Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
“Is-Siġar għall-Ħajja”: is-sejħa issa hija miftuħa għall-bliet u r-reġjuni biex jingħaqdu ‎ mal-wegħda biex jitħawlu 3 biljun siġra sal-2030  

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Apostolos Tzitzikostas, u l-President il-ġdid tal-Kummissjoni ENVE utal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokalital-KtR, Kata Tüttő, fis-17 ta’ Frar nedew l-inizjattiva Is-Siġar għall-Ħajja, sejħa għall-azzjoni għall-membri kollha tal-KtR – iżda wkoll il-bliet u r-reġjuni fl-UE kollha – biex jikkondividu l-proġetti li għandhom għaddejjin bħalissa u l-impenji l-ġodda tagħhom fir-rigward tar-riforestazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani.L-inizjattivaIs-Siġar għall-Ħajja hija parti mill-kampanja tal-KtR dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali.

Apostolos Tzitzikostas, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, qal: “Huwa ta’ pjaċir għalina li nħabbru li l-inizjattiva “Is-Siġar għall-Ħajja” issa hija realtà. Nitolbu lill-membri tagħna jikkondividu l-inizjattivi tat-tħawwil tas-siġar tad-delegazzjoni tagħhom, kif ukoll tagħhom stess, billi jimlewl-istħarriġ relatat mal-inizjattiva. Bil-parteċipazzjoni tagħkom, tkunu tistgħu turu t-tmexxija tal-gvernijiet lokali u reġjonali tal-Ewropa fil-bini ta’ ġejjieni aktar ekoloġiku u sostenibbli għall-pjaneta tagħna.”

Il-Viċi Sindku ta’ Budapest u l-President il-ġdid tal-Kummissjoni ENVE u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR, Kata Tüttő, qalet: “F’Budapest napprezzaw is-siġar għall-ġid kollu li jipprovdu: mhux biss minħabba l-ammont ta’ CO2 li jassorbu, iżda wkoll bit-trab li huma kapaċi jiffiltraw, id-dell li jipprovdu fil-ġranet sħan tas-sajf u l-fwar li jirrilaxxaw fl-atmosfera. Dan għamilnieh prijorità, billi ħloqna wkoll reġistru biex nirreġistraw is-siġar bħala parti mill-monitoraġġ tagħna tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. L-ekoloġizzazzjoni taż-żoni urbani hija xi ħaġa konkreta li nistgħu nagħmlu lkoll biex niġġieldu t-tniġġis tal-arja, inwaqqfu t-telf tal-bijodiversità u nagħmlu l-bliet tagħna aktar abitabbli. Anke l-iżgħar azzjonijiet huma meħtieġa biex inwaqqfu l-kriżi tal-klima u tal-bijodiversità.”

Biex tingħaqad mal-inizjattiva Is-Siġar għall-Ħajja, jekk jogħġbok imla l-istħarriġ qasir online.Is-siġar iridu jitħawlu jew jitnibbtu wara l-20 ta’ Mejju 2020 u l-linji gwida dwar l-afforestazzjoni favur il-bijodiversità jridu jiġu osservati, filwaqt li tiġi evitata afforestazzjoni mhux adegwata ta’ ħabitats sensittivi bħal torbieri u artijiet mistagħdra, u tingħata prijorità lill-ispeċijiet tas-siġar indiġeni, meta jkun possibbli, u l-varjetajiet, l-ekotipi u l-provenjenzi li jqisu l-ħtieġa għar-reżiljenza għat-tibdil fil-klima. Il-linji gwida u l-kriterji ta’ parteċipazzjoni huma aċċessibbli hawnhekk.

Is-sejħa għall-azzjoni “Is-Siġar għall-Ħajja” tħeġġeġ lil kull parteċipant – u b’mod partikolari lill-membri tal-KtR – biex iħawlu siġra fir-reġjun, fil-belt jew fil-villaġġ tagħhom, preferibbilment fit-30 ta’ Mejju 2022 u mhux aktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2022, matul il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE 2022, u biex jikkondividu ritratt ħalli jippubbliċizzaw kull impenn u jippromovuh bħala kontribut għar-riforestazzjoni tal-Ewropa.

Il-KtR se jippromovi u jagħti viżibbiltà lill-impenji kondiviżi kollha, filwaqt li jsaħħaħ il-messaġġ li t-tisħin globali huwa sfida globali li teħtieġ soluzzjonijiet lokali.

Il-kontributi tal-bliet u r-reġjuni taħt l-inizjattiva Is-Siġar għall-Ħajja se jgħoddu direttament mal-Wegħda ta’ 3 Biljun Siġra Addizzjonali u jikkontribwixxu għall-Istrateġija l-ġdida tal-UE għall-foresti għall-2030.

Is-sejħa għall-azzjoni saret wara t-tħabbira tal-President tal-KtR Apostolos Tzitzikostas u ta’ Virginijus Sinkevičius, Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, l-Oċeani u s-Sajd, f’ittra konġunta f’Ottubru 2021.

Sfond

Is-Siġar għall-Ħajja hija waħda mill-10 sejħiet għall-azzjoni tal-kampanja tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda f’Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ grupp ta’ ħidma u sett ta’ inizjattivi ta’ komunikazzjoni u involviment, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-bliet u r-reġjuni fiċ-ċentru tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika u jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b’għodod diretti biex jinvolvu ruħhom u u jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’kull territorju.

Skont l-, il-foresti huma essenzjali għal saħħitna u għall-benesseri tal-pjaneta. Dawn huma rikki fil-bijodiversità u importanti ferm fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Fost benefiċċji oħra, it-tħawwil ta’ 3 biljun siġra addizzjonali fl-UE kollha se jgħin ukoll biex

  • l-arja tibred b’bejn 2 °C u 8 °C meta t-tħawwil tas-siġar isir b’mod strateġiku f’żoni urbani;
  • jipprovdu ikel, bħal frott, ġewż, u weraq; u
  • jipprovdu ħabitat, u protezzjoni għall-pjanti u l-annimali, u b’hekk tiżdied il-bijodiversità urbana.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lis-segretarjat tal-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR fuq greendeal@cor.europa.eu.

Ikkondividi: