Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Lejn il-COP25 u Patt Ekoloġiku Ewropew: il-bliet u r-reġjuni tal-UE jinsabu abbord  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) jistenna b’interess is-summit dwar il-klima tal-COP25 f’Madrid bħala opportunità biex formalment jiġi rikonoxxut ir-rwol ewlieni tal-bliet u r-reġjuni tal-UE fil-governanza klimatika strateġika u jiġi żgurat l-involviment adegwat tagħhom fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. L-ewwel Viċi President Markku Markkula se jmexxi d-delegazzjoni tal-KtR f’Madrid, flimkien mal-presidenti tal-Kummissjoni ENVE Cor Lamers (PPE/NL) u Jean-Noël Verfaillie (RE/FR). Il-membri tal-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) tal-KtR spjegaw ukoll li l-livell lokali u reġjonali huwa kruċjali għas-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

F’dibattitu ta’ livell għoli mal-MEP Marie Toussaint (FR, Ħodor/EFA), Janez Potočnik , kopresident tal-Panel tar-Riżorsi Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti, u Diederik Samsom , il-Kap ġdid tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Frans Timmermans, membri tal-ENVE kellhom skambju ta’ fehmiet dwar kif il-Patt Ekoloġiku Ewropew propost mill-President elett tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, għandu jiġi implimentat fi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-KtR ser jadotta riżoluzzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew fis-sessjoni plenarja tiegħu li jmiss fl-4-5 ta’ Diċembru. Stieden ukoll delegazzjoni ta’ politiċi żgħażagħ eletti minn madwar l-UE sa Brussell biex jitgħallmu u jaqsmu fehmiet dwar kif tista’ titħaffef l-azzjoni klimatika lokalment.

“Aħna nilqgħu tajjeb ħafna l-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għall-ewwel darba jqiegħed is-sostenibbiltà fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE. Il-Patt irid isegwi approċċ ibbażat fuq il-post biex jiżgura li l-isfidi li jiffaċċjaw il-bliet u r-reġjuni tagħna jiġu indirizzati bl-għodod, ir-riżorsi u l-fondi adatti. Minħabba l-kompetenzi u l-qrubija tagħna lejn iċ-ċittadini, aħna impenjati li nfasslu l-politiki taħt il-Patt Ekoloġiku u li dawn jitwasslu fil-prattika għall-benefiċċju tal-pjaneta tagħna u tal-poplu tagħna”, qal is-Sur Lamers, President tal-ENVE .

Is-Summit tal-COP25, li tmexxa minn Santiago de Chile għal Madrid, ser isir bejn it-2 u t-13 ta’ Diċembru 2019. Il-KtR ser jiġi rrappreżentat f’Madrid mill-Ewwel Viċi President Markku Markkula (PPE/FI), il-President tal-ENVE Cor Lamers (PPE/NL; Sindku ta’ Schiedam), il-Viċi President tal-ENVE Jean-Noël Verfaillie (RE/FR; Kunsillier tal-Kontea ta’ Nord), Benedetta Brighenti (PSE/ I T; Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Castelnuovo Rangone), Andries Gryffroy (AE/BE; Membru tal-Parlament Fjamming) u Tjisse Stelpstra (KRE/NL; Membru tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Provinċja ta’ Drenthe). Id-delegazzjoni ġiet imħabbra fil-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE tal-21 ta’ Novembru fejn Jacob Werksman , il-Kap negozjatur tal-UE għall-COP25 tal-UNFCCC f’Madrid, ippreżenta l-qagħda attwali tan-negozjati bejn il-Partijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Il-President tal-ENVE Cor Lamers qal: “L-emerġenza klimatika u l-ħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni urġenti tal-ekonomija saru kwistjonijiet kruċjali fl-aġenda politika madwar id-dinja. Il-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1.5°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali teħtieġ azzjoni immedjata u tranżizzjoni wiesgħa fis-setturi kollha għal sistema tal-enerġija sostenibbli u b’emissjonijiet baxxi. Dan jeħtieġ approċċ kompletament ġdid. Soluzzjonijiet integrati u kooperazzjoni mill-qrib fil-livelli kollha tal-gvern u tas-soċjetà ċivili huma meħtieġa biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi kif ukoll il-miri tal-bijodiversità. Il-bliet u r-reġjuni impenjaw ruħhom favur miri klimatiċi ambizzjużi u jieħdu r-responsabbiltà biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, pereżempju permezz tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija.”

Waqt ċerimonja separata li saret matul il-laqgħa tal-ENVE tal-Ħamis, il-belt Portugiża ta’ Lousada tħabbret bħala r-rebbieħa tal- Premju Azzjoni Trasformattiva 2019 . L-inizjattiva tagħha “Edukazzjoni integrata għas-sostenibilità” ġiet magħżula minn ġurija ta’ esperti għall-potenzjal tagħha li twassal għat-trasformazzjoni soċjokulturali, soċjoekonomika u teknoloġika tal-komunità tagħha. Il-premju Ewropew għas-sostenibbiltà huwa organizzat mill-ICLEI, mill-Pajjiż Bask u mill-Belt ta’ Aalborg (id-Danimarka) u bl-appoġġ tal-KtR u tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI).

Il-Kummissjoni ENVE ddiskutiet ukoll l-abbozz ta’ opinjoni dwar "Lejn viċinanzi u komunitajiet żgħar sostenibbli – Politika ambjentali taħt il-livell muniċipali " (relatur: Gaetano Armao , IT/PPE, Viċi President u Ministru Reġjonali għall-Ekonomija tar-Reġjun ta’ Sqallija) li ġiet approvata b’mod unanimu u se tiġi vvutata fil-plenarja ta’ Frar 2020.

Aktar informazzjoni:

Id-dikjarazzjonijiet politiċi tal-KtR għall-COP25 huma bbażati fuq l-opinjonijiet li ġejjin mill-2019:

Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima , relatur Michele Emiliano (IT/PSE);

Ewropa Sostenibbli sal-2030: Segwitu tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima , relatur Sirpa Hertell (FI/PPE);

L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi permezz ta’ tranżizzjoni tal-enerġija innovattiva u sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali , relatur Witold Stępień (PL/PPE);

L-Implimentazzjoni tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa: l-NECPs bħala għodda għal approċċ ta’ governanza lokali u territorjali għall-klima, l-enerġija attiva u l-enerġija passiva , relatur József Ribányi (HU/EPP);

Il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni transsettorjali fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku , relatur Kata Tüttő (HU/PSE);

Bliet intelliġenti: sfidi ġodda għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika: kif għandna nimplimentaw l-SDGs fil-ħajja reali? , relatur Andries Gryffroy (BE/AE);

Il-Patt tas-Sindki wara l-2020 , relatur Benedetta Brighenti (IT/PSE) – li għandu jiġi adottat fis-sessjoni plenarja ta’ Diċembru;

Id-dikjarazzjonijiet politiċi tal- Opinjoni għall-COP24 f’Katowice ta’ Andrew Cooper (UK/AE) għadhom validi wkoll, speċjalment wara l-konklużjonijiet ta’ Katowice, li jistiednu lill-Partijiet biex jikkunsidraw l-eżitu, l-inputs u l-outputs tad-Djalogu ta’ Talanoa.

Il-laqgħa ta’ Novembru kienet l-aħħar laqgħa tal-ENVE matul il-mandat attwali tal-KtR. Aqra r- rapport ta’ tmiem il-mandat .

Kuntatt:

Lauri Ouvinen

Tel. +32 22822063

lauri.ouvinen@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-COP25-AND-EUROPEAN-GREEN-DEAL-EU-CITIES-AND-REGIONS-ARE-ON-BOARD.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-COP25-AND-EUROPEAN-GREEN-DEAL-EU-CITIES-AND-REGIONS-ARE-ON-BOARD.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-COP25-AND-EUROPEAN-GREEN-DEAL-EU-CITIES-AND-REGIONS-ARE-ON-BOARD.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-22-DIGITAL-LOCAL-AND-CIRCULAR-SOLUTIONS-SUPPORTING-THE-ZERO-POLLUTION-AGENDA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-COP25-AND-EUROPEAN-GREEN-DEAL-EU-CITIES-AND-REGIONS-ARE-ON-BOARD.ASPX

Digital, local and circular solutions supporting the Zero Pollution agenda
Digital, local and circular solutions supporting the Zero Pollution agenda
20.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-JOIN-FORCES-TO-TACKLE-ENERGY-CRISIS-AND-PUSH-CLIMATE-AMBITION-FORWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TOWARDS-COP25-AND-EUROPEAN-GREEN-DEAL-EU-CITIES-AND-REGIONS-ARE-ON-BOARD.ASPX

Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
Cities and regions join forces to tackle the energy crisis and push the EU's climate ambition forward
31.03.2023