Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ewropa Soċjali u t-tibdil demografiku, prijoritajiet għoljin għas-SEDEC fl-2020  

Il-Kummissjoni SEDEC tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bdiet il-mandat il-ġdid tagħha b’diskussjoni dwar l-inizjattivi tal-Kummissjoni Ewropea għat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ewropea. Fil-laqgħa tal-24 ta’ Frar, il-membri adottaw ukoll opinjoni li tħeġġeġ biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi fil-livelli kollha tal-gvern u fil-politiki tal-UE. Dawn iż-żewġ suġġetti huma fost l-ogħla prijoritajiet fil- programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni SEDEC għall-2020 .

F’Jannar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Komunikazzjoni Ewropa Soċjali b’Saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti , li tistabbilixxi l-qafas ġenerali għal inizjattivi leġislattivi futuri fil-qasam tal-politika soċjali, bħal dawk marbuta ma’ pagi minimi ġusti, skema Ewropea ta’ riassigurazzjoni kontra l-qgħad u garanzija mġedda għaż-żgħażagħ. Joost Korte , Direttur Ġenerali fI ħdan il-Kummissjoni Ewropea għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni għall- bidliet rapidi kkawżati mit-tibdil fil-klima u d-diġitalizzazzjoni, kif ukoll id-demografija (id-depopolazzjoni) u l-impatti tal-globalizzazzjoni. Huwa qajjem ukoll il-kwistjoni dwar l-istatus tal-ħaddiema tal-pjattaforma.

Anne Karjalainen (FI/PSE), Kunsillier tal-Belt ta’ Kerava, li ġiet eletta president tas-SEDEC aktar kmieni fi Frar fil-bidu tal-mandat il-ġdid ta’ 5 snin tal-KtR, qalet: “L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tfisser li jiġi żgurat standard deċenti ta’ għajxien għal kulħadd, jiżdied in-numru ta’ nies fuq ix-xogħol u jiġu offruti impjiegi ta’ kwalità, jittieħdu miżuri adegwati biex jitnaqqas il-faqar, jitħarsu ż-żgħażagħ u jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Ir-reġjuni u l-bliet jikkondividu dawn l-objettivi, u jenfasizzaw li jinħtieġ monitoraġġ aħjar fil-livell lokali u reġjonali biex jitfasslu politiki effettivi.”

Aktar tard din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea se tippubblika rapport ġdid dwar l-impatti tat-tibdil demografiku u Green Paper dwar it-Tixjiħ. L-abbozz ta’ opinjoni tal-KtR It-tibdil demografiku: proposti dwar il-kejl u l-indirizzar tal-effetti negattivi tiegħu fir-reġjuni tal-UE iwissi li l-popolazzjoni li qed tixjieħ, ir-rati ta’ twelid baxxi u t-tqassim mhux ugwali tal-popolazzjoni tal-Ewropa jirrikjedu rispons ta’ politika koerenti fil-livelli kollha ta’ governanza u fil-politiki kollha tal-UE. Ir-rakkomandazzjonijiet abbozzati mir-relatur János Ádám Karácsony (HU/PPE), Membru tal-gvern lokali ta’ Tahitótfalu, ser jiġu adottati fis-sessjoni plenarja tal-KtR li jmiss fil-25u s-26 ta’ Marzu.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni SEDEC qed tħejji opinjonijiet dwar it- Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali , li tipprovdi valutazzjoni komparattiva tal-prestazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-UE, u dwar il- White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ppubblikata reċentement mill-Kummissjoni Ewropea (mhux disponibbli bil-Malti) Ir-relaturi għal dawn l-opinjonijiet huma, rispettivament, Mikel Irujo (ES/AE), Direttur Ġenerali għall-Azzjoni Esterna tal-Gvern ta’ Navarra, u Guido Rink (NL/PSE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Emmen.

SEDEC hija l-Kummissjoni għall-Politika Soċjali, l-Edukazzjoni, l-Impjieg, ir-Riċerka u l-Kultura tal-KtR. Hija waħda mis-sitt kummissjonijiet tematiċi tal-KtR.

Kuntatt:

pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-SOCIAL-EUROPE-AND-DEMOGRAPHIC-CHANGE.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/DEPOPULATION-AND-BRAIN-DRAIN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-SOCIAL-EUROPE-AND-DEMOGRAPHIC-CHANGE.ASPX

Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
Depopulation and brain drain: It's time to act, local leaders say
15.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CLEAR-RULES-DATA-SHARING-FAIR-SHORT-TERM-RENTAL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-SOCIAL-EUROPE-AND-DEMOGRAPHIC-CHANGE.ASPX

Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
Tourism: clear rules and data sharing are the only way to ensure a fair short-term rental market in Europe
15.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CP30-THE-DANGER-OF-A-TALENT-TRAP.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-SOCIAL-EUROPE-AND-DEMOGRAPHIC-CHANGE.ASPX

EU's regions: the danger of a talent trap
EU's regions: the danger of a talent trap
13.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC_17_FEBRUARY_2023_JOINT_ACTION_PLAN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-SOCIAL-EUROPE-AND-DEMOGRAPHIC-CHANGE.ASPX

2nd year of the Joint Action Plan: Regions and cities strengthen ties with the European Commission
2nd year of the Joint Action Plan: Regions and cities strengthen ties with the European Commission
17.02.2023