Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni jqisu l-mobilità sostenibbli bħala kruċjali għal Patt Ekoloġiku ta’ suċċess  

Fis-26 ta’ Frar, il-Kummissjoni għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE (COTER) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) iltaqgħet għall-ewwel darba din is-sena. Waqt il-laqgħa, il-membri ddiskutew kif l-ajruporti reġjonali tal-Ewropa u strateġija ta’ mobilità sostenibbli fis-settur tat-trasport jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u konnettività akbar bejn il-bliet Ewropej u fi ħdanhom. Il-membri ddiskutew ukoll l-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba waqt il-kriżi tal-COVID-19.

Ir-reġjuni Ewropej intlaqtu ħafna mill-pandemija, b’mod partikolari fiż-żoni transfruntiera. Minħabba l-kriżi tal-COVID-19, il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-Istati Membri xi drabi kienet batuta. Biż-żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-mobilità f’din l-aħħar sena, il-pandemija kellha wkoll impatt kbir fuq is-settur tat-trasport Ewropew, settur li diġà qed jinbidel b’mod rapidu u li qed jadatta minħabba l-għanijiet klimatiċi tal-UE.

Isabelle Boudineau (FR/PSE) , Viċi President tar-Reġjun ta’ Nouvelle-Aquitaine u President tal-Kummissjoni COTER, qalet: “Illum iddiskutejna l-ewwel passi li għandhom jittieħdu jekk irridu li s-sistemi tat-trasport u tal-mobilità tagħna jikkontribwixxu għas-suċċess tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Dawn jinkludu mistoqsijiet diffiċli, bħall-bidla modali mit-trasport bit-triq u bl-ajru għal modi tat-trasport aktar sostenibbli. Irridu niżguraw li dawn it-trasformazzjonijiet, u d-deċiżjonijiet iebsin li jinvolvu, ma jagħmlux ħsara lil dawk l-aktar vulnerabbli. Ma nistgħux ġurnata waħda niddikjaraw l-appoġġ qawwi tagħna għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-ġurnata ta’ wara naħsbuha darbtejn meta jkun wasal iż-żmien li nieħdu deċiżjonijiet diffiċli li huma kruċjali għall-ġejjieni tat-tfal tagħna!”

Il-punti diskussi fil-laqgħa tal-COTER ser jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex jimplimenta l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fil-politiki kollha tal-UE. Illum, il-mobilità sostenibbli u t-trasport bl-ajru ġew diskussi sabiex jintlaħaq l-għan li jitnaqqas l-impatt negattiv tagħhom fuq il-klima b’90% sal-2050.

Il-membri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar żewġ Opinjonijiet futuri skedati li ser jiġu adottati fis-sessjoni plenarja tal-KtR ta’ Ġunju/Lulju:

L- istrateġija tal-mobilità sostenibbli u intelliġenti , li tfittex li tistabbilixxi l-pedamenti bi jintlaħqu l-objettivi tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE fis-settur tat-trasport Ewropew, hija l-fokus ewlieni ta’ Opinjoni abbozzata mir-relatur Robert Van Asten (NL/RE) , membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ The Hague.

L- isfidi u l-opportunitajiet tal-ajruporti reġjonali fl-Ewropa huma s-suġġett tal-Opinjoni abbozzata mir-relatur Władysław Ortyl (PL/KRE) , President tar-Reġjun ta’ Podkarpackie.

Il-membri ddiskutew ukoll il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku fil-livell lokali u reġjonali u l-involviment tal-Kummissjoni COTER fil-Grupp ta’ Ħidma tal-KtR dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali . Bħala parti mill-prijorità tal-KtR “Nibnu komunitajiet reżiljenti” , il-KtR nieda l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali , li għandu l-għan li jqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li kemm l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir sostenibbli kif ukoll il-pjani ta’ rkupru mill-COVID-19 jissarrfu f’finanzjament dirett għall-bliet u r-reġjuni u proġetti tanġibbli għal kull territorju. Sabiex tiġi ispirata u aċċellerata l-azzjoni, il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali jinkludi mappa online b’200 prattika tajba.

Ġiet diskussa wkoll Opinjoni ta’ prospettiva dwar l-esperjenzi u t-tagħlimiet miksuba mir-reġjuni u l-bliet matul il-kriżi tal-COVID-19 , abbozzata minn Joke Schauvliege (BE/PPE) , membru tal-Parlament Fjamming, biex jiġi enfasizzat ir-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rispons għall-kriżi. L-Opinjoni għandha l-għan li tipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat irkupru b’suċċess u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE għal kriżijiet futuri, abbażi ta’ evidenza mil-livell lokali u reġjonali.

L-esperjenza ta’ livelli differenti ta’ gvern se jkollha wkoll rwol kruċjali fit-tħejjija għall-viżjoni fit-tul dwar il-kooperazzjoni transfruntiera. Tnediet konsultazzjoni pubblika fil-qafas tal- Alleanza Ewropea taċ-Ċittadini Transkonfinali li għandha l-għan li ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-reġjuni tal-fruntiera.

Persuna ta’ kuntatt:

Tobias Kolonko

Tel. +32 2 2822003

tobias.kolonko@ext.cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-MOBILITY-GREEN-DEAL.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-POLICIES-FIGHT-SOCIAL-TERRITORIAL-DISPARITIES-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-MOBILITY-GREEN-DEAL.ASPX

All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
All European policies must fight social and territorial disparities and promote cohesion
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-MOBILITY-GREEN-DEAL.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-MOBILITY-GREEN-DEAL.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HIGH-LEVEL-GROUP-ON-THE-FUTURE-OF-COHESION-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUSTAINABLE-MOBILITY-GREEN-DEAL.ASPX

President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
President Cordeiro brings the voice of EU regions and cities in the High-Level Group on the Future of Cohesion Policy
23.05.2023