Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Xibka ta’ sikurezza għaċ-ċittadini fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19  

B’aktar minn 11-il miljun persuna infettata u ’l fuq minn 270,000 persuna mejta fl-Ewropa, il-kriżi pandemika ħarġet fid-dieher ir-rwol essenzjali tal-awtoritajiet reġjonali, intermedji u lokali kollha li jwasslu s-servizzi pubbliċi kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini. Dawn jiġġestixxu l-azzjonijiet sanitarji kollha meħtieġa fil-livell lokali bħall-miżuri ta’ kwarantina u t-traċċar tal-kuntatti.

André VIOLA (FR/PSE) , President tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Awtoritajiet Lokali Intermedjarji (CEPLI*), u membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, waqt id-diskors tal-ftuħ tiegħu fil-konferenza, “L-Awtoritajiet Lokali Intermedji: xibka ta’ sikurezza għaċ-ċittadini tagħna fil-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19” , stqarr:

“It-territorji tagħna jinsabu affettwati b’mod dirett mill-impatti tal-bidliet soċjoekonomiċi, ambjentali, ġenerazzjonali u demografiċi li qed ifixklu l-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet tagħna. B’hekk, il-kriżi tal-COVID-19 feġġet f'kuntest diffiċli li jirriżulta mill-isfidi kollha msemmijin hawn fuq. Il-kompetenzi fdati lill-Awtoritajiet Lokali Intermedji jwassluna biex nintervjenu direttament maċ-ċittadini tagħna biex intaffu dawn l-impatti ekonomiċi u soċjali. Ejjew ma ninsewx li Ewropa mingħajr l-awtoritajiet lokali, intermedji u reġjonali tagħha hija Ewropa mingħajr iċ-ċittadini u t-territorji tagħha – proġett vojt mingħajr futur”.

F’isem l-akbar konfederazzjoni Ewropea tal-Awtoritajiet Lokali Intermedji: il-kontej, il-provinċji, id-dipartimenti, u l-awtoritajiet lokali simili kollha, nistiednu lill-Istati Membri tal-UE u lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex:

1. jikkoordinaw l-azzjonijiet fl-UE kollha u jwaqqfu appoġġ finanzjarju u sanitarju adegwat għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ġlieda tagħhom kontra l-COVID-19,

2. jagħtu aċċess dirett lill-Awtoritajiet Lokali Intermedji għall-opportunitajiet ġodda ta’ finanzjament taħt il-pjan Next Generation EU ħalli jtaffu l-impatt tal-effetti soċjoekonomiċi negattivi tal-kriżi tal-coronavirus, u

3. biex flimkien mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, jinkludu lill-Awtoritajiet Lokali Intermedji kemm fin-negozjati futuri dwar l-Unjoni tas-Saħħa tal-UE, kif ukoll fil-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa.

Waqt li kien qed jitkellem fil-konferenza, il- President Tzitzikostas irrimarka li, “ Il-presidenti tar-reġjuni u l-mexxejja lokali minn kull belt, provinċja u kontea fl-Ewropa huma l-eroj mistura li jħarsu l-ħajjiet u l-ekonomiji. Dawn jeħtieġu l-investiment b’mod urġenti: id-dewmien biex jintlaħaq qbil dwar il-baġit tal-UE u l-pjani ta’ rkupru qed ipoġġi ħajjet in-nies u l-Unjoni tagħna f’riskju. Jeħtieġ ukoll li ma nagħmlux żbalji: pjan ta’ rkupru li jissodisfa biss il-ħtiġijiet nazzjonali huwa ddestinat li jfalli. L-awtoritajiet reġjonali u lokali jirrappreżentaw nofs l-investiment pubbliku u terz tal-infiq pubbliku fl-UE, u jeħtiġilhom isawruhom biex jissodisfaw il-ħtiġijiet reali tal-komunitajiet tagħhom ”.

Manuel BALTAR , President ta’ Partenalia, President ta’ Diputación de Ourense, Viċi President tas-CEPLI – Spanja, qal: “Għajnuna finanzjarja diretta għal dawk li jaħdmu għal rashom, bini pubbliku għad-dispożizzjoni tal-persunal mediku, kumitati ta’ tmexxija biex jiżguraw irkupru ekonomiku effiċjenti, informazzjoni ta’ kuljum ipprovduta liċ-ċittadini: il-kriżi tal-COVID-19 uriet, għal darb’ oħra, li l-provinċji huma l-elementi strutturali tat-territorji tagħna u li dawn jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex inaqqsu l-impatt tax-xokkijiet ekonomiċi, soċjali u sanitarji kbar u biex jassistu liċ-ċittadini matul dawn it-tbatijiet”.

Luca MENESINI (IT/PSE) , membru tal-KtR, qal: “ Matul il-kriżi tal-COVID-19, il-Provinċji Taljani kienu involuti fil-ġestjoni tal-emerġenza . Fl-2020, il-baġit allokat lill-provinċji għan-nefqa tal-investiment żdied b’14 % meta mqabbel mas-sena preċedenti, li kkontribwixxa b’mod sinifikanti għall-irkupru. Din il-kriżi tagħtina l-opportunità li naħsbu dwar mudell ġdid ta’ żvilupp skont il-linji gwida tal-UE, iżda dan il-mudell irid ikollu l-awtoritajiet lokali bħala protagonisti ”.

Għal darb’ oħra, il-kriżi tal-COVID-19 ħarġet fid-dieher l-importanza li l-isfidi fl-Ewropa rridu nindirizzawhom ilkoll flimkien u b’mod koordinat. Jekk niżolaw lilna nfusna issa u nissuġġerixxu li t-theddida ġejja minn barra, inkunu qbadna t-triq il-ħażina u dan sinjal fatali. Dak li neħtieġu huwa l-koeżjoni u s-solidarjetà. Ninsab kuntent li ħafna nies urew ir-rieda tagħhom li jgħinu lil xulxin matul dawn l-aħħar ftit xhur. Dak li jiffunzjona fuq skala żgħira għandu japplika wkoll għas-sitwazzjoni ġenerali: l-uniku mod li l-Ewropa tista’ tegħleb il-kriżijiet ta’ żmienna huwa billi tibqa’ magħquda", qal Hauke JAGAU , President tar-Reġjun ta’ Hannover, kelliem tad-Deutscher Landkreistag – il-Ġermanja.

Serge HUSTACHE , President tal-Provinċja ta’ Hainaut, President tal-APW żied jgħid: “ Il-provinċji ffaċċjaw l-isfidi l-kbar, ħafna drabi mingħajr preċedent, li ltaqgħu magħhom. Dawn kienu kapaċi jħaddnu approċċ ta’ ftuħ u ta’ solidarjetà ma’ atturi istituzzjonali oħrajn li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi drammatiċi ta’ din il-kriżi”.

Andrzej PLONKA , President tal-Kontea ta’ Bielsko Biala, President ta’ ZPP – il-Polonja, qal: “ Meta nħarsu lejn id-dimensjoni globali, il-ġlieda kontra l-pandemiji tiddependi fuq l-azzjonijiet li jieħdu l-organizzazzjonijiet internazzjonali, il-gvernijiet u l-kumpaniji farmaċewtiċi. Madankollu, jekk inqisu min fil-fatt jindirizzaha, huwa ċar li l-implimentazzjoni prattika tal-miżuri meħtieġa taqa’ fuq l-awtoritajiet lokali u reġjonali intermedji, peress li d-dimensjoni territorjali tal-attivitajiet tagħhom tippredestinahom għal dan il-kompitu. L-awtoritajiet ta’ livell intermedju f’ħafna pajjiżi huma responsabbli wkoll għall-isptarijiet u elementi importanti tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. Il-laqgħa tal-Konfederazzjoni Ewropea tal-Awtoritajiet Lokali Intermedjarji tal-lum hija prova ċara ta’ dan ”.

Alin-Adrian NICA , President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Timis, Membru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bejn l-2007 u l-2020 – ir-Rumanija, qal: “Il-pandemija aċċellerat il-proċess tad-diġitalizzazzjoni, wasslet għal reviżjoni tal-politiki ta’ solidarjetà u l-finanzjament tal-UE, u enfasizzat il-ħtieġa mhux biss għal approprjazzjonijiet adegwati għall-irkupru, iżda wkoll għat-trasferiment tas-setgħat lejn il-livell intermedju lokali, li hija xibka ta’ sikurezza ppruvata għaċ-ċittadini fi żminijiet ta’ kriżi. Jeħtieġ li nikkapitalizzaw fuq dawn l-opportunitajiet, jew inkella ma nkunu tgħallimna xejn!”

Jan OLBRYCHT , MEP, korelatur dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu 2021-2027, qal: “ Il-ħsara ekonomika u soċjali kkawżata mill-pandemija tal-coronavirus teħtieġ intervent urġenti għal appoġġ finanzjarju. Għalhekk, ir-rwol tal-Pjan ta’ Rkupru huwa vitali fil-prevenzjoni tal-effetti tal-kriżi. Kwalunkwe dewmien fl-adozzjoni tal-Pakkett ta’ Rkupru tal-UE jista’ jkollu konsegwenzi serji ħafna għall-irkupru ekonomiku mill-kriżi. Għandu jiġi enfasizzat li l-fondi għall-irkupru ekonomiku huma partikolarment meħtieġa għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-pandemija ”.

*CEPLI hija l-ewwel konfederazzjoni Ewropea li tlaqqa’ flimkien assoċjazzjonijiet nazzjonali li jirrappreżentaw 1,167 Awtorità Intermedja Lokali ta’ sitt Pajjiżi Ewropej (il-Belġju, il-Bulgarija, Franza, il-Ġermanja, il-Polonja u r-Rumanija) u żewġ networks Ewropej ta’ awtoritajiet lokali intermedji, Arco Latino u Partenalia.

Imwaqqfa fl-2008, għall-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma bħala network ta’ kooperazzjoni tal-Awtoritajiet Intermedji Lokali fl-Ewropa kollha, il-Konfederazzjoni Ewropea tal-Awtoritajiet Intermedji Lokali taħdem biex iżżid il-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet, tirrappreżenta l-interessi tagħhom fil-livell Ewropew, tistabbilixxi skambju permanenti ta’ informazzjoni u prattiki tajbin bejn il-komunitajiet lokali, issaħħaħ il-koerenza u l-viżibbiltà tal-interventi tagħhom fit-territorju Ewropew, u biex tiffaċilita proġetti konġunti ta’ kooperazzjoni bejniethom.

Kuntatt:

PressCdR@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPE-UPCOMING-CHALLENGES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SAFETY-NET-FOR-CITIZENS.ASPX

Europe and its regions need a prospering social economy to face upcoming challenges
Europe and its regions need a prospering social economy to face upcoming challenges
10.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-12-DECEMBER-EUROPEAN-CARE-STRATEGY-ADEQUATE-MINIMUM-INCOME-AND-SOCIAL-ECONOMY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SAFETY-NET-FOR-CITIZENS.ASPX

SEDEC adopts opinions on European care strategy, adequate minimum income and social economy
SEDEC adopts opinions on European care strategy, adequate minimum income and social economy
13.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-1-APRIL.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SAFETY-NET-FOR-CITIZENS.ASPX

Local and regional authorities urge EU to integrate Ukrainian refugees into European society
Local and regional authorities urge EU to integrate Ukrainian refugees into European society
04.04.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPEAN-SUMMIT-MARSEILLE-DAY2.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SAFETY-NET-FOR-CITIZENS.ASPX

European Summit of regions and cities: what to look out for on day 2
European Summit of regions and cities: what to look out for on day 2
04.03.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BAROMETER-COVID-GAP-WILL-HIT-PUBLIC-SERVICES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SAFETY-NET-FOR-CITIZENS.ASPX

Il-Barometru Reġjonali u Lokali tal-UE jwissi: minħabba l-kriżi tal-COVID, is-servizzi pubbliċi se jispiċċaw b’defiċit ta’ EUR 180 biljun
Il-Barometru Reġjonali u Lokali tal-UE jwissi: minħabba l-kriżi tal-COVID, is-servizzi pubbliċi se jispiċċaw b’defiċit ta’ EUR 180 biljun
12.10.2021