Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari: il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati issa hija miftuħa  

Il-konsultazzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-ekonomija ċirkolari hija miftuħa għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha u partijiet interessati ewlenin oħra sal-1 ta’ Mejju 2020

Ir-riżorsi tal-pjaneta tagħna qegħdin jispiċċaw. Fid-dawl ta’ konsum globali li mistenni li jirdoppja fid-diċennji li ġejjin u bl-ebda sinjal ta’ tnaqqis fit-tisħin globali fi kwalunkwe ħin qarib, hemm il-ħtieġa urġenti li t-tkabbir ekonomiku jinfired mill-użu tar-riżorsi billi jiġu manifatturati prodotti li jkunu durabbli, li jistgħu jerġgħu jintużaw u li jistgħu jissewwew. It-tisħiħ taċ-ċirkolarità se jgħin lill-ambjent, iżda ser ikun kruċjali wkoll għall-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19. Permezz ta’ Opinjoni li se toħroġ dalwaqt imfassla mir-relatur Tjisse Stelpstra (NL/KRE), Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Drenthe, il-KtR għandu l-għan li jsaħħaħ il-pilastru lokali u reġjonali tal-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari sabiex il-bliet u r-reġjuni jitpoġġew fil-qalba tiegħu.

Il-ġenerazzjoni annwali ta’ skart mill-attivitajiet ekonomiċi kollha fl-UE tammonta għal 2.5 biljun tunnellata. Dan ifisser 5 tunnellati per capita fis-sena. Illum, ma hemm l-ebda sett komprensiv ta’ rekwiżiti legali u ta’ politika biex jiġi żgurat li l-prodotti kollha li jitqiegħdu fis-suq tal-UE jsiru dejjem aktar sostenibbli u jgħaddu mit-test taċ-ċirkolarità. Dan huwa l-għan tal- Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea li ġie ppreżentat fil-11 ta Marzu 2020.

Il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari jinkludi firxa wiesgħa ta’ proposti. Fosthom hemm l-estensjoni tal- Qafas dwar l-Ekodisinn għall-firxa usa’ possibbli ta’ prodotti, it-tisħiħ tal-akkwist pubbliku ekoloġiku, l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ materjali tal-imballaġġ, l-istabbiliment ta’ miri għat-tnaqqis tal-iskart għal flussi speċifiċi, l-armonizzazzjoni tas-sistemi ta’ ġbir separat u t-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ ċarġer komuni tal-mowbajls li tant huwa mistenni. Il-prodotti ewlenin fil-mira huma t-tagħmir elettroniku, il-materjal tal-bini u tal-kostruzzjoni, il-vetturi u l-batteriji, l-imballaġġ, il-plastiks u l-mikroplastiċi, it-tessuti, l-ikel, l-ilma u n-nutrijenti.

Permezz ta’ konsultazzjoni bil-miktub tal-partijiet interessati li hija miftuħa sal-1 ta’ Mejju 2020 , il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qiegħed jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha kemm fl-UE kif ukoll partijiet interessati oħra sabiex jaqsmu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni u jressqu l-fehmiet u s-suġġerimenti tagħhom.

Id- dokument ta’ ħidma tal-konsultazzjoni pubblika huwa disponibbli hawnhekk .

L-ekonomija ċirkolari hija suġġett ewlieni f’dan id-diċennju. wJeħtiġilna nittraduċu b’mod urġenti l-politika għall-prodotti sostenibbli f’leġislazzjoni speċifika sabiex niżguraw id-dritt tal-konsumaturi li jkollhom aċċess għal prodotti durabbli u sabiex tintemm l-obsolexxenza prematura u l-qerda ta’ oġġetti durabbli li ma jinbigħux. L-għan aħħari tagħna jrid ikun soċjetà bi skart żero ”, sostna r-relatur Tjisse Stelpstra (NL/KRE) , Ministru Reġjonali tal-Provinċja ta’ Drenthe.

L-għan ewlieni tal-Opinjoni li jmiss tal-KtR huwa li jiżviluppa l-pilastru territorjali tal-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari u jiddefinixxi l-opportunitajiet u l-isfidi li qegħdin jiffaċċjaw l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-azzjonijiet ta’ politika previsti.

“Ċertament nilqgħu s-sett komprensiv ta’ miżuri leġislattivi u ta’ politika proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Madankollu, nqisu li l-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari mhuwiex biżżejjed sabiex jiġi kkapitalizzat u sfruttat il-potenzjal politiku tar-reġjuni u l-bliet sabiex l-ekonomija ċirkolari titwettaq fil-prattika. Neħtieġu wkoll miri speċifiċi flimkien ma’ sinjali tal-prezz u inċentivi, sabiex tiġi żgurata mġiba sostenibbli mill-produtturi, mill-utenti u mill-konsumaturi ”, żied jgħid ir-relatur Tjisse Stelpstra .

Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa u l-ekonomija, ir-relatur Tjisse Stelpstra jiġbed l-attenzjoni fuq id-dipendenza tal-UE fuq ir-riżorsi u jistaqsi liema tagħlimiet nistgħu nisiltu u x’jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fit-tfassil ta’ pjani ta’ rkupru ekonomiku. “Is-sitwazzjoni devastanti li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 trid tlaqqa’ flimkien lil dawk kollha li jfasslu l-politika u trid isservi ta’ twissija għal mudell ekonomiku ġdid li jpoġġi l-benesseri soċjali u s-sostenibbiltà ambjentali fil-qalba tal-irkupru ekonomiku tal-UE”, żid jgħid ir-relatur Tjisse Stelpstra .

Il-kontribut potenzjali tal-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għall-irkupru ekonomiku wara l-COVID-19 ma għandux jiġi ssottovalutat peress li l-ekonomija ċirkolari ġġib magħha firxa wiesgħa ta’ opportunitajiet ġodda ta’ negozju. L-impjiegi fl-ekonomija ċirkolari fl-UE żdiedu b’5 % li jammontaw għal madwar 4 miljun impjieg bejn l-2012 u l-2018 ( KE ).

Noti:

Skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-COVID-19, l-iskeda ta’ ħidma tal-Opinjoni tal-KtR dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari huwa kif ġej: id-dokument ta’ ħidma huwa ppjanat li jiġi diskuss fil-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE tat-8 ta’ Ġunju. L-abbozz ta’ Opinjoni huwa ppjanat li jiġi adottat fil-laqgħa tal-Kummissjoni ENVE tad-9 ta’ Settembru bil-votazzjoni finali mistennija tittieħed fis-Sessjoni Plenarja tat-13-14 ta’ Ottubru 2020.

Ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati oħra huma ġentilment mistiedna jikkondividu l-kontributi tagħhom bil-miktub billi jibagħtuhom lil Aliona.Fornea@cor.europa.eu u lil enve@cor.europa.eu sal-1 ta’ Mejju 2020.

Ir-relatur Tjisse Stelpstra huwa disponibbli għal laqgħat u taħdidiet onlajn fuq talba, flimkien mal-esperta tiegħu Ingrid Zeegers u t-tim tal-ENVE tal-KtR.

Biex id-diskussjonijiet ikollhom struttura, ir-relatur qiegħed jaqsam id- dokument ta’ ħidma tiegħu dwar il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari li jinkludi xi mistoqsijiet ġenerali u speċifiċi strutturati madwar l-erba’ aspetti li ġejjin:

1. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-twettiq tal-ekonomija ċirkolari

2. Bidla fis-sistema ekonomika

3. Mhemmx skart, hemm biss riżorsi

4. Stabbiliment ta’ miri u qafas ta’ leġislazzjoni

Id-dokument ta’ ħidma tar-relatur se jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE mit-8 ta’ April fuq is-sit web tal-konsultazzjoni .

Kuntatt għall-Istampa:

David Crous

Tel.: +32 (0) 470 88 10 37

david.crous@cor.europa.eu

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-GOING-LOCAL-WORKING-GROUP-ON-MULTIGOVERNANCE.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CIRCULAR-ECONOMY-ACTION-PLAN-STAKEHOLDER-S-CONSULTATION-NOW-OPEN.ASPX

Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
Multilevel governance is key to EU's climate ambitions
31.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BETTER-PREPARE-FUTURE-CRISES-EXTREME-EVENTS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CIRCULAR-ECONOMY-ACTION-PLAN-STAKEHOLDER-S-CONSULTATION-NOW-OPEN.ASPX

Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
Europe needs to better prepare local communities to deal with future crises and extreme events
24.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/155-PLENARY-ANNOUNCEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CIRCULAR-ECONOMY-ACTION-PLAN-STAKEHOLDER-S-CONSULTATION-NOW-OPEN.ASPX

On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
On cities' and regions' agenda: Ukraine's reconstruction, crises management, EU budget
23.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-TARGETS-FOR-WASTEWATER-TREATMENT-AND-AIR-QUALITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CIRCULAR-ECONOMY-ACTION-PLAN-STAKEHOLDER-S-CONSULTATION-NOW-OPEN.ASPX

Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
Regions and cities need support to comply with ambitious EU targets for wastewater treatment and air quality
11.05.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREEN-DEAL-FUNDING-ALERT-APRIL-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CIRCULAR-ECONOMY-ACTION-PLAN-STAKEHOLDER-S-CONSULTATION-NOW-OPEN.ASPX

Green Deal Funding Alert - April 2023
Green Deal Funding Alert - April 2023
28.04.2023