Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Riżultati tal-Istħarriġ tal-KtR-OECD: Il-kontribut ewlieni tar-reġjuni u l-bliet għall-iżvilupp sostenibbli  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) wettqu stħarriġ onlajn fost l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati dwar il-kontribut tagħhom għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Ir-riżultati ġew ippreżentati llum matul il-konferenza dwar " Il-Bliet u r-Reġjuni għat-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli ".

Is-sejbiet ewlenin tal-istħarriġ jinkludu:

59 % ta’ dawk li wieġbu huma familjari mal-SDGs u attwalment qed jaħdmu biex jimplimentawhom. Fost dawk li wieġbu li jirrappreżentaw reġjuni jew bliet kbar jew ta’ daqs medju (aktar minn 50 000 abitant) dan is-sehem jitla’ għal madwar 80 % jew aktar, filwaqt li għal muniċipalitajiet żgħar is-sehem huwa ta’ 37 %.

58 % ta’ dawk li wieġbu li bħalissa qed jaħdmu biex jimplimentaw l-SDGs identifikaw ukoll indikaturi biex ikejlu l-progress dwar l-għanijiet, filwaqt li l-indikaturi lokali jintużaw ħafna aktar minn dawk tal-UE jew tan-NU.

L-aktar sfidi komuni fl-implimentazzjoni tal-SDGs - enfasizzati minn nofs dawk li wieġbu - huma “Nuqqas ta’ għarfien, appoġġ, kapaċitajiet jew persunal imħarreġ” u “diffikultà li tingħata prijorità lill-SDGs fuq aġendi oħrajn”.

Aktar minn 90 % ta’ dawk li wieġbu huma favur strateġija tal-UE globali fit-tul biex tintegra l-SDGs fil-politiki kollha u tiżgura koordinazzjoni effiċjenti bejn l-oqsma ta’ politika

Ir-riżultati ewlenin tal-istħarriġ huma miġbura fil-qosor fin-nota tar-riżultati , filwaqt li l-figuri sħaħ huma disponibbli fl-anness .

L-istħarriġ dwar “Il-kontribut ewlieni tar-reġjuni u l-bliet għall-iżvilupp sostenibbli” sar mit-13 ta’ Diċembru 2018 sal-1 ta’ Marzu 2019 u ġabar tweġibiet minn 400 persuna li wieġbu. Ir-riżultati se jikkontribwixxu għall-ħidma li għaddejja tal-KtR u l-OECD dwar l-SDGs, inkluża l-opinjoni tal-KtR dwar " L-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs): bażi għal strateġija fit-tul tal-UE għal Ewropa sostenibbli sal-2030 " kif ukoll ir-rapport finali tal-programm tal-OECD dwar Approċċ territorjali għall-SDGs. Rwol għall-bliet u r-reġjuni sabiex jinkludu lil kulħadd .

Ikkondividi :