Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jtejbu l-“mod ġdid ta’ ħidma” tal-UE  
Il-legat tal-Kummissjoni Ewropea uxxenti għandu jkun rwol aktar sħiħ għall-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-bidu sal-aħħar taċ-ċiklu ta’ politika, tgħid il-Komunità Ewropea tar-Reġjuni.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkunsidra li tagħti appoġġ finanzjarju lil mekkaniżmu ta’ feedback li kien fl-avangwardja tiegħu l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, il-mexxejja lokali u reġjonali qalu fid-9 ta’ Ottubru, f’sett ta’ rakkomandazzjonijiet immirati li jiżguraw li l-perspettivi reġjonali u lokali jiġu riflessi f’kull stadju tal-proċess ta’ politika tal-Unjoni Ewropea, mill-konċepiment sal-evalwazzjoni.

Suġġerimenti oħrajn għall-president li jmiss tal-Kummissjoni Ewropea jinkludu li l-assemblea tal-UE għall-awtoritajiet lokali u reġjonali tingħata l-opportunità li ssawwar – aktar milli sempliċiment tirrivedi – il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni u tistieden esperti mill-gvernijiet lokali u reġjonali biex jiskrutinizzaw ir-regolamenti tal-UE. Dawn huma kollha miżuri li jiżguraw li l-impatt lokali tal-liġi tal-UE jiġi kkunsidrat kif xieraq. Il-proposti jibnu fuq il-konklużjonijiet ta’ task force istituzzjonali fl-2018 u ta’ proċess ta’ konsultazzjoni fl-2019.

Olgierd Geblewicz (PL/PPE), president tar-reġjun ta’ Zachodniopomorskie u kap tal-presidenti reġjonali tal-Polonja, kien ir-relatur tal-Opinjoni, li għandha t-titlu 'Regolazzjoni aħjar: nagħtu rendikont u nżommu l-impenn tagħna' .

Is-Sur Geblewicz qal: “Dawn huma suġġerimenti prattiċi li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jsostnu legat ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea li ser tispiċċa: it-twettiq ta’ sħubija aħjar mal-livelli kollha tal-gvern sabiex tiġi prodotta leġislazzjoni aktar effettiva u effiċjenti. L-ewwel Viċi President Frans Timmermans jifhem tassew l-importanza ta’ ħidma ma’ reġjuni u bliet, u s-sena li għaddiet huwa kien favur mod ġdid ta’ ħidma għall-UE. Il-proposti tal-KtR illum jindikaw modi ġodda u speċifiċi ħafna biex jiġi żgurat li l-perspettiva reġjonali u lokali tinġieb fil-ħidma ta’ kuljum ta’ dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-eżekuttiv tal-UE.”

Huwa żied jgħid: “Ix-xewqa komuni tagħna hija li nilħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE b’modi li jirrikonoxxu l-varjetà kbira ta’ sitwazzjonijiet u kulturi fl-Ewropa. Dan l-isforz biex tinkiseb l-akbar unità possibbli u l-akbar diversità possibbli filwaqt li jinkisbu riżultati effettivi ta’ politika – f’kelma waħda, “sussidjarjetà” – huwa sfida u jinvolvi spejjeż, iżda t-task force tas-sena l-oħra u l-eżerċizzju ta’ rendikont ta’ din is-sena juru li l-isforz qed trodd lura, f’riżultati u fil-politika. Storikament, l-UE kkonċentrat fuq il-ġbir ta’ kontributi minn reġjuni u bliet meta tabbozza politiki; iżda s-sussidjarjetà għandha tkun ukoll dwar il-monitoraġġ ta’ kif taħdem il-leġislazzjoni fil-lokal. Irridu nimlew din il-lakuna, kif ukoll insaħħu punti dgħajfa oħrajn fil-proċess ta’ politika. Irridu niżguraw li s-sħubija mar-reġjuni u l-bliet tal-UE ma tkunx biss eżerċizzju tekniku u legalistiku, iżda prinċipju li jinkwadra u jarrikkixxi l-attivitajiet tal-UE.”

F’Marzu 2019, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni nieda Netwerk ta’ Ċentri Reġjonali għal politika tal-UE dwar ir-Reviżjoni tal-Implimentazzjoni , li matul fażi ta’ sentejn qed jirrivedi l-impatt tal-politika tal-UE fuq il-gvernijiet lokali u reġjonali fi tliet oqsma: l-akkwist pubbliku, il-kwalità tal-arja u l-kura tas-saħħa transkonfinali. Il-proġett diġà ġabar rispons dwar ir-riformi tal-akkwist pubbliku tal-UE minn korrispondenti tal-UE f’36 amministrazzjoni reġjonali f’16-il pajjiż, u minn membri tan-netwerks tagħhom. Ir- reviżjoni ta’ implimentazzjoni li rriżultat, u li ġiet ippubblikata f’Lulju ta’ din is-sena, ikkontribwixxiet għal Opinjoni tal-KtR, adottata fit-8 ta’ Ottubru, li faħħret l-intenzjonijiet tal-UE iżda sabet nuqqasijiet sinifikanti fl-impatt tar-riformi.

Is-Sur Geblewicz qal: “Proġett bħal tagħna dwar mekkaniżmu taċ-Ċentri Reġjonali jieħu ż-żmien u l-flus, iżda l-effetti għandhom ikunu politika ta’ kwalità għolja u effettiva li tirrispetta r-realtajiet fil-lokal, u juri jekk il-leġislazzjoni tal-UE hijiex qed iżżid il-valur, u telimina xi formalitajiet amministrattivi, restrizzjonijiet u piżijiet ekonomiċi. Il-Viċi President Timmermans ta l-appoġġ politiku tiegħu għall-inizjattiva tagħna s-sena l-oħra; nixtiequ li s-suċċessur tiegħu, Maroš Šefčovič, isib fondi biex imantni u jiżviluppaha, jekk il-fażi pilota tirnexxi. Dan jirrigwarda l-bini tal-kapaċità meħtieġa biex ikun hemm suċċess fit-tul tal-aġenda għal “regolamentazzjoni aħjar” tal-Kummissjoni. Juri wkoll, għal darb’ oħra, li l-KtR jista’ jkun pont bejn l-UE u l-livelli reġjonali u lokali tal-gvern u katalist għas-sħubija.”

L-Opinjoni tappella wkoll għal aktar kunsiderazzjoni tal-għarfien espert lokali u reġjonali f’fora politiċi u tekniċi. Huwa jargumenta, pereżempju, li l-għadd ta’ esperti fuq il- Bord tal-Iskrutinju Regolatorju għandu jiġi estiż, biex “iżid l-għarfien tal-Bord dwar il-perspettivi lokali u reġjonali dwar il-leġislazzjoni tal-UE” u li l- pjattaforma REFIT tal-Kummissjoni – korp ieħor li għandu l-għan li jtejjeb il-leġislazzjoni eżistenti tal-UE – għandu jinkludi esperti mil-livell lokali jew reġjonali.

Kif tinnota l-Opinjoni, ix-xewqa tal-Kummissjoni li tikseb regolamentazzjoni aħjar u aktar effiċjenti tmur kontra realtà li fiha “id-densità regolatorja żdiedet, u b’hekk jonqos il-marġni għal interpretazzjoni li għandu jkun hemm meta jiġu implimentati d-direttivi”.

Fit-30 ta’ Settembru, il-Parlament Ewropew approva l-ħatra tal-Kummissarju Šefčovič, li bħalissa huwa Viċi President għall-Unjoni tal-Enerġija, bħala Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u Prospettiva fil-leġislatura 2019-24. Matul is- seduta tiegħu, il-Kummissarju Šefčovič qal li “għandna ninvolvu aħjar lil dawk li jħossu l-effetti tar-regolazzjoni, u li nimmiraw aktar lejn ‘sussidjarjetà attiva’, sabiex titneħħa l-impressjoni komuni li kollox huwa deċiż fi Brussell.”

Huwa żied jgħid: “Aħna se nsaħħu l-mezzi li permezz tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jinfurmawna dwar il-piż esperjenzat meta tiġi applikata leġislazzjoni ġdida, kif ukoll dwar opportunitajiet biex jittaffa.”

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ser ikompli bil-konsultazzjonijiet dwar kif jista’ jiġi żgurat li l-kontribut lokali u reġjonali jiġi inkorporat fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE f’konferenza ewlenija fis-Senat Taljan fit-22 ta’ Novembru.

Kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 743 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/INTEGRATION-OF-MIGRANTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-AND-CITIES-CAN-MAKE-THE-EUS-NEW-WAY-OF-WORKING-BETTER.ASPX

Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
Integration of migrants can significantly improve social cohesion at the local level, but legal routes to Europe are vital to avoid further tragedies
30.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/CALL-COR-YEP-PROGRAMME-OPEN.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-AND-CITIES-CAN-MAKE-THE-EUS-NEW-WAY-OF-WORKING-BETTER.ASPX

Call for application for the CoR Young Elected Politicians Programme open!
Call for application for the CoR Young Elected Politicians Programme open!
07.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MICHAłOWO-HONOURED-WITH-MAYOR-PAWEł-ADAMOWICZ-AWARD.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-AND-CITIES-CAN-MAKE-THE-EUS-NEW-WAY-OF-WORKING-BETTER.ASPX

Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
Il-Muniċipalità ta’ Michałowo u ċ-ċittadini tagħha ġew onorati bil-Premju “Sindku Paweł Adamowicz” għall-għajnuna tagħhom lir-refuġjati fil-fruntiera mal-Belarussja
08.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/LOCAL-AND-REGIONAL-LEADERS-ENGAGED-FOR-BETTER-EU-LAWS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-AND-CITIES-CAN-MAKE-THE-EUS-NEW-WAY-OF-WORKING-BETTER.ASPX

Local and regional leaders engaged for better EU laws: Anne Karjalainen and Michiel Rijsberman appointed rapporteurs on public procurement and Digital Europe programme
Local and regional leaders engaged for better EU laws: Anne Karjalainen and Michiel Rijsberman appointed rapporteurs on public procurement and Digital Europe programme
31.01.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/SUCCESSFUL-REGHUB-WORKSHOP-BRUSSELS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/REGIONS-AND-CITIES-CAN-MAKE-THE-EUS-NEW-WAY-OF-WORKING-BETTER.ASPX

Successful RegHub Workshop in Brussels
Successful RegHub Workshop in Brussels
07.12.2022