Il-President tal-Parlament Ewropew, il-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni Ewropea & l-Kummissarju tal-Impjieg se jingħaqdu ma’ #CoRplenary hekk kif il-Kumitat jadotta pożizzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku tal-UE Fl-4 ta’ Diċembru, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Karl-Heinz Lambertz, se jagħmel it-tielet “L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet” diskors tiegħu, matul dibattitu mal-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli. Id-diskors, li jiġi hekk kif il-KtR jimmarka l-25 anniversarju tiegħu, se jistabbilixxi l-aspettattivi tar-reġjuni u l-bliet tagħna għall-mandat il-ġdid tal-UE. Il-membri tal-KtR se jiddiskutu wkoll kif jistgħu jsaħħu d-drittijiet soċjali mal-Kummissarju l-ġdid tal-UE Nicolas Schmit, u ser jadottaw il-pożizzjoni tagħhom dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, wara dibattitu mal-Viċi President Eżekuttiv, Frans Timmermans.
3 ta’ Diċembru, 9 a.m, Il-Kummissarju ġdid għall-Affarijiet Interni tal-UE se tiddiskuti l-integrazzjoni tal-migranti ma’ mexxejja lokali
Il-KtR u l-Kummissjoni Ewropea se jorganizzaw konferenza dwar “Appoġġ għar-reġjuni, il-bliet u ż-żoni rurali fl-integrazzjoni tal-migranti”. Il- President Lambertz u l-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Interni, Ylva Johansson , it-tnejn li huma se jipparteċipaw fil- konferenza "Go Local” . Il-KtR jappoġġja s-sejħa tal-Kummissjoni biex jiżdied il-finanzjament għal proġetti ta’ integrazzjoni u, permezz tal-inizjattiva #regions4integration li nieda f’April, qed ifittex li jgħaqqad l-attivitajiet fil-livell lokali, reġjonali u Ewropew.
Il-#CoRPlenary tak0Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, 4-5 ta’ Diċembru, Parlament Ewropew
4 ta’ Diċembru, 3 p.m.: “L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet”
Matul id-diskors tiegħu quddiem il-President tal-Parlament Ewropew, David Sassoli, il- President Lambertz se jikkomunika l-aspettattivi tal-bliet u r-reġjuni għall-mandat il-ġdid tal-UE 2019-2024, inkluż il-baġit fit-tul tal-UE. Id-diskors se jistabbilixxi wkoll kif ir-reġjuni u l-bliet se jikkontribwixxu għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa mħabbra mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen, li għandha ssir matul is-sentejn li ġejjin.
4 ta’ Diċembru, 5:30 p.m.: Ċelebrazzjonijiet ta’ 25 sena tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Il-KtR se jiċċelebra l-25 anniversarju tiegħu, u jirrifletti dwar il-passat u l-futur. Ħafna eks Presidenti tal-KtR se jieħdu sehem fid-dibattitu fil-plenarja, flimkien ma’ Luca Jahier , il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, Maroš Šefčovič , il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Eva Maydell , MEP u membru tal-Bord tal-EU-40 u Monika Wulf-Mathies , l-eks Kummissarju għall-Politika Reġjonali tal-UE.
5 ta’ Diċembru, 9 a.m.: Reġjuni u bliet se jifformulaw it-talbiet tagħhom għall-Patt Ekoloġiku tal-UE
Wara dibattitu mal- Viċi President Eżekuttiv Timmermans , il-KtR se jadotta r-riżoluzzjoni tiegħu “ Il-kontribut tar-Reġjuni u l-Bliet għall-Patt Ekoloġiku “ li hija mistennija tkun il-politika ewlenija l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klima.
Matul id-dibattitu plenarju, grupp ta’ politiċi żgħażagħ lokali minn madwar l-Ewropa wkoll se jgħaddu t-talbiet tagħhom għall-UE dwar it-tibdil fil-klima. Il-grupp ta’ 27 politiku ġew mistednin Brussell mill-KtR ( ara l-programm ). Id-dibattitu se jsir ftit qabel ma l- KtR jingħaqad mad-delegazzjoni tal-UE fit-taħditiet dwar il-klima tal-COP 25 f’Madrid.
5 ta’ Diċembru, 10:30 a.m.: Inqiegħdu d-drittijiet soċjali fil-qalba tar-reġjuni u l-bliet tal-UE
Il-Kummissarju għall-Impjiegi u d-Drittijiet Soċjali maħtur ġdid, Nicolas Schmit, se jindirizza lill-membri tal-KtR, fejn se jikkomunika l-viżjoni tiegħu dwar il-Futur tax-Xogħol u dwar kif għandhom jissaħħu d-drittijiet soċjali fis-snin li ġejjin.
Id-dibattitu sħiħ #CoRplenary se jixxandar bi streaming dirett
Opinjonijiet li se jiġu adottati waqt #CoRplenary:
Qafas Ewropew għal reazzjonijiet regolatorji għall-ekonomija kollaborattiva , relatur ġenerali: Peter Florianschütz (AT/PSE)
Xogħol fuq pjattaforma diġitali: l-isfidi regolatorji lokali u reġjonali , relatur: Dimitrios Birmpas (EL/PSE)
L-isfidi tar-reġjuni metropolitani u l-pożizzjoni tagħhom fil-politika ta’ koeżjoni futura ta’ wara l-2020 , relatur: Juraj Droba (SK/KRE)
Strateġija makroreġjonali għar-reġjun tal-Karpazji , relatur ġenerali: Władysław Ortyl (PL/KRE)
Intejbu l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għat-tisħiħ tal-investimenti u r-riformi strutturali fl-2021-2027 , relatur: Manuela Bora (IT/PSE)
Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni , relatur: Randel Länts (EE/PSE)
Sħubija tal-Lvant , relatur ġenerali: Tadeuš Andžejevski (LT/KRE)
Il-potenzjal tas-settur ferrovjarju fit-twettiq tal-prijoritajiet ta’ politika tal-UE , relatur: Pascal Mangin (FR/PPE)
Ir-rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 2018 , relatur: Dominique Leveque (FR/PSE)
Informazzjoni Prattika tal-Plenarja:
Post: Parlament Ewropew – Bini Paul Henri Spaak, Emiċiklu.
Data: L-Erbgħa, 4 ta’ Diċembru, 2:45-7p.m.; il-Ħamis, 5 ta’ Diċembru, 9 a.m.-1 p.m.
Materjal ta’ sfond: L- aġenda u d- dokumenti tal-plenarja.
Kuntatt:
PresseCdr@cor.europa.eu