Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE u tar-Renju Unit jiltaqgħu fi grupp ta’ kuntatt ġdid  

Għall-ewwel darba, il-politiċi lokali u reġjonali mir-Renju Unit iltaqgħu ma’ membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni fi grupp ta’ kuntatt maħsub biex jiżgura li l-linji ta’ komunikazzjoni żviluppati matul kważi 47 sena ta’ sħubija tar-Renju Unit fl-Unjoni Ewropea jibqgħu miftuħa fil-livell reġjonali u lokali wara l-2020. Wara l-ħolqien tiegħu fl-1994, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjun sar il-punt ewlieni ta’ kuntatt bejn ir-reġjuni u l-bliet mir-Renju Unit u Stati Membri oħra tal-UE.

Ir-Renju Unit ħareġ mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020 u l-perjodu ta’ tranżizzjoni jintemm fil-31 ta’ Diċembru. F’dak il-mument, il-ftehimiet legali li jirfdu r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE u s-27 Stat Membru tagħha ser jiskadu, sakemm ma jintlaħaqx ftehim ġdid fis-sitt ġimgħat li ġejjin.

Loïg Chesnais-Girard (FR/PSE), President tal-Kunsill Reġjonali tal-Bretanja u President tal-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit, qal: “Il-politiċi mir-Renju Unit u mill-UE ħolqu rabtiet b’saħħithom matul 25 sena ta’ kuntatt permezz tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni; u kważi 5 deċennji ta’ sħubija fl-UE rabtet lir-Renju Unit mill-qrib mar-reġjuni u l-bliet tas-27 Stat Membru tal-UE. Irridu li r-rabtiet jibqgħu mill-qrib wara l-2020, u l-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit ser jaħdem biex iżomm linji tajbin ta’ komunikazzjoni u ser ifittex relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit li tinkludi kooperazzjoni mill-qrib u effettiva fil-livelli reġjonali u lokali. Ikunx hemm ftehim jew le, ser ikun hemm bidliet sinifikanti mill-1 ta’ Jannar 2021, u l-politiċi lokali u reġjonali fuq iż-żewġ naħat għandhom l-istess interess li tiġi llimitata l-ħsara lill-ekonomiji reġjonali u lokali tagħhom.”

Huwa kompla jgħid: “Meta nitkellem bħala politiku tal-UE, nappella lill-gvern tar-Renju Unit biex jirrikonoxxi li r-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit – inklużi dawk tal-amministrazzjonijiet deċentralizzati tiegħu u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali – ma tistax titqabbel ma’ relazzjonijiet oħra. Il-laqgħa ferm kostruttiva tal-lum ma’ sett varjat ta’ kontropartijiet tar-Renju Unit turi li għandna rabtiet sodi u antiki fil-livelli lokali u reġjonali, u dawn ir-relazzjonijiet jeħtieġ li jinżammu u jiġu żviluppati aktar fil-futur.”

Il-membri tal-KtR tal-Grupp ta’ Kuntatt KtR-Renju Unit għandhom mandat fiss, filwaqt li r-rappreżentanti tar-Renju Unit tal-awtoritajiet lokali, il-parlamenti u l-assemblej deċentralizzati ser ivarjaw minn laqgħa għal laqgħa skont is-suġġetti li jkunu qed jiġu diskussi.

Waqt din il- laqgħa inizjali, ir-rappreżentanti ġew mill-Ingilterra, Wales, l-Iskozja, l-Irlanda ta’ Fuq, u Ġibiltà. Il-perspettiva ta’ Wales ġiet ipprovduta mill-President tal- Kumitat għall-Affarijiet Esterni tal-Parlament ta’ Wales , David Rees, u minn Anthony Hunt mill- Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali ta’ Wales . L- Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali , li tirrappreżenta lill-awtoritajiet Ingliżi, bagħtet lill-President tat-Taskforce għall-Ħruġ mill-UE, il-Kunsillier Kevin Bentley. Angela Constance, membru tal- Parlament Skoċċiż , u l-Kunsillier Alison Evison, President tal- Konvenzjoni tal-Awtoritajiet Lokali Skoċċiżi (COSLA), irrappreżentaw lill-Iskozja, filwaqt li l-Kunsillier Matt Garrett tkellem bħala President tal- Assoċjazzjoni tal-Gvern Lokali tal-Irlanda ta’ Fuq (NILGA). Il- Parlament ta’ Ġibiltà kien irrappreżentat minn Joseph Garcia MP.

F’parti mil-laqgħa limitata għal politiċi mill-UE, il-President tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni UE-Renju Unit tal-Parlament Ewropew – David McAllister (DE/PPE) – aġġorna lill-membri tal-KtR dwar il-perspettiva tal-Parlament dwar il-progress tan-negozjati. Il-KtR enfasizza l-ħtieġa li r-Riżerva l-ġdida ta’ Aġġustament għall-Brexit, faċilità ta’ EUR 5 biljun għall-Istati Membri u s-setturi l-aktar milquta mill-Brexit, tkun operattiva mill-aktar fis possibbli.

Il-Kap Negozjatur tal-UE, Michel Barnier , li indirizza l- laqgħa inawgurali tal-Grupp ta’ Kuntatt fit-22 ta’ Settembru, huwa skedat li jindirizza l-laqgħa plenarja li jmiss tal-KtR, fid-9 ta’ Diċembru.

Flimkien mas-Sur Chesnais-Girard, il-membri tal-KtR tal-Grupp ta’ Kuntatt huma: Ellen Nauta-Van Moorsel (NL/PPE), Kap tad-Delegazzjoni Netherlandiża u Sindku ta’ Hof van Twente; Michael Murphy (IE/PPE), Kap tad-Delegazzjoni Irlandiża tal-KtR u membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Tipperary; Ximo Puig i Ferrer (ES/PSE), President tar-reġjun ta’ Valencia; Aleksandra Dulkiewicz (PL/PPE), Sindku ta’ Gdańsk; Erik Flyvholm (DK/Renew Europe), Sindku ta’ Lemvig; Pehr Granfalk (SE/PPE), Sindku ta’ Solna; Antje Grotheer (DE/PSE), Viċi President tal-Parlament tal-Belt ta’ Bremen; Michiel Rijsberman (NL/Renew Europe), membru tal-kunsill provinċjali ta’ Flevoland; Maria Gomes (PT/PSE), Sindku ta’ Portimão; Karl Vanlouwe (BE/AE), membru tal-Parlament Fjamming u Oldřich Vlasák (CZ/ECR), kunsillier tal-belt minn Hradec Králové. Henrike Müller (DE), membru tal-Parlament tal-Belt ta’ Bremen, huwa l-osservatur tal-Grupp tal-Ħodor.

Kuntatt:

Andrew Gardner

Tel. +32 473 843 981

andrew.gardner@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/MEDIA-FREEDOM-PLURALISM-IN-THE-EU.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CONTACT-GROUP.ASPX

Media: local and regional governments highlight their important role in ensuring media freedom and pluralism in the EU
Media: local and regional governments highlight their important role in ensuring media freedom and pluralism in the EU
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EUROPCOM-2023-CALL-FOR-PROPOSALS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CONTACT-GROUP.ASPX

EuroPCom 2023 - Call for Proposals
EuroPCom 2023 - Call for Proposals
14.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CRIMES-HATE-CRIME-HATE-SPEECH.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CONTACT-GROUP.ASPX

Regional and local leaders demand extending the list of EU crimes to all forms of hate crime and hate speech
Regional and local leaders demand extending the list of EU crimes to all forms of hate crime and hate speech
01.12.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/JOIN-US-FOR-EUROPCOM-2022.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CONTACT-GROUP.ASPX

Join us for EuroPCom 2022!
Join us for EuroPCom 2022!
19.09.2022

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/HATE-SPEECH-AGAINST-LOCAL-POLITICIANS-HAS-WORSENED-SIGNIFICANTLY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CONTACT-GROUP.ASPX

Hate speech against local politicians has "worsened significantly"
Hate speech against local politicians has "worsened significantly"
03.12.2021