Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Reġjuni fl-azzjoni: min-newtralità tal-klima sal-eradikazzjoni tal-faqar enerġetiku  
Osservatorju Ewropew dwar in-Newtralità tal-Klima u miri tal-UE biex jinqered il-faqar enerġetiku fost il-gvernijiet lokali u reġjonali ssuġġerew miżuri biex titwassal Ewropa newtrali mil-lat ta’ klima sal-2050

Il-faqar enerġetiku u l-ġlieda kontra t-tisħin globali kienu fuq quddiem fl-aġenda tat-23 laqgħa tal-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE) tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. L-implimentazzjoni fil-livell lokali tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u l-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima flimkien ma’ appoġġ espliċitu għar-reġjuni tal-faħam kienu wkoll fuq il-mejda tad-diskussjoni. Qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju, il-President tal-Kummissjoni ENVE Cor Lamers enfasizza l-ħtieġa li “nilħqu l-aspettattivi taż-żgħażagħ tagħna dwar l-emerġenza klimatika li qed ngħixu”.

Meta fetaħ it-23 laqgħa tal-Kummissjoni għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Enerġija (ENVE), il-President tagħha, Cor Lamers (NL/PPE) , Sindku ta’ Schiedam, qal: “Iż-żgħażagħ Ewropej qed ifakkruna kull ġimgħa fl-emerġenza klimatika li qed ngħixu u rridu nilħqu l-aspettattivi tagħhom. Irridu nuru miżuri ġodda u innovattivi biex nimmassimizzaw il-potenzjal li t-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa tal-Ewropa twassal għal tkabbir sostenibbli u impjiegi. Bħala assemblea tal-bliet u r-reġjuni tal-UE, aħna impenjati li nwettqu l-isforzi kollha biex jiġu konkretizzati l-mekkaniżmi formali li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politiki tal-UE u nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija.”

Il-membri adottaw abbozz ta’ opinjoni dwar Pjaneta Nadifa għal kulħadd - Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima . Ir-relatur Michele Emiliano (IT/PSE) , President tar-Reġjun tal-Puglia, qal: “Neħtieġu miżuri ġodda u finanzjament pubbliku mmirat aħjar fil-livell tal-UE u dak nazzjonali jekk nixtiequ ekonomija b’emissjonijiet żero netti u biex nilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU. It-tranżizzjoni għal karbonju newtrali hija opportunità biex jiġu pprovduti inċentivi għal teknoloġiji nodfa, u ħiliet u impjiegi ġodda. L-ipprezzar xieraq tal-enerġija bbażat fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ kwoti tal-emissjonijiet u tassazzjoni huwa essenzjali għat-tranżizzjoni lejn enerġija rinnovabbli. Id-Direttiva dwar it-Taxxa fuq l-Enerġija u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandhom inaqqsu t-taxxi fuq l-enerġija rinnovabbli sabiex titrawwem l-adozzjoni tagħha fis-suq.”

Il-bliet u r-reġjuni jitolbu li l-infiq tal-baġit tal-UE għall-klima jiżdied għal mill-inqas 30 % flimkien ma’ eżenzjonijiet mit-taxxa fi ħdan il-programmi ta’ finanzjament tal-UE li huma newtrali mil-lat ta’ klima. L-opinjoni tal-President Emiliano ttenni t-talba tal-KtR lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu pjattaforma permanenti f’diversi livelli għad-djalogu dwar l-enerġija, biex il-Kontributi Determinati fil-Livell Lokali (LDCs) jiġu istituzzjonalizzati fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima (NECPs) u jiġi stabbilit osservatorju Ewropew dwar in-Newtralità tal-Klima biex jiġu mmappjati u megħjuna ż-żoni vulnerabbli mil-lat tal-klima. 

L-opinjoni tal-President Emiliano titlob li sistematikament jiġu involuti r-reġjuni u l-awtoritajiet lokali fl-implimentazzjoni tal-SDGs, il-ftehim ta’ Pariġi u l-ħidma preparatorja tal-COP25, inkluż rappreżentant tal-KtR li jkollu status ta’ osservatur fil-korpi preparatorji kollha tal-UNFCCC. L-opinjoni, li għandha tiġi vvutata matul il-plenarja ta’ Ġunju, tikkontribwixxi għall- istrateġija newtrali għall-klima tal-2050 , ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea f’Novembru 2018.

Il-membri adottaw b’mod unanimu opinjoni dwar Governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni transsettorjali fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku . Ir-relatur, Kata Tüttő (HU/PSE) , Rappreżentant tal-Gvern Lokali għad-Distrett 12 ta’ Budapest, qalet: “Aktar minn 50 miljun Ewropew jiffaċċjaw diffikultajiet biex isaħħnu djarhom fix-xitwa minħabba l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, dħul baxx u djar umdi u ħżiena għas-saħħa. Wisq Ewropej iridu jagħżlu bejn l-ikel u t-tisħin fix-xitwa. L-UE għandha miri ambizzjużi ħafna dwar l-enerġija u l-ambjent. Wasal iż-żmien li jkollna għan Ewropew biex jintemm il-faqar enerġetiku.”

Ir-relatur Tüttő tiddifendi d-dritt ta’ kulħadd li jgawdi minn enerġija affordabbli u tipproponi "moratorju fuq is-sospensjoni ta’ servizzi pubbliċi minħabba nuqqas ta’ ħlas" sabiex "l-ebda dar ma tkun nieqsa mit-tisħin u t-tkessiħ bażiku." L-opinjoni għandha tiġi addottata fis-sessjoni plenarja tas-26 u s-27 ta' Ġunju 2019

Il-membri qablu li jniedu opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar il-Patt tas-Sindki wara l-2020 u ħatru lil relatur Benedetta Brighenti (IT/PSE) , Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Castelnuovo Rangone fir-reġjun ta’ Emilia-Romagna.

Il-membri tal-Kummissjoni ENVE ser jiltaqgħu fit-12-14 ta’ Ġunju 2019 f’Bukarest għal Konferenza Konġunta mat-12-il Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET) tal-Kummissjoni Ewropea. Flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Muniċipalitajiet tar-Rumanija u l-presidenza Rumena tal-Kunsill tal-UE, l-avveniment se jħares lejn l-istrumenti teknoloġiċi u finanzjarji li jistgħu jrawmu l-adozzjoni ta’ prodotti u servizzi ekoloġiċi innovattivi fis-suq u jiżguraw li t-tranżizzjoni tal-enerġija tista’ sseħħ lokalment.

Il-membri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-opinjonijiet li ġejjin:

Ewropa Sostenibbli sal-2030: Segwitu tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, it-tranżizzjoni ekoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima mir-relatur Sirpa Hertell (FI/PPE). Il-bliet u r-reġjuni jappellaw għal miri u indikaturi ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs fil-livell lokali u reġjonali. L-opinjoni għandha tiġi adottata f’Ottubru 2019.

L-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi permezz ta’ tranżizzjoni tal-enerġija innovattiva u sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali mir-relatur Witold Stępień (PL/PPE) L-opinjoni għandha tiġi adottata f’Ottubru 2019.

L-Implimentazzjoni tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa: l-INECPSs bħala għodda għal approċċ ta’ governanza lokali u territorjali għall-klima, l-enerġija attiva u l-enerġija passiva mir-relatur József Ribanyi (HU/PPE). L-opinjoni għandha tiġi adottata f’Ottubru 2019.

Nota lill-edituri:

Ir-ritratti tal-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE jistgħu jitniżżlu hawnhekk.

Ikklikkja hawnhekk biex taċċessa d-dokumenti kollha tal-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni rreaġixxa għall-aspetti differenti tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa fl-opinjonijiet li ġejjin:

Inwasslu Patt Ġdid għall-Konsumaturi tal-Enerġija , relatur: Michel Lebrun (BE/PPE), membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Viroinval (April 2016).

Il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Enerġija Nadifa , relatur: Bruno Hranić (HR/PPE), Sindku ta’ Vidovec (Lulju 2017).

L-effiċjenza fl-enerġija u l-bini , relatur: Michiel Rijsberman (NL/ALDE), Membru tal-Kunsill tal-Provinċja ta’ Flevoland (Lulju 2017).

L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku , relatur: Daiva Matonienė (LT/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Šiauliai.

Jannar 2019 – Stqarrija għall-istampa tal-KE. “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”. L-istrateġija sħiħa (MT).

Jannar 2019 – it-tielet rapport dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija fl-Ewropa tal-Kummissjoni Ewropea.

Kuntatt: David Crous | david.crous@cor.europa.eu | +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-IN-ACTION-FROM-CLIMATE-NEUTRALITY-TO-ERADICATING-ENERGY-POVERTY.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-IN-ACTION-FROM-CLIMATE-NEUTRALITY-TO-ERADICATING-ENERGY-POVERTY.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-IN-ACTION-FROM-CLIMATE-NEUTRALITY-TO-ERADICATING-ENERGY-POVERTY.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-APRIL-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-IN-ACTION-FROM-CLIMATE-NEUTRALITY-TO-ERADICATING-ENERGY-POVERTY.ASPX

Green Deal Funding Alert - April 2023
Green Deal Funding Alert - April 2023
28.04.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HAVE-YOUR-SAY-ROLE-LOCAL-REGIONAL-AUTHORITIES-NATIONAL-ENERGY-CLIMATE-PLANS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-IN-ACTION-FROM-CLIMATE-NEUTRALITY-TO-ERADICATING-ENERGY-POVERTY.ASPX

Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
Have your say: The role of local and regional authorities in defining and implementing National Energy and Climate Plans
27.04.2023