Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
It-tisħiħ tal-provvista Ewropea ta’ materja prima kritika huwa kruċjali għall-Patt Ekoloġiku u għar-reżiljenza tal-industriji ewlenin  

Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Materja Prima Kritika ppreżentat mill-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2020 huwa s-suġġett ta’ Opinjoni li ser tiġi diskussa mill-mexxejja lokali u reġjonali matul il-plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) fis-18 ta’ Marzu. Ħafna industriji ewlenin Ewropej, speċjalment dawk involuti f’teknoloġiji orjentati lejn il-futur, huma dipendenti ħafna minn materja prima kritika, li l-biċċa l-kbira tagħha hija importata minn pajjiżi mhux tal-UE. L-Opinjoni abbozzata minn Isolde Ries (DE/PSE), l-Ewwel Viċi President tal-Landtag ta’ Saarland, tenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata d-dipendenza żejda tal-UE minn pajjiżi mhux Ewropej permezz ta’ promozzjoni favur użu ċirkolari tar-riżorsi, titjib tal-ktajjen tar-riċiklaġġ tal-provvista, u żieda fl-estrazzjoni ta’ materja prima kritika fl-Unjoni Ewropea. L-Opinjoni tenfasizza wkoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol fundamentali fis-salvagwardja tal-provvista futura ta’ materja prima kritika.

Il-Kummissjoni Ewropea tiddefinixxi l-materja prima bħala waħda kritika jekk tkun ta’ importanza ekonomika kruċjali u ma tkunx tista’ tinkiseb b’mod affidabbli u sostenibbli fl-Unjoni Ewropea (UE). Fuq livell globali, anqas minn 5 % tal-materja prima kritika tiġi estratta jew prodotta fl-UE, filwaqt li l-industrija tal-UE tirrappreżenta madwar 20 % tal-konsum globali ta’ materja prima kritika. Provvista sigura u affidabbli ta’ materja prima kritika hija essenzjali għall-industriji ewlenin Ewropej, bħall-industrija tal-karozzi, tal-azzar u tas-saħħa, li jimpjegaw miljuni ta’ ċittadini Ewropej. L-UE hija partikolarment dipendenti mill-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika li huma komponent ewlieni ta’ teknoloġiji orjentati lejn il-futur, bħal batteriji jew sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, li qed jgħinu biex jixprunaw it-tranżizzjoni ekoloġika fl-Ewropa. Id-domanda għal dawn ir-riżorsi se tkompli tiżdied drastikament fid-deċennji li ġejjin.

Ir-relatur Isolde Ries (DE/PSE) , l-Ewwel Viċi President tal-Landtag ta’ Saarland, qalet li: “ L-ekonomiji moderni bi ktajjen tal-valur twal ma jistgħux jiffunzjonaw mingħajr provvista ta’ materja prima sikura, kompetittiva u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent. Irridu nipproteġu l-aċċess tal-UE għal materja prima kritika permezz ta’ użu effiċjenti tar-riżorsi, prodotti sostenibbli u innovazzjoni. Provvista ta’ materja prima kritika li tkun sigura u affidabbli, li l-akkwist tagħha jeħtieġ li jkun ukoll aktar ambjentalment u soċjalment responsabbli, mhux biss hija essenzjali għall-industriji Ewropej u l-miljuni ta’ impjiegi li jiddependu minnhom, iżda wkoll biex l-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tirnexxi.

L-Opinjoni tenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jaqdu rwol fundamentali fis-salvagwardja tal-provvista futura ta’ materja prima kritika peress li huma direttament responsabbli għall-approvazzjoni u s-superviżjoni ta’ proġetti industrijali li jinvolvu l-użu jew l-estrazzjoni ta’ materja prima kritika ġewwa l-UE. L-Opinjoni titlob ukoll li l-kapaċità ta’ riċiklaġġ fl-UE tissaħħaħ b’mod sostanzjali. Barra minn hekk, l-akkwist ta’ materja prima kritika minn pajjiżi terzi għandu jiġi diversifikat u l-estrazzjoni domestika ta’ materja prima kritika għandha tiġi appoġġjata politikament u finanzjarjament sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet minn pajjiżi mhux tal-UE. Dan il-punt huwa rilevanti b’mod speċjali għar-reġjuni Ewropej tal-minjieri li joperaw bħalissa jew kienu joperaw fil-passat, li għandhom jinvestigaw jekk jeżistux opportunitajiet għall-estrazzjoni tal-materja prima fir-reġjun tagħhom.

Il-KtR jilqa’ t-tnedija tal- Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima li hija miftuħa għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi r-reġjuni, u li tħabbret mill-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha.

Ir-riżultat finali tal-votazzjoni fuq l-Opinjoni se jitħabbar fi tmiem is-sessjoni plenarja fid-19 ta’ Marzu.

Kuntest:

F’Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ħabbret Pjan ta’ Azzjoni għall-Materja Prima Kritika . Kull tliet snin, il-Kummissjoni tippubblika lista ta’ materja prima kritika fl-UE. Fl-2020, 30 materja prima ġew ikklassifikati bħala kritiċi, li għadd minnhom qed isiru dejjem aktar importanti fis-settur tal-enerġija, bħal-litju u l-kobalt. Fl-2011, 14-il materja biss kienu definiti bħala kritiċi. Il-lista u aktar informazzjoni dwar il-materja prima jinsabu hawnhekk . Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat ukoll studju ta’ prospettiva dwar materja prima kritika għat-teknoloġiji u s-setturi strateġiċi fl-UE.

Minbarra l-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni Ewropea ħolqot l- Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima bil-għan li tlaqqa’ flimkien l-industrija, l-Istati Membri, ir-reġjuni u s-soċjetà ċivili sabiex titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa mill-akkwist ta’ materja prima kritika minn pajjiżi terzi.

Aqra l-intervista mar-relatur Isolde Ries hawnhekk .

Persuna ta’ kuntatt:

Tobias Kolonko

Tel. +32 2 282 2003

tobias.kolonko@ext.cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-INDUSTRY’S-GREEN-TRANSITION-IN-SPOTLIGHT-AT-ECON-MEETING.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRENGTHENING-EUROPEAN-SUPPLY-OF-CRITICAL-RAW-MATERIALS.ASPX

EU industry’s green transition in spotlight at ECON meeting
EU industry’s green transition in spotlight at ECON meeting
07.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRENGTHENING-EUROPEAN-SUPPLY-OF-CRITICAL-RAW-MATERIALS.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-POLICIES-FOR-SUSTAINABLE-FOOD-SYSTEMS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRENGTHENING-EUROPEAN-SUPPLY-OF-CRITICAL-RAW-MATERIALS.ASPX

Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
Local and regional leaders want a stronger role and more coherence in EU policies for sustainable food systems
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRENGTHENING-EUROPEAN-SUPPLY-OF-CRITICAL-RAW-MATERIALS.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRENGTHENING-EUROPEAN-SUPPLY-OF-CRITICAL-RAW-MATERIALS.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023