Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Kumitat Ewropew tar-Reġjuni: Punti saljenti tal-plenarja ta’ Jannar  

Il-Prim Ministru tal-Portugall António Costa reġa’ lura fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fil-31 ta’ Jannar biex jippreżenta l-viżjoni tiegħu għall-UE. Fis-sessjoni plenarja tal-KtR fejn il-mistednin kienu jinkludu Tomislav Donchev, Viċi Prim Ministru tal-Bulgarija, u Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, l-assemblea tal-UE tal-politiċi lokali u reġjonali qalet li l-UE27 trid iżżid il-kontribuzzjonijiet tal-baġit futur tal-UE biex jiġi protett l-investiment reġjonali, u hedded li tmur quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jekk l-UE tipprova tiddevja fondi allokati għar-reġjuni u l-bliet biex tgħin lill-gvernijiet nazzjonali għall-finanzjament ta’ riformi strutturali.

Messaġġ ta’ riforma mill-PM tal-Portugall : fil-31 ta’ Jannar il-Prim Ministru António Costa wassal messaġġ ta’ urġenza ekonomika u tiġdid politiku, meta qal lill-mexxejja lokali u reġjonali li l-UE trid tlesti r-riformi ekonomiċi u tiffoka fuq it-tnaqqis tad-differenzi ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni u l-bliet. Il-Prim Ministru Costa, li huwa eks membru tal-KtR u eks Sindku ta’ Lisbona, qal li: “F’dinja globalizzata l-Ewropa teħtieġ iktar koeżjoni u ekonomija iktar kompetittiva” u li “m’għandniex indgħajfu l-pedamenti tal-Unjoni tagħna, bħalma huija l-politika ta’ koeżjoni”.

Il-Viċi PM tal-Bulgarija qal li l-UE qed tiffaċċja prova deċiżiva : Huwa u jitkellem f’isem il-Presidenda tal-UE, Tomislav Donchev, Viċi Prim Ministru tal-Bulgarija qal, "Id-dibattitu dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss u l-politika ta’ koeżjoni jrid jitqies bħala prova deċiżiva għall-ġejjieni tal-Unjoni” u bħala “indikazzjoni ta’ kemm tabilħaqq nemmnu fl-Unjoni”. Huwa wissa li l-baġit li jmiss huwa fil-periklu li jitqies “pjuttost bħala riżultat tal-uragan politiku attwali minflok ta’ aġenda ambizzjuża”. Huwa qal li “il-Politika ta’ Koeżjoni għandha toħloq inċentivi għal riformi”.

‘Soluzzjonijiet lokali u reġjonali fejn possibbli u meħtieġa': F’ dibattitu mal-membri tal-KtR , li laqat diversi temi u li kien jinkludi skambju jaħraq dwar l-indipendenza tal-Katalunja, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans enfasizza li l-proposti tal-Kummissjoni għar-riforma tal-UE, inkluża l-alternattiva li "isir anqas b’aktar effiċjenza", għandhom isaħħu l-prinċipju tas-sussidjarjetà. Bħala parti mill-isforzi tagħha biex issib l-aħjar livell biex jinkiseb l-aħjar riżultat, il-Kummissjoni stabbilixxiet 'Task Force’ li għandha l-għan li ssib modi biex tinvolvi aktar l-awtoritajiet reġjonali u lokali fit-tfassil tal-politika tal-UE. Tlieta mis-sitt politiċi fit-Task Force huma membri tal-KtR.

Il-Kummissjoni Ewropea tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà : F’ riżoluzzjoni adottata bl-appoġġ tal-gruppi politiċi kollha tiegħu, il-KtR qal li se jirrikorri għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja jekk ikun hemm qbil dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea li toffri lill-Istati Membri l-possibilità li jużaw il-fondi ta’ koeżjoni tal-UE biex jappoġġjaw ir-riformi strutturali. Il-KtR huwa tal-fehma li l-pjan tal-Kummissjoni jmur kontra l-prinċipji tas-sussidjarjetà, il-governanza f’diversi livelli, il-kofinanzjament u l-ġestjoni kondiviża.

Appoġġ għal azzjoni kontra l-Polonja : F’riżoluzzjoni li tappoġġja d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinvoka l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-UE, il-KtR qal li l-bidliet legali li jaffettwaw il-ġudikatura Pollakka huma ta’ "rilevanza diretta u immedjata” għall-awtoritajiet lokali u reġjonali.. Ħeġġeġ lill-UE, madankollu, biex ma tissospendix il-finanzjament lill-bliet u r-reġjuni tal-Polonja, u żied jgħid li l-awtoritajiet sottonazzjonali m’għandhomx “jinżammu ostaġġi għall-politiki segwiti mill-gvernijiet nazzjonali”.

Politika ta’ koeżjoni: Wara li adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-futur tal-politika ta’ koeżjoni f’Mejju 2017, il-KtR elabora l-pożizzjonijiet tiegħu dwar erba’ kwistjonijiet relatati mal-politika ta’ koeżjoni, inkluż il-futur tal-finanzi tal-UE. F’rakkomandazzjonijiet imfassla minn Marek Woźniak (PL/PPE), Marixxall tar-reġjun ta’ Wielkopolski, il-KtR jargumenta li wara l-Brexit, l-Istati Membri għandhom iżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-UE, u l-politiki ta’ koeżjoni u agrikoli għandhom jibqgħu l-akbar benefiċjarji tal-fondi tal-UE.

Il-KtR wissa wkoll kontra l-emarġinazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. F’opinjoni mmexxija minn Oldřich Vlasák (CZ/KRE), membru tal-kunsill ta’ Hradec Králové u eks Viċi President tal-Parlament Ewropew, il-KtR identifika n-nuqqasijiet fil-proposti mill-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-Simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-finanzjament strutturali tal-UE, filwaqt li appoġġja s-sejħa tal-Grupp għal aktar fil-livell lokali u reġjonali. Il-KtR indirizza kif jista’ jżid l-impatt tal-finanzjament ta’ koeżjoni permezz tal-'investimenti territorjali integrati', f’rapport ippreżentat minn Petr Osvald (CZ/PSE), membru tal-kunsill ta’ Plzeň u President tal-Kummissjoni tal-KtR għall-Politika ta’ Koeżjoni Territorjali u l-Baġit tal-UE.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir : L-irkupru ekonomiku fl-Unjoni Ewropea qed jinżamm lura minħabba li naqas milli jirrikonixxi l-potenzjal tar-reġjuni u li jikkunsidra d-differenzi reġjonali fir-riformi ekonomii tiegħu, il-KtR ikkonkluda f’riżoluzzjoni dwar L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-UE tal-2018. Il-KtR wissa wkoll li pjan ta’ investiment maħluq bħala reazzjoni għall-kriżi – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) – mhux qed ikun aċċessibbli għal ħafna reġjuni fl-UE.

Il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tar-reġjuni ultraperiferiċi : il-KtR appoġġja opinjoni abbozzata mill-President tal-Gżejjer Kanarji, Fernando Clavijo (ES/ALDE), li jappella għal strateġija riveduta sabiex jitrawwmu l-impjiegi, l-iżvilupp ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-opportunitajiet ugwali fir-reġjuni ultraperiferiċi. Fil-preżenza ta’ MEP Younous Omarjee (FR/GUE/NGL), il-KtR esprima appoġġ għal investiment f’setturi bħall-enerġiji rinnovabbli u l-ekonomija blu, u ssuġġerixxa li r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE jistgħu jsiru laboratorji għall-innovazzjoni.

L-Ewropa Attiva : il-membri tal-KtR indirizzaw l-implikazzjonijiet lokali u reġjonali ta’ żewġ proposti leġislattivi fil-pakkett “L-Ewropa Attiva” tal-Kummissjoni Ewropea. F’opinjoni minn Spyros Spyridon (GR/PPE, mill-kunsill ta’ Poros) il-KtR indirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport u t-trattament ta’x-xufiera b’rabta mad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema, li tiffissa t-termini li skonthom il-kumpaniji u l-ħaddiema tagħhom jistgħu joperaw barra minn pajjiżhom. Fil-preżenza tal-MEP Wim van de Camp (NL/PPE), membri stabbilixxew ukoll ideat biex tiżdied il-konformità mal-leġislazzjoni tal-UE bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tax-xufiera, is-sikurezza fit-triq u l-kompetizzjoni.

F’rapport minn Ivan Žagar (SI/PPE), Sindku ta’ Slovenska Bistrica, il-KtR appoġġja wkoll il-proposti tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-formalitajiet konnessi ma’ sistemi ta’ pedaġġ fit-toroq tal-Ewropa u biex tiġi armonizzata l-informazzjoni pprovduta mit-trasport pubbliku.

Suq uniku diġitali : Fir-reviżjoni ta’ nofs it-term tas-suq uniku diġitali, il-KtR enfasizza li l-bliet u r-reġjuni huma f’pożizzjoni ewlenija biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija diġitali. L-opinjoni, abozzata minn Alin Nica (RO/PPE), Sindku ta’ Dudeștii Noi, twissi li l-UE għandha tagħti aktar attenzjoni taċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data, u li jitnaqqas id-distakk diġitali.

L-ekonomija blu : il-Punent tal-Mediterran huwa “ferm” vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, it-tibdil demografiku u l-isfidi umanitarji, Samuel Azzopardi (MT/PPE) tal-kunsill tar-Rabat wissa f’opinjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija blu tar-reġjun. L-opinjoni tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet għal aktar sigurtà fil-Punent tal-Mediterran, l-iżvilupp ta’ “ekonomija marittima intelliġenti u reżiljenti”, u li titjieb il-governanza tal-baħar.

Negozji żgħar : Robert Negoiţă (RO/PSE), Sindku tal-Muniċipalità Distrettwali ta’ Bukarest 3, kiseb l-appoġġ għal proposti mmirati biex jgħinu l-iżvilupp fit-tul tal-programm COSME, li jappoġġjaw l-akbar sors ta’ impjiegi fl-ekonomiji lokali u reġjonali – l-intrapriżi mikro u dawk żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Prodott tas-Small Business Act tal-UE (SBA) tal-2008, il-COSME jiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għal finanzjament u swieq barranin.

" Erasmus għar-rappreżentanti lokali u reġjonali ": il-KtR appella lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkunsidra l-istabbiliment ta’ programm ta’ skambju għall-2018-2020 li jista’ jipprovdi taħriġ dwar il-politiki tal-UE lill-politiċi lokali u reġjonali. L-opinjoni kienet abbozzata minn François Decoster (FR/ALDE), Viċi President tar-Reġjun ta’ Haut-de-France u Sindku ta’ Saint-Omer, u li kien wieħed mill-100 parteċipant fi proġett pilota fl-2012-2013. L-MEP Mercedes Bresso (IT/S&D) tenniet l-appoġġ tagħha għall-inizjattiva.

It-titjib fil-bilanċ bejn l-ispeċijiet f’kunflitt u l-attività tal-bniedem: relatur Csaba Borboly (RO/PPE), mexxejja ta’ komunità – Harghita – fejn tinsab waħda mill-ikbar popolazzjonijiet ta’ orsijiet fl-Ewropa, kisbet l-appoġġ għal proposti mmirati li jnaqqsu l-għadd ta’ inkontri diffiċli ma’ predaturi kbar. Fl-UE hemm ħames karnivori kbar, mill-inqas wieħed minnhom li attwalment jinsab f’21 pajjiż.

Aktar materjal:

Ara l-filmat sommarju tal-avveniment, kontribuzzjonijiet individwali jew is-sessjoni kollha tal-31 ta’ Jannar u tal-1 ta’ Frar.

• Ritratti huma disponibbli wkoll fuq Flickr

Kuntatt:
pressecdr@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ASBESTOS-FREE-EUROPE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-HIGHLIGHTS-JAN-2018.ASPX

Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
Local leaders urge stricter rules and more funds to deliver an asbestos-free Europe
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/STRONG-COHESION-POLICY-UNITED-FAIRER-FUTURE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-HIGHLIGHTS-JAN-2018.ASPX

Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
Only a strong Cohesion Policy can ensure a united and fairer future to the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HG-11-CORDEIRO-NUEVA-ECONOMIA.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-HIGHLIGHTS-JAN-2018.ASPX

"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
"If Cohesion policy is in danger, the European Union is in danger", says President Cordeiro in Madrid
02.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/COTER-16-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-HIGHLIGHTS-JAN-2018.ASPX

President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
President Vasco Alves Cordeiro and COTER Chair Emil Boc will lead the work to defend the future of cohesion policy for all European regions
16.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/OVER-CENTRALISED-RECOVERY-PLANS-RISK-INCREASING-DISPARITIES-BETWEEN-TERRITORIES.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/PLENARY-HIGHLIGHTS-JAN-2018.ASPX

Over-centralised Recovery Plans risk increasing disparities between territories
Over-centralised Recovery Plans risk increasing disparities between territories
09.02.2023