Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet jitolbu aktar riżorsi għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa  

Il-KtR jenfasizza li t-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ huwa kruċjali
fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19

L-awtoritajiet lokali u reġjonali jħeġġu lill-istituzzjonijiet tal-UE u lil dawk nazzjonali biex jipproteġu d-drittijiet taż-żgħażagħ Ewropej għax-xogħol, ir-remunerazzjoni ġusta u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali bħala parti mill-irkupru. Il-pandemija kkawżat żieda qawwija fil-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea kollha. Għalhekk, ir-reġjuni u l-bliet jitolbu li fil-pjani nazzjonali ta’ rkupru jiġu inklużi miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ. Dawn huma fost il-messaġġi ewlenin li jirriżultaw mill-Opinjoni abbozzata minn Romy Karier (LU/PPE) u diskussa mill-Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni.

Il-Plenarja tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ddiskutiet l-Opinjoni abbozzata minn Romy Karier   (LU/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Clervaux, dwar il- Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa , l-inizjattiva tal-UE għall-ġlieda kontra l-qgħad fost iċ-ċittadini li għandhom anqas minn 30 sena. L-awtoritajiet lokali u reġjonali jilqgħu t-tisħiħ ta’ dan l-istrument maħluq seba’ snin ilu. Madankollu, jesprimu dispjaċir li fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, ir-riżorsi allokati biex jappoġġjaw il-Garanzija għaż-Żgħażagħ ma żdidux b’mod sostanzjali, minkejja l-kuntest kritiku tal-kriżi tal-COVID-19.

L- aħħar ċifri mill-Eurostat juru li f’Diċembru 2020, ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kienet ta’ 17,8 % fl-UE (3,138 miljun għandhom anqas minn 25 sena), żieda minn 14,8 % f’Diċembru 2019, filwaqt li l- perċentwal ta’ NEET (barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ) fost iċ-ċittadini li għandhom anqas minn 30 sena żdied minn 12,5 % fl-2019 għal 13,5 % fit-tielet kwart tal-2020, bl-ogħla perċentwal li kważi laħaq il-15 % qabel is-sajf.

Ir-relatur Romy Karier enfasizza li “Jekk jingħataw widen, ir-reġjuni u l-lokalitajiet jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ. Bħal-livelli kollha ta’ poter, aħna irridu nżidu l-isforzi tagħna u naħdmu id f’id f’dan il-mument ta’ kriżi. Huwa f’din il-perspettiva li nipproponu miżuri konkreti u b’saħħithom biex insaħħu l-Garanzija Ewropea għaż-Żgħażagħ. Mingħajr impenn reali biex jiżdied l-appoġġ għaż-żgħażagħ tagħna, finanzjarjament jew billi ntejbu l-istrateġiji tagħna, il-konsegwenzi x’aktarx li jkunu drammatiċi u jmorru ferm lil hinn mill-kriżi attwali. Iżda jekk minflok, ningħaqdu flimkien, ninsab konvint li nistgħu nevitaw ġenerazzjoni mitlufa ġdida”.

Sabiex il-qgħad fost iż-żgħażagħ jiġi indirizzat b’mod effettiv fid-dawl tal-pandemija, il-mexxejja lokali u reġjonali jitolbu li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ Msaħħa tkun ikkomplementata bit-titwil u l-estensjoni ta’ SURE , il-mekkaniżmu temporanju ta’ EUR 100 biljun maħluq biex jgħin lill-Istati Membri jipproteġu lill-ħaddiema affettwati mill-kriżi tal-COVID-19. Barra minn hekk, il-KtR jappella għall-inklużjoni ta’ miżuri għall-impjieg taż-żgħażagħ fil- Pjani ta’ Rkupru u Reżiljenza nazzjonali, u jwissi kontra politiki li jfittxu li jippromovu l-impjieg taż-żgħażagħ billi jdgħajfu d-drittijiet taċ-ċittadini għal remunerazzjoni ġusta u l-aċċess għall-protezzjoni soċjali bħala parti mill-irkupru.

Il-KtR jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni effettiva tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ peress li jistgħu jkunu pont bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u s-servizzi pubbliċi tal-impjiegi. Il-Kumitat jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-mobbiltà tal-ħaddiema permezz tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa, bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni, minħabba r-rwol importanti li għandha l-migrazzjoni fit-tiswir tal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol. Għalhekk, ir-reġjuni u l-bliet jiddispjaċihom li din id-dispożizzjoni, li kienet teżisti fil-Garanzija għaż-Żgħażagħ oriġinali, ma nżammitx fil-proposta l-ġdida.

Barra minn hekk, il-membri tal-KtR iqisu li huwa essenzjali li jiġu definiti kriterji vinkolanti ċari u preċiżi rigward il-kwalità tal-offerti tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għall-impjiegi, l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-apprendistati. Bl-istess mod huwa importanti li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq iż-żgħażagħ li qed ifittxu impjieg: ir-reġistrazzjoni online permezz ta’ pjattaformi elettroniċi speċifiċi tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ għandha tkun il-proċedura standard.

Ir-riżultat finali tal-votazzjoni fuq l-Opinjoni se jitħabbar fi tmiem is-sessjoni plenarja.

Sfond:

L-UE tappoġġja lill-Istati Membri biex inaqqsu l-qgħad u l-inattività fost iż-żgħażagħ permezz tal- Pakkett ta' Appoġġ għall-Impjieg taż-Żgħażagħ , li huwa mibni fuq erba’ linji. Waħda minn dawn hija l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, inizjattiva maħluqa fl-2013, li kienet diġà għenet lil 24 miljun żagħżugħ u żagħżugħa. Is-sena l-oħra, b’segwitu għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill approva rakkomandazzjoni dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ imsaħħa .

Bil-Garanzija, l-Istati Membri kollha ħadu l-impenn li jiżguraw li ż-żgħażagħ kollha li għandhom anqas minn 30 sena jirċievu offerta ta’ impjieg ta’ kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat jew traineeship f’perjodu ta’ erba’ xhur minn meta jispiċċaw qiegħda jew minn meta jħallu l-edukazzjoni formali.

Persuna ta’ kuntatt:

Matteo Miglietta

Tel. +32 (0)470 895 382

matteo.miglietta@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HL42---TIMISOARA-CONFERENCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RESOURCES-FIGHT-YOUTH-UNEMPLOYMENT.ASPX

Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
Legacy of the Conference of the Future of Europe rests on 'implementation'
22.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CIVEX-TIMISOARA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RESOURCES-FIGHT-YOUTH-UNEMPLOYMENT.ASPX

Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
Ukraine and local democracy: a call for EU support and resilience
19.09.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PRESIDENT-CORDEIRO-PRESIDENT-VON-DER-LEYEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RESOURCES-FIGHT-YOUTH-UNEMPLOYMENT.ASPX

President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
President Cordeiro discusses with President von der Leyen EU's top priorities to strengthen cooperation and voice the needs of regions and cities
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-REGIONAL-AND-EUROPEAN-LAWMAKERS-FORM-A-UNITED-FRONT-IN-COMBATING-DISINFORMATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RESOURCES-FIGHT-YOUTH-UNEMPLOYMENT.ASPX

Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
Local, regional and European lawmakers form a united front in combating disinformation on the ground and call for increased funding to defend democracy
05.07.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SEDEC-MEETING-21-JUNE-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RESOURCES-FIGHT-YOUTH-UNEMPLOYMENT.ASPX

SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
SEDEC members discuss mentoring, gender-based violence, children's rights, and European sports model
22.06.2023