Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-bliet u r-reġjuni jeħtieġu l-Unjoni Ewropea. ‎ L-Unjoni Ewropea teħtieġ il-bliet u r-reġjuni.  
Il-President Lambertz jagħti d-diskors dwar “L-Istat tal-Unjoni Ewropea: ‎ il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet” #SOTREG

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), Karl-Heinz Lambert, ta llum it-tieni diskors dwar “L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet” matul dibattitu mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani. Id-diskors li sar illum fi Brussell matul is-sessjoni plenarja tal-KtR saħaq li l-Ewropea teħtieġ aktar minn bidla biss, iżda wkoll bidla fid-direzzjoni u l-metodu, fejn ir-reġjuni u l-bliet jingħataw leħen ikbar fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa.

Matul id-diskors tiegħu, il- President Lambertz appella għal iktar finanzjament mill-UE u għal leħen iktar b’saħħtu fit-teħid tad-deċiżjonijiet għar-reġjuni u l-bliet, u enfasizza li jekk indgħajfu lill-bliet u r-reġjuni tagħna nkunu qed indgħajfu l-Unjoni tagħna. Dan ma jistax ikun parti mill-pjan tagħna għall-ġejjieni. Anzi, bil-kontra: billi nsaħħu t-territorji tagħna nsaħħu l-Unjoni tagħna.

Waqt li tkellem fid-dibattitu, il- President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani enfasizza li għalkemm b’mod differenti, il-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiġbru flimkien dawk li huma eletti miċ-ċittadini fil-livell Ewropew, lokali u reġjonali. Imsaħħa minn din il-prerogattiva, irridu naħdmu flimkien biex nagħtu tweġibiet konkreti liċ-ċittadini tagħna, u li nfasslu, magħhom, Ewropa li hija iktar effettiva, ġusta u iktar kapaċi tirrappreżentahom.

Messaġġi Ewlenin tad- diskors dwar l-Istat tal-UE tal-2018: il-Perspettiva tar-Reġjuni u l-Bliet :

Dwar il-baġit tal-UE: is-sens komuni jgħidilna li meta nitkellmu dwar il-koeżjoni, il-Politika Agrikola Komuni jew kwalunkwe politika oħra, speċjalment b’baġit Ewropew diġà mhux adegwat, ma nistgħux nagħmlu iktar b’inqas.

Dwar il-politika ta’ koeżjoni tal-UE: il-koeżjoni hija l-affari ta’ kulħadd. Kif juru t-8,000 firmatarju li żiedu isimhom mal-appell għal Alleanza ta’ Koeżjoni li issa tkopri kważi l-Unjoni kollha. Il-koeżjoni hija politika li tgħin it-territorji tagħna jiżviluppaw. Il-koeżjoni hija politika għall-ġejjieni, imfassla biex tindirizza l-isfidi l-kbar ta’ żminijietna, filwaqt li tilħaq ukoll mal-bżonnijiet ta’ kuljum. Il-ġlieda tar-rappreżentanti lokali u reġjonali eletti biex jippreżervaw il-koeżjoni tal-Unjoni qed tkompli .

Dwar il-migrazzjoni: jum wara jum, il-bliet tagħna qed jiġġieldu biex imantnu l-koeżistenza fl-Ewropa. Filwaqt li l-Kunsill jitkellem bla waqfien dwar il-”migrazzjoni”, fil-livell l-iżjed bażiku nisma’ l-kelma “integrazzjoni” ħafna iżjed ta’ spiss... F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, se nniedu kampanja biex nixħtu dawl fuq proġetti ta’ integrazzjoni li qed jiġu implimentati fil-bliet u r-reġjuni tagħna.

Dwar id-djalogi taċ-ċittadini: irridu nirċievu reazzjonijiet ġenwini dwar il-politiki tal-UE. Li nisimgħu mhuwiex biżżejjed. Id-djalogi taċ-ċittadini jridu jiġu organizzati u jrid ikun hemm segwitu sabiex titjieb l-azzjoni tal-Unjoni f’oqsma speċifiċi... Huwa għalhekk li pproponejt lill-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li naħdmu flimkien biex infasslu mekkaniżmu permanenti u Ewropew għad-djalogi taċ-ċittadini .

Dwar id-drittijiet soċjali: forsi l-Ewropa trid tibdel l-arloġġ: iżda fuq kollox trid tibdel id-direzzjoni... Id-drittijiet soċjali jridu jiġu rikonoxxuti fuq l-istess grad bħad-drittijiet ekonomiċi . L-Ewropa tkun iktar b’saħħitha jekk l-ewwel ngħinu lil dawk li huma l-iżjed fil-bżonn.

Dwar is-sussidjarjetà: il-prinċipju gwida għandu jkun “iżjed Ewropa fejn hi meħtieġa iżjed Ewropa” u “inqas Ewropa fejn hu meħtieġ inqas”. Is-sussidjarjetà tfisser ukoll Unjoni b’saħħitha li tuża l-awtoritajiet lokaliu reġjonali biex tkun eqreb taċ-ċittadini tagħha... U se nagħmlu l-ideat tagħna fil-prattika billi nistabbilixxu netwerk pilota ġdid ta’ ċentri reġjonali sabiex nappoġġaw reviżjonijiet tal-implimentazzjoni tal-politika.

Rakkomandazzjonijiet tal-KtR dwar kif għandna tinbena mill-ġdid il-fiduċja fl-UE

Id-dibattitu tal-plenarja ġie segwit mill-adozzjoni tal- Opinjoni tal-KtR dwar “ Nirriflettu dwar l-Ewropa: leħen l-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex terġa’ tinkiseb il-fiduċja fl-Unjoni Ewropea ”, kif mitlub mill-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk. Ir-rapport huwa l-qofol ta’ involviment estensiv ta’ sentejn imniedi f’Marzu 2016 – il-kampanja " Nirriflettu dwar l-Ewropa – li laħqet ‘il fuq minn 40,000 ċittadin u 266 awtorità lokali u reġjonali. Il-kampanja kienet tikkonsisti l-iktar fi djalogi taċ-ċittadini u dibattiti lokali organizzati fil-livell lokali fuq inizjattiva tal-membri tal-KtR. Flimkien ma’ Stħarriġ onljan madwar l-UE kollha u konsultazzjoni tal-bliet u r-reġjuni, il-kontributi globali jifformaw il-bażi għall-Opinjoni, mmexxija mill- President Lambertz u l- Ewwel Viċi President Markku Markkula .

L-Opinjoni tenfasizza s-sejbiet ewlenin tal-kampanja:

X’qalulna ċ-ċittadini: iridu proġett tal-UE li jibni fuq is-solidarjetà, il-koeżjoni u l-prossimità

80% taċ-ċittadini esprimew xewqa għal iktar solidarjetà mill-UE;

In-nies jafdaw ir-rappreżentanti lokali u reġjonali tagħhom iktar milli jafdaw politiċi fil-livell tal-UE jew nazzjonali;

Ħafna nies enfasizzaw id-distanza li jħossu bejnhom u l-politiki u l-istituzzjonijiet tal-UE, u jħosshom frustrati bl-UE, billi l-Unjoni ta’ sikwit hija perċepita bħala wisq remota u mhux affidabbli.

X’qalulna r-reġjuni u l-bliet: iridu jkunu involuti bis-sħiħ fit-tiswir ta’ politiki tal-UE

Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali trid tiġi rikonoxxuta b’mod aktar sħiħ, kemm fit-tmexxija ta’ kuljum tal-affarijiet tal-UE kif ukoll f’aġġustamenti futuri għat-Trattati tal-UE – fejn il-KtR għandu jkun rappreżentat bi drittijiet sħaħ fi kwalunkwe Konvenzjoni futura;

L-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-politiki tal-UE u l-ħolqien ta’ djalogu permanenti maċ-ċittadini lil hinn mill-2019

L-UE se tikseb il-fiduċja u l-kredibiltà biess jekk il-valur miżjed tal-azzjoni tal-UE jintwera b’mod ċar

L-involviment taċ-ċittadini ma jridx ikun limitat għal dawk il-perjodi qabel l-elezzjonijiet Ewropej;

Qabel l-elezzjonijiet tal-UE, il-KtR se jipproponi l-istabbiliment ta’ sistema permanenti u strutturata ta’ djalogu bejn iċ-ċittadini, il-politiċi u l-istituzzjonijiet tal-UE, li jinvolvi l-awtoritajiet lokaliu reġjonali permezz tal-KtR.

It-Tmien Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet

Sabiex isir kontribut ulterjuri għad-dibattitu politiku li għaddej bħalissa dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea wara l-Brexit, il-President ħabbar ukoll it- Tmien Summit Ewropew tar-Reġjuni u l-Bliet tal-KtR li se jsir fl-14-15 ta’ Marzu 2019. Is-sena d-dieħla, is-Summit se jkun l-akbar laqgħa politika ta’ sindki, presidenti reġjonali u mexxejja lokali minn madwar l-Ewropa b’aktar minn 800 parteċipant mistennija jieħdu sehem, inklużi l-mexxejja ewlenin tal-istituzzjonijiet tal-UE

Noti lill-edituri

Kull sena f’Ottubru l-President tal-KtR jagħti d-diskors tiegħu dwar “L-Istat tar-Reġjuni tal-UE” fil-plenarja tal-KtR . L-għan huwa li jittieħed kont tas-sitwazzjoni attwali tal-bliet u r-reġjuni tal-UE u nħarsu ‘l quddiem lejn l-isfidi ewlenin għas-snin li ġejjin. Id-diskors għandu jitqies ukoll bħala reazzjoni inizjali tal-KtR għall-proposti mħabbra fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea permezz tad-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President tal-Kummissjoni. Wara d-diskors ikun hemm dibattitu waqt il-plenarja flimkien mal-membri tal-KtR u r-rappreżentanti ta’ livell għoli tal-UE.

Aktar informazzjoni:

Is-sit web tal-KtR dwar " L-Istat tal-Unjoni Ewropea: il-perspettiva tar-reġjuni u l-bliet "

Segwina fuq Twitter permezz tal-hashtags #SOTREG u #EULocal

Is-Sit tal-KtR dwar il- kampanja tiegħu dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa

Fuljett dwar " Il-kampanja dwar il-futur tal-Ewropa fil-qosor "

Il-gallerija ta’ ritratti fuq Flickr

Punt ta’ kuntatt:
Nathalie Vandelle │ nathalie.vandelle@cor.europa.eu │ Tel. +32 (0)2 282 24 99

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/A-MORE-RESILIENT-INCLUSIVE-AND-DEMOCRATIC-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOTREG.ASPX

A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
A more resilient, more inclusive and more democratic Europe at the centre of a debate with Oliver Röpke, President of the European Economic and Social Committee
26.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/FUNDING-ZERO-UNEMPLOYMENT-PROJECTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOTREG.ASPX

Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
Investing more on local projects is key to tackle long-term unemployment
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ZELENSKYY-PLENARY-MAY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOTREG.ASPX

President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
President Zelenskyy to EU's cities and regions: "Thank you for your support!"
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-LONG-TERM-BUDGET-MUST-BE-IMPROVED-TO-TACKLE-CURRENT-AND-FUTURE-CHALLENGES-AND-PROMOTE-COHESION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOTREG.ASPX

EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
EU long-term budget must be improved to tackle current and future challenges and promote cohesion
25.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-UNICEF-JOIN-FORCES-SUPPORT-INCLUSION-CHILDREN-UKRAINE-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOTREG.ASPX

European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
European Committee of the Regions and UNICEF join forces to support the inclusion of children from Ukraine
24.05.2023