Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka: jinħtieġ li ċ-ċentri reġjonali tal-innovazzjoni jkunu rikonoxxuti bis-sħiħ  

Il-bliet u r-reġjuni jixtiequ jkunu involuti bis-sħiħ fil-governanza u l-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej tar-riċerka u tal-innovazzjoni. B’mod partikolari, l-introduzzjoni taċ-ċentri taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ċentri taż-ŻER) tista’ tkun strument kruċjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tranżizzjoni ekoloġika, diġitali, soċjali u dik ekonomika, kif jenfasizza l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), f’Opinjoni mħejjija minn Christophe Clergeau (FR/PSE), membru tal-Kunsill Reġjonali ta’ Pays-de-la-Loire.

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni bil-għan li tagħti nifs ġdid liż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) u tiddefinixxi viżjoni ġdida, objettivi ċari u azzjonijiet speċifiċi. Minkejja elementi li jirrikonoxxu aħjar l-ekosistemi reġjonali ta’ innovazzjoni, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jinnota b’dispjaċir li l-governanza taż-ŻER għadha ċċentrata madwar il-Kummissjoni u l-Istati Membri u li sserraħ wisq fuq il-kontinwazzjoni tal-programm Orizzont Ewropa aktar milli tavvanza lejn “Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u tar-Riċerka”.

Għalhekk, il-Kumitat jappella għal approċċ trasversali marbut mill-qrib mal-politiki reġjonali, li jkun jinvolvi firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati – l-universitajiet, l-industrija, il-livelli differenti tas-settur pubbliku, iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili – u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut bis-sħiħ ir-rwol tal-ispeċjalizzazzjonijiet intelliġenti u l-proċess kollettiv u intraprenditorjali tagħhom bħala wieħed mill-pilastri tal-prestazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Skont ir-relatur Christophe Clergeau , Jeħtieġ li , minbarra l-eċċellenza , iż-Żona Ewropea tar-Riċerka tistabbilixxi bħala objettiv id-disponibbiltà fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-Unjoni ta’ xjenza ta’ livell għoli ta’ kwalità li tista’ tiġi mobilizzata biex tagħti spinta lill-innovazzjoni u tgħin lis-soċjetà u lin-negozji jindirizzaw l-isfidi tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u jindirizzaw il-kriżijiet attwali. Iċ-ċentri taż-ŻER huma strument mill-aħjar biex jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ il-merti ta’ approċċ ibbażat fuq il-post għax-xjenza u l-innovazzjoni. Dan l-approċċ huwa aktar u aktar meħtieġ fil-kuntest tal-kriżijiet attwali, l-impatt tagħhom fuq it-territorji l-aktar fraġli u milqutin, u l-frammentazzjoni taż-ŻER.

Fid-diskors tagħha fil-plenarja tal-KtR illum, Mariya Gabriel , Kummissarju għall-Innovazzjoni, ir-Riċerka, il-Kultura, l-Edukazzjoni u ż-Żgħażagħ, enfasizzat li: “Ir-reġjuni u l-bliet se jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, billi jikkontribwixxu għall-irkupru u jsaħħu r-reżiljenza tal-Ewropa . Permezz tal-pjan ta’ azzjoni konġunt tagħna mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, aħna ser nagħtu l-mezzi lir-riċerkaturi, lill-intraprendituri u lis-soċjetà ċivili biex jikkonsolidaw l-ekosistemi reġjonali tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni u biex isiru parti minn network pan-Ewropew ta’ eċċellenza .

L-MEP Dan Nica (RO/S&D) qal li: “Filwaqt li l-UE hija fuq quddiem nett fir-riċerka u l-innovazzjoni u fil-kollaborazzjoni xjentifika internazzjonali, tinsab lura meta tiġi biex issarraf l-eżiti tar-riċerka f’innovazzjoni fixkiela u biex timmobilizza l-kapaċitajiet tar-riċerka u tat-teknoloġija f’reġjuni inqas żviluppati. Għandu jkun hemm enfasi akbar fuq ir-relazzjoni bejn ir-riċerka u n-negozji, fuq id-disponibbiltà ta’ xjenza ta’ kwalità għolja fil-bliet u r-reġjuni kollha tal-UE, u fuq ir-rwol tagħhom fil-proċess ta’ kokreazzjoni. Nittama li ‘ċ-ċentri taż-ŻER’ jagħtu rikonoxximent akbar lill-ekosistemi reġjonali u liċ-ċentri ta’ innovazzjoni kif ukoll jagħtu spinta lir-reġjuni inqas żviluppati.”

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq li mill-inqas bejn 50 u 100 sit fl-Ewropa jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala “ċentri taż-ŻER”, fosthom ekosistemi emerġenti f’reġjuni aktar żvantaġġati. Dawn għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ċentri importanti ta’ appoġġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni Ewropea u għandhom jingaħataw appoġġ dirett mill-UE, inkluż finanzjarjament.

Ir-relatur, is-Sur Clergeau, jenfasizza li n-network “taċ-ċentri taż-ŻER” jista’ jsir qafas eċċellenti għall-ħolqien ta’ proġetti kollettivi ta’ riċerka u innovazzjoni li jlaqqgħu flimkien diversi ekosistemi reġjonali u ċentri ta’ innovazzjoni f’approċċ minn isfel għal fuq. Fost oħrajn, jinnota b’dispjaċir il-frammentazzjoni taż-ŻER b’disparitajiet kbar bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, kif ħareġ fid-dieher mill-aħħar Rapport ta’ Progress taż-ŻER u mit- Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali .

Peress li huwa mħasseb li l-kriżi tal-COVID-19 se tirriżulta f’kollass tal-investiment fir-riċerka u fl-innovazzjoni fir-reġjuni l-aktar fraġli u milqutin, il-Kumitat jappella għal appoġġ aktar b’saħħtu mill-istrument għall-rkupru “Next Generation EU” u mill-qafas finanzjarju l-ġdid għall-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni sabiex jintlaħqu l-objettivi taż-ŻER. Il-programm React EU u l- Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għandhom jiġu mobilizzati wkoll f’konformità mal-programmi operazzjonali adottati mir-reġjuni, u mal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tagħhom.

Aktar informazzjoni

Il-politiki tar-riċerka u l-innovazzjoni jokkupaw post speċifiku fil- pjan ta’ azzjoni konġunt adottat f’Novembru 2020 mas-servizzi tal-Kummissarju Mariya Gabriel (DĠ RTD, DĠ EAC u JRC) liema pjan jipprevedi kooperazzjoni msaħħa u skambji ta’ politika bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. B’mod partikolari, il-kooperazzjoni strateġika tal- Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien (KEP) se tiffoka fuq iż-ŻER ġdida. L-azzjonijiet tal-KEP 2.0 se jqarrbu l-kunċetti taż-ŻER lejn il-popolazzjoni ġenerali u se jipprovdu lill-atturi reġjonali/lokali l-opportunità li jippromovu l-attivitajiet rilevanti tagħhom tar-riċerka u l-innovazzjoni.

Persuna ta’ kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tél. + 32 473536887

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Informazzjoni relatata
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL42---TIMISOARA-CONFERENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-FULL-RECOGNITION-REGIONAL-INNOVATION-HUBS.ASPX

Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
22.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-TEAM-UP-TO-SPEED-UP-THE-EXPANSION-OF-THE-EUROPEAN-SEMICONDUCTOR-INDUSTRY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-FULL-RECOGNITION-REGIONAL-INNOVATION-HUBS.ASPX

 Regions team up to speed up the expansion of the European semiconductor industry
Regions team up to speed up the expansion of the European semiconductor industry
07.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-CHAIR-CONGRATULATES-NEW-EUROPEAN-BAUHAUS-2023-AWARDEES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-FULL-RECOGNITION-REGIONAL-INNOVATION-HUBS.ASPX

SEDEC chair congratulates New European Bauhaus 2023 awardees
SEDEC chair congratulates New European Bauhaus 2023 awardees
23.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-MEETING-21-JUNE-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-FULL-RECOGNITION-REGIONAL-INNOVATION-HUBS.ASPX

SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
22.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG35-KNOWLEDGE-EXCHANGE-PLATFORM-OPEN-SCIENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-FULL-RECOGNITION-REGIONAL-INNOVATION-HUBS.ASPX

Open Science for higher quality, more efficient and impactful research
Open Science for higher quality, more efficient and impactful research
16.06.2023