Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew jingħaqdu biex iqarrbu ’l-Ewropa lejn in-nies permezz ta’ proġetti tal-Kunsilliera tal-UE  

Stqarrija konġunta minn Dubravka Šuica, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Kummissarju għad-Demokrazija u d-Demografija, Apostolos Tzitzikostas, President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Domènec Ruiz Devesa, MEP , inizjatur tal-proġett pilota tal-BELC.

Nilqgħu b’sodisfazzjon l-eżitu tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u b’mod partikolari s-sejħiet biex tinħoloq sistema ta’ Kunsilliera lokali tal-UE bħala mod kif l-Ewropa titqarreb iktar lejn in-nies fir-reġjuni, il-bliet u l-irħula tagħha u biex tittejjeb id-Demokrazija Ewropea.

Filwaqt li jaħdmu f’kooperazzjoni mill-qrib, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Parlament Ewropew jaqsmu l-għan li jinvolvu rappreżentanti eletti fil-livell lokali fil-komunikazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE fiż-żona lokali tagħhom. F’dan il-qafas, il-Parlament Ewropew ippropona l-proġett “Nibnu l-Ewropa flimkien mal-Kunsilliera Lokali (BELC)”, li se jiġi implimentat mill-Kummissjoni Ewropea. Dan jikkumplementa n-Network tal-Kunsilliera Lokali u Reġjonali tal-UE tal-Kumitat tar-Reġjuni maħluq fl-2021 li jikkontribwixxi b’mod attiv għall-attivitajiet tal-KtR billi jorganizza avvenimenti relatati mal-UE fil-kunsilli lokali u reġjonali u jorganizza dibattiti lokali maċ-ċittadini.

Illum – fl-okkażjoni tat-tnedija tas-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-inizjattiva BELC – qed naqblu li naħdmu flimkien biex niżguraw li dawn l-inizjattivi jkunu kemm jista’ jkun bla xkiel u jiġu implimentati bħala eżerċizzju koordinat tal-'UE'. Il-Kumitat ser jiżgura li n-network tiegħu ta’ Kunsilliera tal-UE jsir konxju tas-sejħa għal proposti tal-inizjattiva BELC. Il-Kumitat se jinkludi l-benefiċjarji tal-proġett pilota fil-programm dedikat tiegħu ta’ laqgħat ta' informazzjoni tematiċi u avvenimenti online. Il-Kummissjoni se tinkludi materjali adottati f’isem l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tweġibiet tagħha lill-benefiċjarji. Bħala membri tan-network BELC u/jew tan-network tal-KtR, ir-rappreżentanti eletti fil-livell lokali se jirċievu appoġġ fil-lingwa lokali tagħhom għall-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tagħhom maċ-ċittadini u l-midja lokali. Huma ser jikkontribwixxu għas-sensibilizzazzjoni dwar l-UE.

Persuna ta’ kuntatt:

Pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi: