Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Pjan ta’ Azzjoni Ġdid dwar id-Direttivi tal-UE dwar in-Natura jappoġġja lir-reġjuni biex jipproteġu l-bijodiversità u jixprunaw it-tkabbir soċjoekonomiku  

F’kooperazzjoni mill-qrib mal-assemblea tal-UE ta’ mexxejja lokali u reġjonali, il-Kummissjoni Ewropea llum adottat Pjan ta’ Azzjoni biex titjieb l-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-UE dwar l- Għasafar u l-Ħabitats – magħrufa wkoll bħala d-Direttivi dwar in-Natura. Il-pjan għandu l-għan li “jgħin lir-reġjuni jiddefendu l-bijodiversità u jgawdu l-benefiċċji ekonomiċi tal-ħarsien tan-natura”. Il-gvernijiet lokali u reġjonali laqgħu din il-kooperazzjoni interistituzzjonali, li għandha l-għan li tistabbilixxi punt ta’ referenza għal oqsma oħra fejn il-bliet u r-reġjuni għandhom kompetenzi kbar bħal fil-każ tal-liġi ambjentali tal-UE.

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jinsabu fuq quddiem biex jikkonservaw in-natura tagħna u jħarsu l-bijodiversità tagħna u għal din ir-raġuni, il-Kumitat tagħna ħadem b’mod attiv mat-tim tal-proġett ta’ Kummissarji tal-UE biex jiġi żviluppat dan il-Pjan ta’ Azzjoni. Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u, bħala l-assemblea politika tal-UE li tirrappreżenta l-bliet u r-reġjuni, aħna ser nappoġġaw l-implimentazzjoni tiegħu u ser ninvolvu b’mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala parti mill-isforzi tagħna biex nilħqu l-għanijiet tagħna għall-bijodiversità għall-2020", qal Karl-Heinz Lambertz, l-ewwel Viċi President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR).

Il-Pjan jinvolvi direttament lill-KtR f’erbgħa mill-ħmistax-il azzjoni:

Azzjoni 1: L-iżvilupp ta’ proċeduri tal-permessi fis-siti, il-protezzjoni tal-ispeċijiet u l-gwida kif ukoll l-integrazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema fit-teħid tad-deċiżjonijiet;

Azzjoni 6 : It-tlaqqigħ flimkien tar-reġjuni bijoġeografiċi biex jiġu indirizzati sfidi komuni;

Azzjoni 13 : L-appoġġ tal-kondiviżjoni tal-għarfien u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ pjattaforma konġunta – f’konformità mal-Pjattaforma Teknika tal-KtR/KE għall-Kooperazzjoni dwar l-Ambjent li diġà teżisti;

Azzjoni 14 : L-appoġġ tar-rikonoxximent tal-ġestjoni tajba tas-siti ta’ Natura 2020 u s-sostenn tas-sensibilizzazzjoni dwar id-Direttivi dwar in-Natura permezz tal-fora rilevanti, it-tħaddim ta’ teknoloġiji ġodda u l-attivitajiet ta’ kuntatt, u t-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-wirt naturali u kulturali, l-aktar fil-kuntest li l-2018 hi s-sena Ewropea tal-wirt kulturali.

Il-Pjan ta’ Azzjoni li għadu kif ġie ppubblikat għandu erba’ prijoritajiet u total ta’ 15-il azzjoni konkreta li għandhom jitwettqu sal-2019.

Karmenu Vella , il-Kummissarju għall-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet Marittimi qal: “Il-Pjan ta’ Azzjoni jidentifika titjib ambizzjuż fl-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar in-Natura. L-aħjar mod biex nipproteġu l-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni huwa billi ninvolvu liż-żgħażagħ. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà l-ġdid tagħna jagħmel proprju dan. Il-gvernijiet lokali u reġjonali tal-Istati Membri jistgħu jkunu minn ta’ quddiem fl-implimentazzjoni ta’ din il-politika u l-politiki l-oħra meħtieġa sabiex jitħares il-wirt naturali tagħna”.

Id-Direttivi dwar in-Natura huma l-qofol tal-leġislazzjoni tal-Ewropa dwar il-konservazzjoni tan-natura, fejn jiġu protetti madwar 2 000 speċijiet u ħabitat Ewropej li huma l-aktar vulnerabbli. Id-Direttivi stabbilixxew in-Natura 2000, l-akbar netwerk koordinat ta’ żoni protetti fid-dinja. Din tkopri 24 % tal-art u tal-baħar tal-UE u waħedha tikkontribwixxi għal bejn 1.7 % u 2.5 % tal-PDG tal-UE. L-ispejjeż biex tiġi implimentata n-Natura 2000 ġew stmati għal EUR 5.8 biljun fis-sena, filwaqt li l-benefiċċji annwali tagħha huma stmati għal EUR 200-300 biljun.

Id-Direttivi għaddew minn sentejn Kontroll tal-Idoneità biex tkun ivvalutata l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, ir-rilevanza u l-valur miżjud tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea rreaġixxiet pożittivament għall-appell tal-KtR biex issir ħidma għal pjan ta’ azzjoni minflok isiru reviżjonijiet fil-liġi (l-Opinjoni mir-relatur Roby Biwer (LU/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Bettembourg, Diċembru 2015). Bħalissa, il-KtR qiegħed jikkontribwixxi għall-Analiżi tal-Implimentazzjoni Ambjentali ta’ direttivi oħra permezz ta’ Opinjoni li qed titfassal minn Andrew Cooper (UK/AE), Membru tal-Kunsill ta’ Kirklees, li għandha tiġi adottata f’Ottubru 2017.

Għal iktar tagħrif

Stqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni Ewropea: Pjan ta' Azzjoni Ġdid li se jgħin lir-reġjuni jiddefendu l-bijodiversità u jgawdu l-benefiċċji ekonomiċi tal-ħarsien tan-natura

Pjan ta’ Azzjoni għan-natura, għaċ-ċittadini u għall-ekonomija

Konferenza: “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għan-natura, għan-nies u għall-ekonomija” – Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Brussell, 6 ta’ Ġunju 2017

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

+32 (0) 470 881 037
david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/WE-NEED-TO-BUILD-A-RESILIENT-AGRICULTURAL-SYSTEM-EU-REGIONAL-AND-LOCAL-LEADERS-URGE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOLUTIONS-TO-WATER-PROBLEMS-IN-MEDITERRANEAN-REGION-ARE-LOCAL.ASPX

We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
We need to build a resilient agricultural system, EU regional and local leaders urge
02.06.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ARLEM-THIRD-MINISTERIAL-CONFERENCE-SUSTAINABLE-URBAN-DEVELOPMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOLUTIONS-TO-WATER-PROBLEMS-IN-MEDITERRANEAN-REGION-ARE-LOCAL.ASPX

ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
ARLEM at the Union for the Mediterranean's third Ministerial Conference on Sustainable Urban Development
15.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP-48-EARTHQUAKE-IN-TURKIYE-SHOULD-BE-A-MOMENT-FOR-REFLECTION-ACROSS-THE-MEDITERRANEAN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOLUTIONS-TO-WATER-PROBLEMS-IN-MEDITERRANEAN-REGION-ARE-LOCAL.ASPX

Earthquake in Türkiye should be a 'moment for reflection' across the Mediterranean
Earthquake in Türkiye should be a 'moment for reflection' across the Mediterranean
25.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTEGRATION-OF-MIGRANTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOLUTIONS-TO-WATER-PROBLEMS-IN-MEDITERRANEAN-REGION-ARE-LOCAL.ASPX

Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
30.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SOLUTIONS-TO-WATER-PROBLEMS-IN-MEDITERRANEAN-REGION-ARE-LOCAL.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023