Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Mewġa ta’ Rinnovazzjoni: Il-KtR u l-Kummissjoni tal-UE jniedu kooperazzjoni biex jagħtu spinta lit-tiġdid tal-binjiet  

Is-sħubija bejn il-mexxejja tal-UE, reġjonali u lokali hija kruċjali biex taċċellera l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni li tista’ toħloq 160 000 impjieg. Fl-UE l-binjiet ineffiċjenti fl-enerġija jlaħħqu l-75 % u bħalissa huma biss 1 % li jiġu rinnovati kull sena. Il-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum tal-enerġija tal-Ewropa u 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Kummissjoni Ewropea llum nedew kooperazzjoni biex jaċċelleraw it-tiġdid u d-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini tal-UE. Permezz tal-potenzjal għal impjiegi ġodda, l-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’serra (GHG) l-inizjattiva tal-UE “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni” għas-settur tal-bini hija mutur ewlieni biex toħloq irkupru robust u sostenibbli wara l-COVID-19. Is-sħubija għandha l-għan li tappoġġja lill-gvernijiet lokali u reġjonali biex iġeddu l-istokk tal-bini tagħhom. Il-kriżi tas-saħħa tal-COVID-19 amplifikat il-ħtieġa li jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien fil-bini tagħna u li jinqered il-faqar enerġetiku.

Flimkien mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-UE hija prijorità ewlenija tal- Patt Ekoloġiku , l-istrateġija tat-tkabbir tal-UE biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050.

Fil- ftuħ tad-dibattitu fil-plenarja dwar il- Mewġa ta’ Rinnovazzjoni mal-Kummissarju tal-UE għall-Enerġija, Kadri Simson, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Apostolos Tzitzikostas , qal li: "Meta l-bini tagħna jsir effiċjenti fl-użu tal-enerġija dan se jwassal biex jiġu ffrankati l-flus, jitnaqqsu l-emissjonijiet u jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku li jaffettwa 34 miljun persuna fl-Ewropa. Jeħtieġ li niżguraw li l-gvernijiet lokali u reġjonali jkunu konxji ta’, u jkollhom aċċess għall-baġit tal-UE mingħajr preċedent u għall-fondi disponibbli għall-irkupru u r-reżiljenza. Għalhekk ninsab kuntent li qed inniedi l-kooperazzjoni tagħna bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tagħna biex nappoġġjaw il-mewġa ta’ rinnovazzjoni fit-territorji kollha tagħna ".

Waqt li tkellmet fid-dibattitu, Kadri Simson, il-Kummissarju tal-UE għall-Enerġija , qalet li: " Illum għandna l-opportunità li nerġgħu nagħtu nifs ġdid lill-ekonomija tagħna filwaqt li nagħtu spinta akbar lill-isforzi favur l-enerġija nadifa. Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi diversi modi ta’ appoġġ u assistenza teknika lill-bliet u r-reġjuni sabiex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom mal-oqsma kollha tas-soċjetà għat-tranżizzjoni doppja u biex jintroduċu l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Bi pjaċir ninnota li l-Patt tas-Sindki qed isir saħansitra aktar inklużiv, aċċessibbli u ambizzjuż f’termini ta’ newtralità klimatika".

Juan Espadas (ES/PSE) , Sindku ta’ Sevilja u President tal- Kummissjoni ENVE tal-KtR u tal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali, qal: " Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni hija pilastru kruċjali tal-irkupru tal-Ewropa li tgħin biex it-territorji tagħna jinbnew mill-ġdid b’mod aħjar, biex tittejjeb il-kapaċità tagħna li niġġieldu kontra l-kriżi klimatika u, fl-istess ħin, biex nieħdu ħsieb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Bħala parti minn din l-istrateġija, l-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid tista’ tkun essenzjali biex tagħti ħajja ġdida lir-riġenerazzjoni urbana u biex isir rieżami radikali dwar il-viċinati tagħna. Irridu nisfruttaw il-potenzjal kreattiv fir-reġjuni u l-bliet tagħna u ninvolvu liċ-ċittadini fil-proċess tat-trasformazzjoni biex inqarrbu l-Patt Ekoloġiku lejhom u nfasslu futur aktar sostenibbli flimkien."

Enrico Rossi (IT/PSE) huwa r-relatur tal-KtR dwar l- Opinjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni . Il-Membru tal-Kunsill Komunali ta’ Signa (Firenze) u eks president tar-Reġjun tat-Toskana (2010-2020), qal li: " Bil-mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-UE toffri opportunità kbira lill-bliet u r-reġjuni tagħna. Filwaqt li qabel iffukajna biss fuq appartamenti jew binjiet individwali, issa fl-aħħar qed nagħtu ħarsa lejn il-viċinati b’mod olistiku. Huwa għalhekk li nilqgħu l-approċċ distrettwali u l-attenzjoni għall-komunitajiet tal-enerġija. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tista’ tikkontribwixxi wkoll biex jintemm il-faqar enerġetiku minħabba li tgħin liċ-ċittadini jsiru “prosumaturi”, sabiex mhux talli jkunu jistgħu jikkunsmaw l-enerġija, iżda jipproduċuha wkoll. Il-Patt Ekoloġiku u l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tiegħu jistgħu jirnexxu biss jekk itejbu l-benesseri tan-nies u l-kwalità tal-ħajja fi djarna u fil-viċinanzi madwar djarna, filwaqt li niżguraw li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura."

Wara d-dibattitu, il-membri ddiskutew il-bosta proposti inklużi fl-Opinjoni tal-KtR dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Il-KtR jappella għal reviżjoni tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat, regoli baġitarji aktar flessibbli biex jiġu sfruttati l-investimenti u r-rinnovazzjonijiet, u l-implimentazzjoni ta’ miri sottonazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-binjiet u l-integrazzjoni tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Il-KtR jirrakkomanda wkoll it-tisħiħ u d-deċentralizzazzjoni tal- faċilità ELENA tal-BEI billi jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz li joffri assistenza teknika lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u lin-negozji kollha. L-Opinjoni tħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jinkorporaw bis-sħiħ il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fil-programmi għall-irkupru u r-reżiljenza kif ukoll fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE).

It-test finali tal- Opinjoni tal-KtR dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ilu disponibbli mid-19 ta’ Marzu 2021.

Informazzjoni ta’ sfond:

Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tnediet fl-14 ta’ Ottubru 2020 permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar “Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja” . Hija pilastru ewlieni tal- pjan direzzjonali tal-Patt Ekoloġiku Ewropew .

Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandha l-għan li tneħħi l-ostakli għar-rinnovazzjonijiet tal-bini. Il-Grupp ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Effiċjenza fl-Enerġija ( EEFIG ) identifika sitt tipi ta’ ostakli: ostakli strutturali, ostakli għall-informazzjoni, fallimenti tas-suq, nuqqas ta’ għarfien espert, taħlita ta’ fatturi li jagħmluha diffiċli biex il-proġetti jiġu aggregati u/jew jitwettqu approċċi distrettwali aktar effiċjenti, u ostakli regolatorji. Dawn l-ostakli kollha jaffettwaw direttament lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u jxekklu l-kapaċità tagħhom li jinvestu aktar fi proġetti effiċjenti fl-enerġija.

Flimkien mad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport u l-ekoloġizzazzjoni tal-bliet, ir-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini tal-UE hija prijorità ewlenija tal- Patt Ekoloġiku . Mhux biss minħabba l-kapaċità potenzjali tagħha li tnaqqas kemm l-użu tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet tas-CO 2 , iżda wkoll bħala xprun għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Is-settur tal-kostruzzjoni huwa l-akbar ġeneratur ta’ impjiegi għal kull miljun euro investit ( Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija 2020 ).

Ir-rinnovazzjoni tal-binjiet hija prijorità ewlenija tal- Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali (GDGL) , inizjattiva ġdida tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li għandha l-għan li tqiegħed il-bliet u r-reġjuni fil-qalba tat-tranżizzjoni tal-UE lejn in-newtralità klimatika. Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tnieda fil-15 ta’ Ġunju 2020 bil-ħolqien ta’ Grupp ta’ Ħidma speċifiku magħmul minn 13-il membru . Aqra l-istqarrija għall-istampa hawnhekk . Skopri 200 prattika tajba tal-Patt Ekoloġiku fil- mappa online tagħna.

Persuna ta’ kuntatt:

David Crous

david.crous@cor.europa.eu

+32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RENOVATION-WAVE-COR-AND-COMMISSION-LAUNCH-COOPERATION-TO-BOOST-BUILDING-OVERHAUL.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RENOVATION-WAVE-COR-AND-COMMISSION-LAUNCH-COOPERATION-TO-BOOST-BUILDING-OVERHAUL.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/KIRUNA-DECLARATION.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RENOVATION-WAVE-COR-AND-COMMISSION-LAUNCH-COOPERATION-TO-BOOST-BUILDING-OVERHAUL.ASPX

Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
Kiruna declaration calls for more support to remote areas to achieve just transition
28.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-APRIL-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RENOVATION-WAVE-COR-AND-COMMISSION-LAUNCH-COOPERATION-TO-BOOST-BUILDING-OVERHAUL.ASPX

Green Deal Funding Alert - April 2023
Green Deal Funding Alert - April 2023
28.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HAVE-YOUR-SAY-ROLE-LOCAL-REGIONAL-AUTHORITIES-NATIONAL-ENERGY-CLIMATE-PLANS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/RENOVATION-WAVE-COR-AND-COMMISSION-LAUNCH-COOPERATION-TO-BOOST-BUILDING-OVERHAUL.ASPX

Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
27.04.2023