Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Wasal iż-żmien biex jinqered il-faqar enerġetiku fl-Ewropa  
L-awtoritajiet lokali jistiednu lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi għanijiet speċifiċi għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku sal-2030 u l-qerda tiegħu sal-2050;

Il-faqar enerġetiku huwa sfida ewlenija għas-soċjetà b’impatt dirett fuq is-saħħa u jaffettwa madwar 54 miljun Ewropew ( KE ). Prezzijiet għoljin tal-enerġija, dħul baxx, u djar b’iżolazzjoni ħażina, li huma umdi u mhux tajbin għas-saħħa qed iwasslu għal rati ogħla ta’ faqar enerġetiku. Il-prezzijiet tal-elettriku għolew b’mod sinifikanti fil-parti l-kbira tal-pajjiżi fl-aħħar deċennju, li flimkien mal-kriżi ekonomika u finanzjarja riċenti u r-rendiment baxx fl-użu tal-enerġija tal-istokk tal-bini tal-Ewropa, wasslu għal aktar tħassib dwar il-faqar enerġetiku fl-Ewropa.

Madwar 11% tal-popolazzjoni tal-UE - 54 miljun Ewropew, huma affettwati mill-faqar enerġetiku. Madankollu, ħafna mill-pajjiżi tal-UE għadhom ma jidentifikawx jew ma jikkwantifikawx il-konsumaturi vulnerabbli tal-enerġija, u ma jimmirawx tajjeb il-miżuri kontra l-faqar enerġetiku.

Peress li jinsab imħasseb ħafna dwar il-faqar enerġetiku, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni adotta b’unanimità l-Opinjoni dwar Il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni transsettorjali fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku . Din tinkludi sensiela ta’ proposti inkluż li tiġi żviluppata aktar id-definizzjoni Ewropea ta’ faqar enerġetiku, investimenti mmirati fl-effiċjenza enerġetika, reviżjoni tas-suq uniku li jwassal għal prezzijiet baxxi tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi, u miri b’limitu ta’ żmien biex jintemm il-faqar enerġetiku.

Ir-relatur Kata Tüttő (HU/PSE) , Rappreżentanta tal-gvern lokali tat-tnax-il-distrett ta’ Budapest, qalet li: "Illum aktar minn 50 miljun Ewropew qed ikunu mġiegħlin jagħżlu bejn il-faqar u l-ikel, u qed jgħixu l-faqar enerġetiku. Dan għandu effetti serji fuq is-saħħa u l-benesseri tan-nies u nafu li n-nisa jintlaqtu aktar ħażin minnu. Id-dritt għal enerġija nadifa u affordabbli, li huwa wkoll parti mis-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli, għandu jiġi garantit lil kull ċittadin Ewropew. Meta tingrana l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini Ewropew u billi tistabbilixxi skemi speċifiċi ta’ protezzjoni soċjali u suq uniku kompetittiv u li jiffunzjona sew li jwassal għal prezzijiet baxxi tal-enerġija għall-konsumaturi, l-UE se ġġib magħha benefiċċji diretti u se turi l-valur miżjud tagħha għaċ-ċittadini. It-tranżizzjoni ġusta tal-enerġija u tal-klima li ma tħalli lil ħadd lura għandha tibda bil-qerda tal-faqar enerġetiku.”

Il-Membri jaqblu li l-prezzijiet bażiċi tal-enerġija għall-konsumaturi domestiċi ma jistgħux jitħallew f’idejn l-awtoregolazzjoni tas-suq. Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż eċċessivi tal-enerġija, il-bliet u r-reġjuni jħeġġu lill-UE biex tistabbilixxi oqfsa legali li jipprovdu lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-għodod adatti biex jiżguraw enerġija affordabbli għal kulħadd. F’dan is-sens, il-KtR itenni wkoll sejħa mill-Parlament Ewropew biex il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi aktar gwida dwar meta l-Istati Membri jitħallew jintervjenu fis-suq biex jiġi evitat li “numru sinifikanti ta’ unitajiet domestiċi” jintlaqtu mill-faqar enerġetiku.

Il-mexxejja lokali jipproponu moratorju fuq it-terminazzjoni jew is-sospensjoni tas-servizzi bażiċi tal-enerġija għal dawk iċ-ċittadini li ma jħallsux.

Il-bliet u r-reġjuni jħeġġu lill-Istati Membri biex sa mhux aktar tard minn Marzu 2020 jittrasponu fil-liġi nazzjonali d-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) aġġornata. Id-Direttiva EPBD l-ġdida daħlet fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2018. Din tinkludi miżuri li jaċċelleraw ir-rata ta’ rinnovazzjoni tal-bini lejn sistemi aktar effiċjenti fl-enerġija u li jsaħħu l-prestazzjoni tal-enerġija ta’ bini ġdid.

Madankollu, il-membri jfakkru li d-Direttiva EPBD mġedda għandha tkun komplementata b’miri u investimenti addizzjonali għar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-Ewropa għax mingħajrhom l-isforzi biex jinqered il-faqar enerġetiku mhux se jkunu biżżejjed.

It-tisħin, it-tkessiħ, id-dawl u l-enerġija biex jitħaddmu l-apparati elettriċi huma servizzi essenzjali meħtieġa biex jiġi ggarantit livell ta' għajxien deċenti u saħħa għaċ-ċittadini. Il-faqar fl-enerġija jseħħ meta unità domestika ssofri minn nuqqas ta’ servizzi tal-enerġija adegwati fid-dar ( KE ).

Il-mexxejja lokali jixtiequ li ċ-ċiklu tal-ħajja tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku jiġi estiż sabiex tkompli tinġabar u tiġi evalwata d-data bħala kontribut ewlieni għat-titjib tal-politiki dwar il-qerda tal-faqar enerġetiku. Il-membri fakkru li żewġ terzi tal-Istati Membri għad mhumiex qed isegwu l-iżvilupp tal-faqar enerġetiku fuq il-bażi ta’ miżuri kwantitattivi.

Nota lill-edituri:

Il-faqar enerġetiku huwa definit bħala s-sitwazzjoni fejn unità domestika jew individwu ma jkollhomx il-mezzi biex jakkwistaw servizzi bażiċi ta’ enerġija (tisħin, tkessiħ, tidwil, mobilità u elettriku) li jiggarantixxu standard tal-għajxien deċenti minħabba taħlita ta’ dħul baxx, spejjeż tal-enerġija għoljin u effiċjenza dgħajfa fl-użu tal-enerġija f’darhom (Definizzjoni mill-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija). Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija stabbilixxa l-faqar enerġetiku bħala t-tielet pilastru, u għandu rwol ewlieni biex din il-kwistjoni tinżamm fuq l-aġenda lejn l-2030.

Il-faqar enerġetiku jista’ jaffettwa kważi 11% tal-popolazzjoni tal-UE. Aqra l-istudju sħiħ hawnhekk.

Għal informazzjoni skont il-pajjiż, jekk jogħġbok aqra hawnhekk ir-rapport dwar Energy Poverty in the European Union (Il-Faqar Enerġetiku fl-Unjoni Ewropea) min-Netwerk Ewropew tal-Enerġija (2019).

Il-faqar enerġetiku huwa forma distinta ta’ faqar assoċjat ma’ firxa ta’ konsegwenzi negattivi għas-saħħa u l-benesseri tal-persuni – b’mard respiratorju u tal-qalb, u s-saħħa mentali, aggravati minħabba t-temperaturi baxxi u l-istress assoċjat ma’ kontijiet tal-enerġija li mhumiex affordabbli, kif ukoll nuqqas ta’ prestazzjoni fil-qasam edukattiv għat-tfal affettwati minnu. Fil-fatt, il-faqar enerġetiku għandu effett indirett fuq ħafna oqsma ta’ politika – inklużi s-saħħa, l-ambjent u l-produttività. L-indirizzar tal-faqar enerġetiku għandu l-potenzjal li jġib diversi benefiċċji, fosthom inqas flus minfuqa mill-gvernijiet dwar is-saħħa, tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u fl-emissjonijiet tas-CO 2 , kumdità u benessri aħjar, baġits domestiċi mtejba, u żieda fl-attività ekonomika.( KE )

Permezz tal-pakkett dwar Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha , il-Kummissjoni Ewropea pproponiet firxa ta’ miżuri biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku permezz tal-effiċjenza fl-enerġija, is-salvagwardji kontra l-iskonnessjoni u definizzjoni u monitoraġġ aħjar tal-kwistjoni fil-livell tal-Istati Membri permezz tal-Pjani Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima (NECPs). B’hekk, il-kuntest leġislattiv tal-UE għall-faqar enerġetiku għaddej minn diversi bidliet. Il-faqar enerġetiku jissemma fid-Direttiva l-ġdida dwar l-Effiċjenza Enerġetika (2018/2002), id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (2018/844) u r-Regolament dwar il-Governanza (2018/1999). Barra minn hekk, id-Direttiva dwar l-Elettriku (2009/72) tirreferi għall-faqar enerġetiku, u l-verżjoni riveduta tagħha rriżultat minn ftehim politiku f’Diċembru 2018. (Aqra iktar hawnhekk) .

Skont l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE , l-indikaturi ewlenin biex jiġi identifikat il-faqar enerġetiku huma 'Infiq assolut tal-enerġija baxx' , 'Arretrati fuq kontijiet tas-servizzi' , 'Sehem għoli ta’ nfiq fl-enerġija u 'Nuqqas ta’ abbiltà li d-dar tinżamm sħuna adegwatament' .

Il-prezzijiet tal-elettriku għall-konsumaturi domestiċi ilhom jiżdiedu b’mod kostanti għal dawn l-aħħar tnax-il sena. L-ispiża medja tal-EU-28 ta’ kilowatt-siegħa telgħet minn EUR 0.18 fl-ewwel semestru tal-2007 għal EUR 0.21 ewro fit-tieni semestru tal-2018 (Eurostat), iżda b’differenzi sinifikanti ħafna bejn l-Istati Membri.

Id-Danimarka (EUR 0.31), il-Ġermanja (EUR 0.30), il-Belġju (EUR 0.29), l-Irlanda (EUR 0.25 ) u Spanja (EUR 0.24) huma l-ogħla ħames pajjiżi fejn kilowatt-siegħa hija l-aktar għolja bit-taxxi u imposti kollha inklużi. Fuq in-naħa l-oħra, l-Istati Membri fejn kilowatt-siegħa hija l-irħas huma l-Bulgarija (EUR 0.10), il-Litwanja (EUR 0.10), l-Ungerija ( EUR 0.11), ir-Rumanija (EUR 0.13 ), Malta (EUR 0.13) u l-Polonja (EUR 0.13) (Eurostat)

Wieħed mill-indikaturi primarji tal-faqar enerġetiku huwa “l-arretrati fuq il-kontijiet tas-servizzi” li juru s-sehem tal-unitajiet domestiċi li ma setgħux iħallsu l-kontijiet tas-servizzi fil-ħin (it-tisħin, l-elettriku, il-gass, l-ilma, eċċ.) minħabba diffikultajiet finanzjarji. Fl-UE28, il-medja għal sitwazzjonijiet bħal dawn naqset minn 9 għal 7% mill-2010 sal-2017, iżda għadhom jippersistu sitwazzjonijiet estremament diversi. Fl-2017, daqs 38% tal-Griegi , 30% tal-Bulgari u 21% tal-Kroati ddikjaraw li ħallsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom tard minħabba limitazzjonijiet finanzjarji. Dawn il-pajjiżi li ġejjin huma kollha ’l fuq mill-medja tal-UE ta’ 7%: 16% fir-Rumanija , 14.3% fis-Slovenja , 13.9% fl-Ungerija, 13.7% f’Ċipru , 11.9% fil-Latvja , 8.5% fil-Polonja u 7.4% fi Spanja . (Eurostat) .

Id-Direttiva EPBD (Id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija) Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija.

Kuntatt: David Crous | Tel. +32 (0) 470 88 10 37 | david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZERO-POLLUTION-EU-LOCAL-AND-REGIONAL-GOVERNMENTS-URGE-TO-TIGHTEN-EMISSIONS-AT-SOURCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TIME-TO-ERADICATE-ENERGY-POVERTY-IN-EUROPE.ASPX

Zero pollution - EU local and regional governments urge to tighten emissions at source
Zero pollution - EU local and regional governments urge to tighten emissions at source
02.07.2020

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NOT-UPGRADING-WATER-LEGISLATION-COMPROMISES-THE-EU-S-ZERO-POLLUTION-AMBITION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TIME-TO-ERADICATE-ENERGY-POVERTY-IN-EUROPE.ASPX

Not upgrading water legislation compromises the EU's zero-pollution ambition
Not upgrading water legislation compromises the EU's zero-pollution ambition
01.07.2020

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CITIES-AND-REGIONS-SUPPORT-AN-AMBITIOUS-EU-HYDROGEN-STRATEGY-TO-REACH-CLIMATE-NEUTRALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TIME-TO-ERADICATE-ENERGY-POVERTY-IN-EUROPE.ASPX

Cities and regions support an ambitious EU hydrogen strategy to reach climate-neutrality
Cities and regions support an ambitious EU hydrogen strategy to reach climate-neutrality
01.07.2020

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/THE-EUROPEAN-WEEK-FOR-WASTE-REDUCTION-REWARDS-ITS-BEST-ACTIONS-IMPLEMENTED-IN-2019.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TIME-TO-ERADICATE-ENERGY-POVERTY-IN-EUROPE.ASPX

The European Week for Waste Reduction rewards its best actions implemented in 2019
The European Week for Waste Reduction rewards its best actions implemented in 2019
25.06.2020

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RECONCILING-FORESTRY-AND-AGRICULTURE-WE-NEED-A-NEW-CERTIFICATION-SCHEME-TO-PROTECT-FORESTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/TIME-TO-ERADICATE-ENERGY-POVERTY-IN-EUROPE.ASPX

Ir-rikonċiljazzjoni tal-forestrija u l-agrikoltura: għandna bżonn skema ġdida ta’ ċertifikazzjoni għall-protezzjoni tal-foresti
Ir-rikonċiljazzjoni tal-forestrija u l-agrikoltura: għandna bżonn skema ġdida ta’ ċertifikazzjoni għall-protezzjoni tal-foresti
23.06.2020