Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni iqarrbu l-ispazju lejn id-dinja  

Membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni taw l-appoġġ tagħhom lil Andres Jaadla (ET/ALDE) permezz tal-adozzjoni tal-opinjoni tiegħu dwar “Strateġija Spazjali għall-Ewropa” . Il-KtR jaqbel mal-viżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ispazju li ppubblikat f’Ottubru 2016. Madankollu, jitlob li id-dimensjoni reġjonali tagħha tiġi żviluppata aktar sabiex it-teknoloġiji spazjali jitqarrbu lejn iċ-ċittadini. It-teknoloġiji, id-data u s-servizzi spazjali jiżguraw komunikazzjoni, sorveljanza, kontroll tal-fruntiera u tas-sigurtà, rispons rapidu għad-diżastri naturali u appoġġ għall-ġestjoni tal-agrikoltura, tas-sajd u tat-trasport.

It-teknoloġiji, id-data u s-servizzi spazjali saru parti indispensabbli mill-ħajja ta’ kuljum tagħna. Fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), it-teknoloġija spazjali tippermetti skambju ta’ informazzjoni f’ħin reali. Fis-servizzi diġitali, twassal għal sistemi ta’ sorveljanza b’riżoluzzjoni għolja kontinwa. Is-satelliti fl-ispazju iwasslu għal reazzjonijiet rapidi għal diżastri naturali u jikkontribwixxu għat-titjib tal-amministrazzjoni urbana u l-ġestjoni tat-trasport pubbliku. Il-kapaċitajiet u s-servizzi relatati mal-ispazju jaqdu rwol importanti f’termini ta’ sigurtà u ta’ difiża Ewropea, kif ukoll fil-monitoraġġ ambjentali, il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ġlieda kontra t-tisħin globali.

“Il-politika spazjali tista’ jgħin biex tingħata spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment fl-Ewropa filwaqt li twessa’ l-konfini tax-xjenza u r-riċerka,” qal ir-relatur, Andres Jaadla. Il-membru tal-kunsill tal-belt ta’ Rakvere żied jgħid li: 'jeħtieġ niżviluppaw id-dimensjoni reġjonali sabiex il-benefiċċji mill-ispazju jaslu aktar viċin iċ-ċittadini. Il-politika u l-istrateġija spazjali tal-UE, madankollu, hemm bżonn li tikkonvinċi aħjar lis-soċjetà dwar il-benefiċċji potenzjali kollha. L-utenti għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika spazjali tal-Ewropa”.

Ir-relatur Jaadla kompla jgħid li "L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom il-kompetenza u r-rieda biex ikunu involuti fl-implimentazzjoni tal-politika spazjali tal-UE. Filwaqt li ħafna reġjuni ngħaqdu fin-Netwerk tar-reġjuni Ewropej li Jużaw Teknoloġiji Spazjali (NEREUS), li juri l-importanza dejjem tikber tal-ispazju għall-ekonomiji reġjonali, hemm bżonn li dawn l-azzjonijiet jiġu enfasizzati aktar u li jitrawmu sħubijiet integrattivi bejn is-soċjetà ċivili, in-negozji, l-istituzzjonjiiet pubbliċi u l-komunità tax-xjenza.” Ir-relatur Jaadla talab li l-istrateġija spazjali tkompli tiġi marbuta u integrata ma’ politiki tal-UE oħrajn, bħalma huma l-Aġenda Urbana, il-bliet intelliġenti u l-politika dwar il-klima.

Andres Jaadla qal ukoll li: '“l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku flimkien ma’ speċjalisti mħarrġa aħjar, u ma' iktar inġiniera u xjenzati għandhom jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini Ewropej biex jaqdu rwol ċentrali fl-iżvilupp tas-sistemi kumplessi t’għada, kemm fuq wiċċ l-art kif ukoll fl-ajru b’satelliti, permezz ta’ programmi bħalma huma Galilei u Copernicus.”

B’referenza għall-programm Copernicus, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jixtieq jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tiegħu. Il-KtR jipproponi li jipprovdi membru permanenti sħiħ biex ikun parti mill-forum tal-utenti tal-programm. “Tali parteċipazzjoni diretta tipprovdi kontribut fil-forum dwar il-perspettiva tal-atturi lokali fir-rigward tal-użu tad-data ta’ Copernicus”, qal Andres Jaadla.

“Il-KtR jista’ jkun sieħeb kruċjali biex ikun hemm rabta bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri, l-Aġenzija Spazjali Ewropea, l-akkademiċi, il-gvernijiet lokali u l-utenti, sabiex jinbnew sħubiji ġodda ma’ politiki tal-UE oħrajn”, ikkonkluda Andres Jaadla.

Noti lill-edituri

26 ta' Ottubru 2016. Strateġija dwar l-ispazju għall-Ewropa . Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Kuntatt: David Crous | david.crous@cor.europa.eu | +32 (0) 470 88 10 37

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-SPACE-PROGRAMME.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-BRING-SPACE-DOWN-TO-EARTH.ASPX

The EU's new space programme: a boost for jobs and sustainable growth
The EU's new space programme: a boost for jobs and sustainable growth
20.12.2018

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVIRONMENTAL-SUCCESS-LIES-IN-THE-HANDS-OF-LOCAL-GOVERNMENTS-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-BRING-SPACE-DOWN-TO-EARTH.ASPX

Environmental success lies in the hands of local governments
Environmental success lies in the hands of local governments
28.09.2018

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COR-SECRETARY-GENERAL-FOR-A-BETTER-CONNECTION-OF-EU-SPACE-POLICY-WITH-EU-INFRASTRUCTURE-POLICY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-BRING-SPACE-DOWN-TO-EARTH.ASPX

CoR Secretary General for a better connection of EU space policy with EU infrastructure policy..
CoR Secretary General for a better connection of EU space policy with EU infrastructure policy..
17.07.2018

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEED-FOR-SME-FRIENDLY-REGIONAL-PATENT-STRATEGY-IN-SPACE-TECHNOLOGY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-BRING-SPACE-DOWN-TO-EARTH.ASPX

Secretary General underlines need for SME friendly regional patent strategy in space technology at Galileo Agency
Secretary General underlines need for SME friendly regional patent strategy in space technology at Galileo Agency
11.06.2018

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HOW-SPACE-TECHNOLOGIES-IMPROVE-SUSTAINABLE-ENERGY-MANAGEMENT-.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-BRING-SPACE-DOWN-TO-EARTH.ASPX

How space technologies improve sustainable energy management
How space technologies improve sustainable energy management
07.06.2018