta’ profondità territorjali” fl-FKK billi l-gvernijiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-monitoraġġ tal-Ftehim u biex il-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit jiġi rikonoxxut bħala interlokutur sottonazzjonali uffiċjali bejn l-UE u l-gvernijiet lokali u reġjonali tar-Renju Unit. Qed jiġi rrakkomandat ukoll li l-UE żżid mal-EUR 5,4 biljun diġà allokati biex jiġu appoġġjati r-reġjuni l-aktar affettwati mit-tfixkil fil-kummerċ ikkawżat mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

Il-Kummissarju Šefčovič qal: “Filwaqt li l-Kumitat m’għandu l-ebda rwol formali fir-rigward tal-ftehimiet internazzjonali tal-UE, il-bieb tal-Kummissjoni huwa dejjem miftuħ biex jisma’ leħen ir-reġjuni. Nistennew bil-ħerqa li nkomplu l-iskambji regolari li kellna mal-Grupp ta’ Kuntatt bejn ir-Renju Unit u l-Kumitat matul dawn l-aħħar sentejn, issa li qed nimplimentaw l-FKK. U diġà qed naħdmu biex nappoġġjaw lin-nies u lin-negozji l-aktar milquta mill-Brexit. Pereżempju, l-inizjattiva Peace+ tgħin tiffinanzja proġetti fl-Irlanda ta’ Fuq u l-kontej tal-fruntiera, liema proġetti għandhom l-għan li jiġu rrikonċiljati l-komunitajiet u jikkontribwixxu għall-paċi. Il-finanzjament fil-kuntest ta’ Peace+, li jinkludi l-kofinanzjament mill-Irlanda u r-Renju Unit, ser jammonta għal aktar minn EUR 1 biljun.”

Apostolos Tzitzikostas (EL/PPE), President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u Gvernatur tar-Reġjun tal-Maċedonja Ċentrali, qal: “Minkejja l-Brexit, ir-rabtiet bejn l-UE u r-Renju Unit jibqgħu b’saħħithom, u l-istess hija x-xewqa li jinżammu u jiġu żviluppati relazzjonijiet, f’oqsma ta’ interess reċiproku bħall-indirizzar tal-emerġenza klimatika u l-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. L-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej iridu jwasslu leħinhom fil-Kunsill ta’ Sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit. Aħna nifhmu r-raġunijiet politiċi interni – iżda nesprimu xorta waħda d-dispjaċir tagħna – għala r-Renju Unit naqas milli jiżgura vuċi għad-demokrazija lokali fil-Kunsill Konġunt ta’ Sħubija, inħeġġu lill-Kummissjoni Ewropea tirrimedja dan billi torganizza konsultazzjoni strutturata mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, permezz tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kull meta jiġi indirizzat suġġett li jkollu impatt territorjali.”

Michael Murphy (IE/PPE) – Sindku tad-Distrett ta’ Clonmel Borough, kap tad-delegazzjoni Irlandiża għall-KtR, u relatur dwar “It-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-livell sottonazzjonali u r-rimedju tal-impatt territorjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE” – qal: “Il-Brexit ser ikollu impatt negattiv fuq il-kooperazzjoni territorjali, li fasslet relazzjonijiet eċċellenti matul għexieren ta’ snin bejn il-bliet u r-reġjuni tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Nappellaw kemm lill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll lill-Gvern tar-Renju Unit biex jirrikonoxxu lill-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit bħala interlokutur sottonazzjonali uffiċjali fil-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni. Nafu li l-bliet u r-reġjuni qed ikomplu jsibu modi ġodda kif iżommu u jiżviluppaw ir-relazzjonijiet u dan huwa evidenti permezz ta’ programmi ta’ skambju, kooperazzjoni bilaterali, networks tal-UE u assoċjazzjonijiet. Dawn ir-relazzjonijiet huma meħtieġa biex jiġu indirizzati sfidi komuni li ma għandhomx fruntieri, bħall-kultura, il-ġestjoni sostenibbli tal-ibħra, u l-implimentazzjoni lokali u reġjonali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Nilqgħu b’sodisfazzjon kbir din il-kooperazzjoni kontinwa.”

Ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit warrbet EUR 5,4 biljun biex tkopri t-telf kummerċjali u l-impatt fuq ir-reġjuni tal-fruntiera marittimi, u għas-sajd. L-Opinjoni tal-KtR abbozzata mill-Kunsillier Murphy titlob li tiżdied ir-Riżerva, li jiġi estiż il-perjodu ta’ eliġibbiltà u li ssir valutazzjoni tal-impatt fuq setturi u reġjuni partikolari. Studju reċenti kkummissjonat mill-KtR – New trade and economic relations between EU-UK: the impact on regions and cities” (Relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi ġodda bejn l-UE u r-Renju Unit: l-impatt fuq ir-reġjuni u l-bliet) – ikkonkluda li l-effetti kienu asimmetriċi. Madankollu r-rapport sab ukoll li kważi r-reġjuni kollha fl-UE huma esposti minn tal-inqas f’wieħed mis-setturi prinċipali tal-UE ta’ speċjalizzazzjoni b’rabta mar-Renju Unit.

Persuna ta’ kuntatt:

Andrew Gardner

andrew.gardner@cor.europa.eu

+32 473 843 981

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/8TH-MEETING-EUROPEAN-MIGRATION-FORUM.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UK-EU-RELATION.ASPX

Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
Call for expression of interest: 8th meeting of the European Migration Forum
20.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PATRICK-MOLINOZ-ELECTED-CHAIR-OF-CIVEX.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UK-EU-RELATION.ASPX

Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
Patrick Molinoz, vice-president of Bourgogne-Franche-Comté, elected to chair of CIVEX
21.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZELENSKYY-PLENARY-MAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UK-EU-RELATION.ASPX

President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UK-EU-RELATION.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FOSTERING-DIVERSITY-AND-INCLUSION-ON-THE-GROUND.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/UK-EU-RELATION.ASPX

Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
Local and regional leaders welcome Commissioner Dalli's support for their work in fostering diversity and inclusion on the ground
24.05.2023