Ikklikkja hawn biex tikseb traduzzjoni awtomatika tat-test ta’ hawn taħt.
Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali: sejħa ġdida għall-aħjar prattiki u impenji klimatiċi  

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) qed iniedi sejħa ġdida għall-aħjar prattiki għall-membri u s-sostituti tiegħu, il-Politiċi Eletti Żgħażagħ u l-membri tan-network tal-kunsillieri lokali u reġjonali tal-KtR biex jiġbru u jippromovu proġetti sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kif ukoll impenji klimatiċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE kollha. Ir-reġjun jew il-belt tiegħek għandhom proġett speċifiku mmirat biex jilħaq l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew? Ir-reġjun jew il-belt tiegħek stabbilixxew mira biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 jew sal-2050? Jekk it-tweġiba hija iva, din is-sejħa ġdida tgħodd għalikom.

Il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-gwerra fl-Ukrajna wrew kemm hija importanti l-interazzjoni mill-qrib bejn l-ambjent u ċ-ċittadini. Fl-istess ħin, it-theddida tal-perikli naturali, tar-riskji ambjentali, tad-degradazzjoni tal-ekosistema u tat-tisħin globali għadha rilevanti, u l-azzjoni klimatika hija aktar urġenti minn qatt qabel. Il-bliet u r-reġjuni huma atturi ewlenin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u biex l-UE titqarreb lejn in-newtralità klimatika.

Sabiex tiġi promossa aktar l-azzjoni reġjonali u lokali lejn il-Patt Ekoloġiku, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qed iniedi sejħa ġdida għall-aħjar prattiki u impenji klimatiċi għall-membri u s-sostituti kollha tal-KtR, il-Politiċi Eletti Żgħażagħ u l-membri tan-Network Ewropew tal-Kunsillieri Lokali u Reġjonali. Il-proġetti se jikkontribwixxu għall-pjattaforma tal-aħjar prattiki li juru kif il-bliet u r-reġjuni qed jikkontribwixxu għal irkupru ekoloġiku biex tintlaħaq soċjetà aktar sostenibbli, inklużiva u reżiljenti.

Liema proġetti huma eliġibbli?

Il-membri u s-sostituti, il-politiċi eletti żgħażagħ u l-membri tan-network tal-kunsillieri lokali u reġjonali huma mistednin jikkondividu l-proġetti u l-inizjattivi li kisbu dan l-aħħar, jew li għadhom għaddejjin, dwar it-temi li ġejjin:

  • Adattament għat-tibdil fil-klima
  • Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima
  • Ekonomija ċirkolari
  • Kwistjonijiet relatati mal-enerġija, bħall-effiċjenza enerġetika, il-faqar enerġetiku jew l-enerġija rinnovabbli
  • Mobbiltà nadifa
  • Tniġġis żero
  • Riforestazzjoni u ekoloġizzazzjoni urbana
  • Ibbaġitjar ekoloġiku

Qabel il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC COP 27) li għandha se ssir f’Sharm El-Sheik, l-Eġittu, f’Novembru 2022, l-impenji dwar il-klima mill-awtoritajiet lokali u reġjonali se jinġabru f’mappa biex jiġu appoġġjati l-isforzi tal-KtR biex jissaħħaħ ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni fil-governanza klimatika globali u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Biex tikkondividi l-proġetti ekoloġiċi u l-impenji klimatiċi tiegħek, jekk jogħġbok imla dan l-istħarriġ qasir.

Il-proġetti u l-impenji se jiġu ppubblikati fil-mappa interattiva tal-KtR u se jkunu promossi lill-istituzzjonijiet tal-UE, il-partijiet interessati u l-istampa.

Il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali: ikklikkja hawn biex tiskopri l-portal tal-KtR tal-Patt Ekoloġiku u l-grupp ta’ ħidma.

Ikkondividi :
 
Aħbarijiet relatati

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/GREENING-OF-PEST-MANAGEMENT.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CALL-FOR-BEST-PRACTICES-AND-CLIMATE-COMMITMENTS.ASPX

Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
Local and regional authorities demand a fund for the greening of pest management
16.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/BOOSTING-GREEN-INVESTMENTS-INCREASING-FUNDS-KEY-PRIORITY.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CALL-FOR-BEST-PRACTICES-AND-CLIMATE-COMMITMENTS.ASPX

Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
Boosting green investments and increasing direct funds for cities and regions remains a key priority for local leaders in 2023
08.03.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/ENVE-14-FEB-2023.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CALL-FOR-BEST-PRACTICES-AND-CLIMATE-COMMITMENTS.ASPX

Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
Tackling pollution and the energy crisis amongst EU local leaders 2023 key priorities
15.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-NATURE-RESTORATION-LAW.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CALL-FOR-BEST-PRACTICES-AND-CLIMATE-COMMITMENTS.ASPX

EU's Nature Restoration Law: unlocking cities and regions' potential to put nature on the path to recovery
EU's Nature Restoration Law: unlocking cities and regions' potential to put nature on the path to recovery
10.02.2023

1.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/EU-CITIES-AND-REGIONS-DEMAND-COMMON-EU-RESPONSE-TO-THE-ENERGY-CRISIS.ASPX

2.HTTPS://COR.EUROPA.EU/MT/NEWS/PAGES/NEW-CALL-FOR-BEST-PRACTICES-AND-CLIMATE-COMMITMENTS.ASPX

Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jitolbu rispons komuni tal-UE għall-kriżi tal-enerġija
Il-bliet u r-reġjuni tal-UE jitolbu rispons komuni tal-UE għall-kriżi tal-enerġija
09.02.2023